SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (GĦARFIEN TA’ SKEMI 
TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV PRIVATI) ġ L.S.370.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.06
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI TA’ 
INVESTIMENT (GĦARFIEN TA’ SKEMI TA’ 
INVESTIMENT KOLLETTIV PRIVATI)
2 ta’ Diċembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 353 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 190 ta’ l-
2003.
Titolu.
Servizzi ta’ Investiment (Għarfien ta’ Skemi ta’ Investiment
Kollettiv Privati).
Għarfien ta’ skemi 
ta’ investiment 
kollettiv.
2. Skema ta’ investiment kollettiv li tillimita l-għadd totali ta’
parteċipanti għal ħmistax-il persuna u meta l-awtorità  kompetenti
tkun sodisfatta li -
(i) il-parteċipanti jkunu ħbieb sew jew qraba tal-
promoturi;
(ii) l-iskema hija essenzjalment privata fin-natura u
l-iskop tagħha; u
(iii) l-iskema ma tikkwalifikax bħala fond ta’
investitur professjonali għat-termini tal-linji
gwida maħruġin għal dan l-iskop mill-awtorità
kompetenti,
ma tkunx soġġetta għal liċenzja skond l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment, hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjaħ "l-
Att", imma tkun soġġetta għall-għarfien ta’ awtorità  kompetenti
taħt dawn ir-regolamenti:
Iżda li wieħed mill-parteċipanti jista’ jkun korp ġuridiku,
soġġett għal dawk ir-restrizzjonijiet, ħtiġiet u kondizzjonijiet kif
stipulati fil-linji gwida maħruġin mill-awtorità  kompetenti skond l-
artikolu 6 ta’ l-Att.
Għarfien miktub.
L.S. 370.03
3. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 2 ma joperawx
awtomatikament imma l-applikabilità  tagħhom għandha tkun
soġġetta għal għarfien miktub mill-awtorità  kompetenti. Għandu
jitħallas dritt fir-rigward ta’ kull applikazzjoni għal għarfien kif
imsemmi qabel u wara dan ta’ kull sena skond ir-Regolamenti dwar
l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment (Liċenzji u Ħlasijiet Oħra).
Linji gwida.
linji gwida biex tirregola ulterjorment l-għarfien ta’ skemi ta’
investiment kollettiv privati li jistgħu jinkludu ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu mas-sottomissjoni ta’ kull tali informazzjoni, konferma u
dokumentazzjoni kif jistgħu jkunu stabbiliti.
Att dwar it-Taxxa 
fuq l-Income.
Kap. 123.
5. Kull għarfien mogħti skond dawn ir-regolamenti
m’għandux jitqies li jkun liċenza għall-iskopijiet ta’ l-artikoli 2 u
12 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
2 L.S.370.06 ħ
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (GĦARFIEN TA’ SKEMI 
TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV PRIVATI)
Disposizzjoni 
transitorja.
Emendat:
A.L. 190 ta’ l-
2003.
L.S. 370.02
6. Skema ta’ investiment kollettiv li kienet eżenti għall-
ioskopijiet tal-ħtieġa għal liċenza taħt l-Att skond ir-regolament
4(ċ) tar-Regolamenti ta’ Eżenzjoni għall-Att dwar Servizzi ta’
Investiment, kif kien fis-seħħ minnufih qabel id-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti, għandha tkun konfortmi ma’ dawn ir-
regolamenti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu, 2003.
