SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL) ġ S.L.370.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.07
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI TA’ 
INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU DWAR 
KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL)
2 ta’ Diċembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 354 ta’ l-2002.
Titolu.
Servizzi ta’ Investiment (Avviż Statutorju dwar Kuntratti ta’
Assigurazzjoni Marbutin fit-Tul).
Interpretazzjoni.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 403.
"assiguratur" tfisser il-persuna awtorizzata biex tmexxi f’Malta
jew minn Malta negozju ta’ assigurazzjoni li jikkonsisti f’kuntratti
ta’ negozju fit-tul fl-ambitu tat-tifsira ta’ klassi III kif hemm fit-
Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni kemm jekk tali persuna tkun awtorizzata taħt l-Att
dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni kemm jekk tkun eżentata
mill-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni taħt l-artikolu 6(4) ta’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjon;
Kap. 370.
"klijent" tfisser il-parti li tkun qablet li tidħol għal kuntratt ta’
assigurazzjoni marbut fit-tul;
"kuntratt ta’ assigurazzjoni marbut fit-tul" tfisser kuntratt ta’
assigurazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-paragrafu 7 tat-Tieni Skeda li
tinsab ma’ l-Att;
u l-kliem u l-frażijiet li huma wkoll użati fl-Att għandhom l-istess
tifsiriet kif għandhom fl-Att.
Avviż statutorju.
assigurazzjoni marbut fit-tul kemm tax-xorta ta’ premium wieħed
kemm tax-xorta ta’ premium regolari kemm-il darba dak l-
assiguratur ma jagħtix lill-klijent avviż statutorju li jkollu x’jaqsam
ma’ dak il-kuntratt sew filwaqt meta jsir il-kuntratt sew fi żmien
jumejn tax-xogħol mid-data meta jkun sar il-kuntratt.
(2) Avviż statutorju hu avviż li -
(a) jkun fih dawk l-affarijiet u jkollu l-forma stipulata fl-
Ewwel Skeda u jkun ikkonforma mal-ħtiġiet
speċifikati fil-paragrafi li ġejjin ta’ dan ir-regolament;
u
(b) jkollu annessa miegħu forma ta’ avviż ta’ tħassir kif
stipulat fit-Tieni Skeda.
(3) Avviż statutorju għandu jkun jinqara faċilment u għandu,
b’mod kemm jista’ jkun prattikabbli, ikun riproduzzjoni ta’ dak
stipulat fl-Ewwel Skeda (u safejn għandu x’jaqsam ma’ l-avviż ta’
2 ġ S.L.370.07
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL)
tħassir, dak imniżżel fit-Tieni Skeda), kemm fir-rigward ta’ daqs,
lewn, stampar, l-użu ta’ ittri kapitali jew grassi kemm fir-rigward
ta’ mezzi oħra ta’ enfasi.
(4) Kuntratt ta’ assigurazzjoni marbut fit-tul ikun jista’, fid-
diskrezzjoni tal-klijent, jitħassar minħabba f’li l-assiguratur ikun
kiser dan ir-regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dak il-
kuntratt:
Iżda dak id-dritt għandu jkun jista’ jiġi eżerċitat mill-klijent
fi żmien xaħar mid-data meta jkun ingħata l-avviż statutorju.
(5) Kull assiguratur li jkun kiser xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ikun ħati ta’ reat u jista’,
meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mħux inqas minn mitejn lira iżda
mhux aktar minn elf lira.
Avviż ta’ tħassir. 4. (1) Klijent li jkun irċieva avviż statutorju mingħand
assiguratur li jkollu x’jaqsam ma’ kuntratt ta’ assigurazzjoni
marbut fit-tul jista’, fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibdew
għaddejjin mid-data meta jkun ingħata dak l-avviż, jagħti lill-
assiguratur avviż ta’ tħassir li jkun jikkonforma mas-subregolament
(3).
(2) Klijent li assiguratur ikun imissu tah iżda li ma jkunx tah
avviż statutorju li jkollu x’jaqsam ma’ xi kuntratt ta’ assigurazzjoni
marbut fit-tul jista’, qabel ma tgħaddi sena li tibda mid-data tal-
kuntratt, jagħti avviż ta’ tħassir lill-assiguratur. Dan id-dritt jiskadi
jekk qabel ma jirċievi avviż ta’ tħassir l-assiguratur jagħti avviz
statutorju lill-kljient.
(3) Avviż ta’ tħassir jista’ jkun, imma m’hemmx għalfejn ikun,
fil-forma annessa ma’ l-avviż statutorju, u għandu jkollu effett
jekk, irrispettivament minn kif ikun espress, ikun jindika l-
intenzjoni tal-klijent li jirtira mill-kuntratt li dwaru jkun ingħata l-
avviż statutorju jew suppost li jkun ingħata. Minbarra dan, il-
ħtiġiet applikabbli għall-avviż statutorju għandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis għal avviż ta’ tħassir.
(4) Meta, wara li jkun għamel kuntratt ta’ assigurazzjoni
marbut fit-tul, klijent jagħti avviż ta’ tħassir, dak l-avviż għandu
jopera b’mod li jħassar il-kuntratt.
(5) Meta avviż ta' tħassir jopera b’mod li jħassar kuntratt ta’
assigurazzjoni marbut fit-tul -
(a) kull ammont ta’ flus li l-klijent li jagħti l-avviż ikun
ħallas f’konnessjoni mal-kuntratt ta’ assigurazzjoni
marbut fit-tul (kemm b’mod ta’ premium jew mod
ieħor, u kemm lill-assiguratur jew lil persuna li tkun
ir-rappreżentant ta’ l-assiguratur għall-finijiet li
tirċievi l-flus) għandu jkun jista’ jinġabar lura
mingħand l-assiguratur mill-klijent li jagħti l-avviż;
(b) kull benefiċċju taħt il-polza li l-assiguratur ikun ħallas
lill-klijent li jagħti l-avviż għandu jitħallas lura mill-
klijent lill-assiguratur; u
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL) ġ S.L.370.07 3
(ċ) kull ċaqlieq fis-suq fil-valur tal-proprjetà  rappreżentat
mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni marbut fit-tul għandu
jiġġarrab mill-klijent li jagħti l-avviż ta’ tħassir.
Servizz ta’ avviż 
statutorju u/jew 
avviż ta’ 
kanċellament.
5. (1) Għall-fini tar-regolament 3(1), avviż statutorju
għandu-
(i) jew ikun ikkonsenjat lill-klijent bl-idejn meta
jsir il-kuntratt;
(ii) jew jintbagħat lill-klijent b’ittra reġistrata
f’indirizz f’Malta speċifikat fuq il-formola tat-
talba fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data meta
jkun sar l-kuntratt.
(2) Għall-finijiet tar-regolament 4, avviż ta’ tħassir għandu
jintbagħat lill-assiguratur, jew lir-rappreżentant tiegħu, f’indirizz
f’Malta speċifikat fuqu, b’kull mod li jkun.
(3) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, meta jkun hemm xi
dubju -
(a) id-data meta avviż statutorju għandu jitqies li jkun
ingħata lill-klijent għandha tkun l-ewwel ġurnata tax-
xogħol li tiġi wara l-ġurnata ta’ l-impustar b’posta
reġistrata; u
(b) id-data meta avviż ta’ tħassir għandu jitqies li jkun
ingħata lill-assiguratur jew lir-rappreżentant tiegħu
għandha tkun il-ġurnata ta’ l-impustar.
(4) Fil-każ li l-assiguratur jallega li d-dritt ta’ tħassir ma kienx
eżerċitat mill-klijent fil-perjodi stabbiliti b’dawn ir-regolamenti il-
piż tal-prova għandu jaqa’ fuq l-assiguratur.
(5) L-assiguratur ikollu wkoll il-piż li jġib prova li l-avviż
statutorju kien ingħata lil klijent u li kien esegwit kif għandu jkun
fil-forma u l-manjiera meħtieġ b’dawn ir-regolamenti.
(6) Ikun id-dmir ta’ l-assiguratur jew tar-rappreżentant tiegħu
li jispjega kif imiss lill-klijent id-drittijiet ta’ tħassir li jkollu u li
jkunu joħorġu minn dawn ir-regolamenti u l-possibilità  li juża l-
avviż ta’ tħassir.
wide pages - schedules to 370.07
4 ġ S.L.370.07
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL)
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3)
KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI MARBUTIN FIT-TUL -
AVVIŻ STATUTORJU
Lil: .............................................................................................
(Daħħal l-isem u l-indirizz tal-persuna li lilha jintbagħat dan l-Avviż.)
IMPORTANTI - AQRA TAJJEB DAN L-AVVIŻ
ID-DRITT TIEGĦEK LI TIBDEL FEHEMTEK
............................................................................................
(Identifika l-kuntratt li għandu x’jaqsam miegħu l-avviż jew għid kif jista’ jkun
identifikat, bħala tali b’referenza għal nota li tkun mal-kuntratt)
1. Int għamilt/applikajt biex tagħmel Kuntratt ta’ Assigurazzjoni Marbut fit-
Tul ma’
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
(L-isem u l-indirizz ta’ l-assiguratur li miegħu sar/ser isir il-kuntratt).
2. L-iskop ta’ dan l-Avviż Statutorju hu li jiżgura li int taf li għandek dritt
legali li terġa’ taħsibha u li jekk tkun trid tista’ tibdel fehemtek.
Punti li għandek tqis
3. Qabel tiddeċiedi jekk tridx tibdel fehemtek, staqsi lilek innifsek:
* Jekk ingħatajt parir personali fuq l-investiment jew polza ta’
assigurazzjoni tiegħek, int ċert jekk dak il-parir ingħatax minn persuna
indipendenti li taħdem f’ismek jew minn xi ħadd li jirrappreżenta lill-
assiguratur'
* Int ingħatajt l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex tifhem l-investiment
jew il-polza ta’ assigurazzjoni tiegħek'
* Int sodisfatt li l-investiment jew il-polza ta’ assigurazzjoni huma
adattati għall-ħtiġiet tiegħek'
* Int, ngħidu aħna:
- tifhem kemm se tħallas issa u fil-futur'
- tifhem x’benefiċċji jitħallsu taħt il-polza - jew fi tmiem it-terminu
tal-polza jew jekk int tmut qabel jagħlaq it-terminu tal-polza'
Int tifhem ukoll safejn huma garantiti l-benefiċċji u safejn jiddependu
minn kemm imur tajjeb jew ħażin l-investiment jew il-polza ta’
assigurazzjoni tiegħek'
- tifhem li jekk twaqqaf il-polza fis-snin tal-bidu tista’ titlef il-flus'
- tifhem l-effett li xi spejjeż jew ħlasijiet ikollhom fuq l-
investiment jew fuq il-polza ta’ assigurazzjoni tiegħek'
Jekk it-tweġiba għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet hija LE, int
għandek tikkonsulta lill-konsulent jew lill-assiguratur tiegħek kemm jista’ jkun
malajr.
M’hemm ebda estensjoni għall-perjodu ta’ tħassir jekk tistaqsi għal aktar
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL) ġ S.L.370.07 5
informazzjoni jew jekk it-tweġiba tittardja
Id-dritt tiegħek li tirtira mill-operazzjoni
4. Il-liġi tagħtik 15-il ġurnata, li jibdew mill-ġurnata li fiha int tingħata dan l-
avviż, biex terġa’ tqis il-materja u, jekk tkun trid, tirtira mill-operazzjoni.
5. Jekk trid tibqa’ għaddej bl-operazzjoni m’għandek tagħmel xejn bl-avviż ta’
tħassir meħmuż. Iżda jekk trid tirtira u tingħata lura l-flus li ħallast lill-assiguratur
jew lir-rappreżentant tiegħu f’konnessjoni mal-kuntratt, int għandek tagħti avviż
ta’ tħassir (jew fuq il-formola mehmuża ma’ dan l-avviż jew inkella bil-kitba fl-
istess sens) lill-assiguratur li l-partikolaritajiet tiegħu huma mogħtija fil-paragrafu
1 ta’ dan l-avviż fi żmien 15-il ġurnata:
Iżda int trid tħallas lura kull ammont diġà  mħallas lilek mill-assiguratur jew
mir-rappreżentant tiegħu taħt il-kuntratt, u kull ċaqlieq negattiv fis-suq fil-valur
tal-proprjetà  rappreżentata mill-kuntratt ikun għar-riskju tiegħek.
Riċevuta
6. Int mitlub tavża li rċevejt dan l-avviż billi tiffirma l-formola mehmuża hawn
taħt.
.......................................
(Iffirmat)
........................................
(Isem b’ittri kapitali)
.........................................
(Uffiċċju)
KUN ŻGUR LI ŻŻOMM GĦANDEK DAN L-AVVIŻ U LI TIBGĦAT LURA
BISS KOPJA TIEGĦU, IFFIRMATA U DDATATA KIF GĦANDU JKUN, LILL-
PERSUNA LI TATHIELEK.
RIĊEVUTA
Jien, hawn taħt iffirmat, b’dan niddikjara li ngħatajt Avviż Statutorju li għandu
x’jaqsam mal-kuntratt ta’ assigurazzjoni marbut fit-tul, li tiegħu din ta’ hawn fuq
hija kopja.
................................
(Iffirmat)
....................................
(Isem b’ittri kapitali)
......................................
(Data)
6 ġ S.L.370.07
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL)
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3)
AVVIŻ TA’ TĦASSIR
IMPORTANTI - DAN L-AVVIŻ, JEKK JINTUŻA, JISTA’ JINGĦATA BL-IDEJN, 
MINNEK JEW MINN XI ĦADDIEĦOR F’ISMEK, JEW B’ITTRA REĠISTRATA
(Jintbagħat lura biss jekk int trid tikkanċella l-kuntratt)
...........................................................
*(Referenza jew numru tas-serje tal-kuntratt)
..............................................................................................................................
*(Isem l-assiguratur)
..............................................................................................................................
*(Indirizz ta’ l-assiguratur, jew tar-rappreżentant tiegħu f’Malta)
Jien, hawn taħt iffirmat, b’dan qed nagħti avviż li ddeċidejt li ma nibqax għaddej
b’dan il-Kuntratt ta’ Assigurazzjoni Marbut fit-Tul u li nitlob ir-radd lura tal-flus
imħallsin lilek jew lir-rapprezentant tiegħek f’konnessjoni ma’ l-imsemmi
kuntratt.
........................................
(Iffirmat)
.........................................
(Isem b’ittri kapitali)
..............................................................................................................................
(Indirizz) 
*(Jimtela’ mill-Assiguratur)
RIĊEVUTA
Jien, hawn taħt iffirmat, b’dan niddikjara li ngħatajt Avviż ta’ Tħassir li għandu
x’jaqsam mal-Kuntratt ta’ Assigurazzjoni Marbut fit-Tul, riferenza/numru tas-
serje
..................................
(daħħal in-numru)
propost minn .........................................................................................................
(isem il-proponent)
..........................................
(Iffirmat)
............................................
(Isem b’ittri kapitali)
..............................................................................................................................
għal (Isem l-Assiguratur/Aġent)
..............................
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (AVVIŻ STATUTORJU
DWAR KUNTRATTI TA’ ASSIGURAZZJONI
MARBUTIN FIT-TUL) ġ S.L.370.07 7
(Data)
