SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (EŻENZJONI GĦAL
REKLAMI U PROSPETTI TA’ INVESTIMENT) ġ L.S.370.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.08
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI TA’ 
INVESTIMENT (EŻENZJONI GĦAL REKLAMI
U PROSPETTI TA’ INVESTIMENT)
2 ta’ Diċembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 355 ta’ l-2002.
Titolu.
Servizzi ta’ Investiment (Eżenzjoni għal Reklami u Prospetti ta’
Investiment).
Tifsira.
tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 370.
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  kompetenti taħt l-Att;
"reklam għal investiment" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha
fl-artikou 2 ta’ l-Att;
"prospett" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 2 ta’
l-Att.
Reklami u 
prospetti ta’ 
investment eżenti.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-Att
m’għandhomx japplikaw għal:
(a) xi reklam jew prospett ta’ investiment maħruġ jew
ordnat li jinħareġ:
(i) mill-Gvern ta’ Malta; jew
(ii) mill-Bank Centrali ta’ Malta; jew
(iii) minn xi organizzazzjoni internazzjonali li l-
membri tagħha jinkludu lil Malta; jew
(b) xi reklam ta’ investiment maħruġ jew ordnat li
jinħareġ minn xi persuna li b’regolamenti magħmulin
taħt dan l-Att tkun eżenti mill-ħtieġa ta’ liċenza għal
servizzi ta’ investiment b’dan iżda li r-reklam ta’
investiment ikollu x’jaqsam ma’ l-affarijiet li fir-
rigward tagħhom hu eżenti;
(ċ) xi reklam ta’ investiment maħruġ jew ordnat li
jinħareġ unikament lil:
(i) detenturi ta’ liċenza; jew
(ii) persuna li n-negozju ordinarju tagħha jinvolvi l-
akkwist u d-disponiment ta’ strumenti ta’ l-istess
xorta bħall-istrumenti li magħhom għandu
x’jaqsam ir-reklam ta’ investiment; jew
(iii) persuna li n-negozju ordinarju tagħha jkun
jinvolvi l-akkwist u d-disponiment ta’ proprjetà
ta’ l-istess xorta bħall-proprjetà , jew parti
sostanzjali tal-proprjetà , li magħha għandha
x’taqsam l-iskema ta’ investiment kollettiv fir-
reklam ta’ investiment; jew
2 L.S.370.08 ħ
SERVIZZI TA’ INVESTIMENT (EŻENZJONI GĦAL
REKLAMI U PROSPETTI TA’ INVESTIMENT)
(iv) persuna li bis-saħħa ta’ regolament taħt dan l-Att
hi eżenti mill-ħtieġa ta’ liċenza għal servizzi ta’
investiment b’dan iżda li r-reklam ta’
investiment ikollu x’jaqsam ma’ affarijiet li fir-
rigward tagħhom ikun eżenti.
Reklami ta’ 
investiment oħra 
eżenti.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-Att
m’għandhomx japplikaw għal reklami ta’ investiment li jkunu
f’pubblikazzjoni ppubblikata u ċirkolata prinċipalment barra minn
Malta, jew f’xandira bir-radju jew televiżjoni trasmessa
prinċipalment biex tinqabad barra minn Malta, kemm-il darba r-
reklam ta’ investiment ma jkunx dirett lejn persuni f’Malta, jew ma
jkunx mod ieħor maħsub biex jasal għand persuni f’Malta li ma
jkunux persuni li jinkwadraw fir-regolament 3(b).
