SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.09
REGOLAMENTI GĦAL SKEMA
TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
21 ta’ Novembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 368 ta’ l-2003.
Titolu.
Skema ta’ Kumpens lill-Investituri.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 370.
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  kompetenti taħt l-Att;
''dħul totali'' tfisser id-dħul gross kollu riċevut jew li għandu jkun
riċevut mill-attivitajiet tan-negozju ta’ min għandu liċenza liema
attivitajiet jistgħu jkunu liċenzjati taħt l-Att, kemm jekk huma
attwalment liċenzjati kemm jekk m’humiex;
''fergħa'' tfisser post ta’ negozju li jifforma parti legalment
dipendenti minn min għandu liċenza u li minnu jitmexxew l-
attivitajiet kollha li min għandu liċenza ġie awtorizzata jagħmel
jew uħud minnhom; il-postijiet tan-negozju kollha mwaqqfin f’xi
pajjiż wieħed minn min għandu liċenza li l-uffiċċju ewlieni
tagħhom qiegħed Malta jew f’pajjiż ieħor għandhom jitqiesu bħala
fergħa waħda;
''investitur'' tfisser kull individwu li minbarra fil-kors jew għall-
finijiet ta' negozju, sengħa jew professjoni jafda flus jew strumenti
lil persuna li għandha liċenza f’konnessjoni ma’ negozju liċenzjat;
L.S. 371.09
''Kumitat ta’ Tmexxija'' tfisser il-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ l-
Iskemi għall-Kumpens mwaqqaf taħt ir-regolamenti 3 u 5 u
msemmi fir-Regolamenti dwar Skema ta’ Kumpens lid-
Depożitanti;
''min għandu liċenza'' tfisser kull persuna li għandha liċenza biex
tmexxi negozju ta’ servizzi ta’ investiment skond l-Att;
''negozju liċenzjat'' tfisser l-għemil ta’ xi attività  li dwarha hemm
liċenza taħt l-Att;
''Skema'' jew ''l-Iskema'' tfisser l-Iskema ta’ Kumpens lill-
Investitur mwaqqfa taħt ir-regolament 3;
''strumenti'' għandu jkollha l-istess tifsira kif assenjata lill-kelma
fl-artikolu 2 ta’ l-Att;
Kap. 330.
''Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji'' tfisser it-Tribunal imwaqqaf
skond l-Att dwar l-Awtorità  Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ta'
Malta;
u l-kliem u l-frażijiet li huma użati wkoll fl-Att għandu jkollhom l-
istess tifsira li għandhom fl-Att.
2 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
Twaqqif ta’ l-
Iskema ta’ 
Kumpens lill-
Investitur.
3. (1) Għandha titwaqqaf Skema ta’ Kumpens lill-Investitur.
(2) L-Iskema għandha tkun korp ġuridiku li jkollu personalità
legali distinta u għandu jkun kapaċi, soġġett għad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att u ta’ dawn ir-regolamenti, li jidħol għal kuntratti ta’ self
jew b’xi mod ieħor jinkorri djun għall-finijiet tal-funzjonijiet
tiegħu, li jakkwista, jżomm u jiddisponi minn proprjetà  ta’ kull
xorta għall-finijiet tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, li jħarrek u jista’
jitħarrek u li jagħmel dawn il-ħwejjeġ kollha u jidħol għal kull tali
operazzjoni li hija inċidentali jew li twassal għall-eżerċizzju jew
twettieq tal-funzjonijiet tiegħu.
(3) L-Iskema għandha titmexxa, tkun amministrata minn u tkun
taħt il-kontroll ġenerali ta’ Kumitat ta’ Tmexxija maħtur skond ir-
regolament 5.
(4) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Iskema għandha
tkun vestita fi chairperson tal-Kumitat ta’ Tmexxija:
Iżda u mingħajr preġudizzju għal dak hawn qabel
ipprovdut, il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jvesti lil wieħed jew aktar
mill-membri tiegħu jew mill-uffiċjali jew aġenti ta’ l-Iskema bir-
rappreżentanza legali u ġuridika.
Funzjonijiet ta’ l-
Iskema.
4. (1) Mingħajr preġudizzju għal xi setgħa jew funzjoni oħra
mogħtija lilha minn dawn ir-regolamenti jew minn xi liġi oħra,
għandha tkun il-funzjoni ta’ l-Iskema -
(a) li żżomm fond jew fondi li minnhom għandhom isiru
ħlasijiet lil investituri u li tagħmel tali ħlasijiet jew
spejjeż oħra li jistgħu jitħallsu minn dan il-fond jew
fondi skond dawn ir-regolamenti;
(b) li tistabbilixxi u żżomm, wara konsultazzjoni ma’ l-
awtorità  kompetenti, arranġamenti biex isiru ħlasijiet
lil investituri skond dawn ir-regolamenti;
(ċ) li tipproċessa talbiet għal kumpens minn investituri
kemm jista’ jkun malajr u li tiżgura li l-kumpens
jitħallas bla dewmien żejjed; u
(d) li tagħti pariri lill-awtorità  kompetenti fuq materji li
għandhom x’jaqsmu ma’ kumpens lil investituri.
(2) L-għan ta’ l-Iskema hu li tipprovdi mezz ta’ protezzjoni lil
investituri privati fil-qafas ta’ dawn ir-regolamenti. Il-membri
kollha tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jaħdmu fl-aħjar
interessi ta’ l-Iskema u għandhom ifittxu u jippromwovu l-għanijiet
tagħha.
Kompożizzjoni tal-
Kumitat ta’ 
Tmexxija.
5. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jinħatar mill-awtorità
kompetenti u għandu jikkonsisti f’chairperson u sitt membri oħra
kif ġej:
(a) uffiċjal, ta’ grad mhux inqas minn wieħed maniġerjali,
li jkun qed jaqdi dmirijiet ma’ l-awtorità  kompetenti u
li jkollu l-ħila meħtieġa u esperjenza fis-servizzi
finanzjarji;
(b) persuna nominata minn assoċjazzjoni jew minn
assoċjazzjonijiet jew minn korpi oħra li
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 3
jirrappreżentaw persuni li jkollhom liċenza taħt l-Att li
jipparteċipaw fl-Iskema u jikkontribwixxu għaliha
skond dawn ir-regolamenti u li huma rikonoxxuti għal
dan l-iskop mill-awtorità  kompetenti;
L.S. 371.09
(ċ) persuna waħda nominata minn assojazzjoni jew
assoċjazzjonijiet jew minn korpi oħra li
jirrappreżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu li
jipparteċipaw u jikkontribwixxu għall-Iskema ta’
Kumpens lid-Depożitant mwaqqfa taħt ir-Regolamenti
dwar Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant u li huma
rikonoxxuti għal dan l-iskop mill-awtorità  kompetenti;
(d) persuna nominata flimkien mill-assoċjazzjonijiet jew
korpi oħra indikati fil-paragrafi (b) u (ċ);
(e) uffiċjal, ta’ grad mhux inqas minn maniġerjali, li jkun
qed jaqdi dmirijiet mal-Bank Ċentrali; u
(f) persuna, li minħabba fl-esperjenza, kwalifiki jew
attivitajiet tagħha hija meqjusa bħala kapaċi li tesprimi
u tirrappreżenta l-fehma tal-konsumaturi:
Iżda kull meta, tkun xi tkun ir-raġuni, l-assoċjazzjonijiet
jew korpi oħra li jirrappreżentaw lil min għandu liċenza u
istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafi (b), (ċ) u (d)
jonqsu li jinnominaw, fiż-żmien mogħti lilhom mill-awtorit
kompetenti, il-persuna li huma meħtieġa jinnominaw, l-awtorità
kompetenti għandha taħtar il-persuna jew il-persuni li jkun jonqos
skond id-diskrezzjoni tagħha.
(2) Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jinħatru
minn fost persuni li, fil-fehma ta' l-awtorità  kompetenti, għandhom
esperjenza bil-provi u jkunu kwalifikati fis-servizzi finanzjarji,
immaniġġar, jew ikunu jippossjedu xi għarfien u esperjenza
professjonali jew kummerċjali rilevanti.
(3) Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija nominat skond is-
subregolament (1)(b), (ċ) u (d) ma għandhomx ikunu eliġibbli għal
ħatra jekk ikollhom interess finanzjarju jew ta’ xorta oħra li
x’aktarx jista’ jolqot b’mod preġudizzjali l-qadi tal-funzjonijiet
tagħhom taħt dawn ir-regolamenti. Dawn il-membri tal-Kumitat ta’
Tmexxija għandhom iservu fil-kapaċità  personali tagħhom u ma
għandhomx jirrappreżentaw lill-persuna jew entitajiet li
jinnominawhom jew jirievu direttivi jew istruzzjonijiet
mingħandhom.
(4) Kull membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jżomm il-
kariga għal dak il-perijodu u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet
kif jistgħu jkunu determinati mill-awtorità  kompetenti u indikati fl-
ittra tal-ħatra. Dak iż-żmien fil-kariga ma għandux ikun inqas minn
tliet snin u mhux aktar minn ħames snin. Kull membru tal-Kumitat
ta’ Tmexxija, inkluż iċ-chairperson, għandu jkun eliġibbli biex
jinħatar mill-ġdid.
(5) Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jitneħħa mill-
kariga mill-awtorità  kompetenti għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ ħila li
jaqdi l-funzjonijiet ta’ l-uffiċċju tiegħu, kemm jekk minħabba mard
tal-moħħ jew tal-ġisem u kemm minħabba mġieba ħażina; u għall-
4 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
finijiet ta’ dan is-subregolament nuqqas ta’ attendenza ripetuta u
mhux ġustifikata għal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija tista’
titqies li tammonta għal imġieba ħażina.
(6) Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jirriżenja mill-
kariga b’ittra indirizzata lill-awtorità  kompetenti.
(7) L-awtorità  kompetenti tista’ timla kull vakanza li tinħoloq
fil-Kumitat ta’ Tmexxija tkun xi tkun ir-raġuni, imma għandhom
jitqiesu d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1).
(8) Avviż ta’ l-ismijiet tal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija (u
kull riżenja, tkeċċija u ħatra ġdida) għandu jkun ippubblikat fil-
Gazzetta.
(9) L-awtorità  kompetenti għandha tistabbilixxi r-
rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-membri tal-Kumitat ta’
Tmexxija.
(10) L-awtorità  kompetenti għandha taħtar wieħed mill-uffiċjali
tagħha biex jagħmilha ta’ segretarju tal-Kumitat ta’ Tmexxija. Din
il-persuna għandha tkun responsabbli biex tagħmel it-tħejjijiet
neċessarji għal-laqgħat tal-Kumitat u biex iżżomm il-minuti
tagħhom.
(11) Għall-finijiet tas-subregolamenti (2), (4), (5), (6), (8) u (9),
''membru'' għandha tinkludi ċ-chairperson.
Setgħat u dmirijiet 
tal-Kumitat ta’ 
Tmexxija.
6. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li
jidħol għal dawk l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli u spejjeż
oħra skond kif ikun meħtieġ biex jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu
taħt dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jqiegħed f’depożitu
kontribuzzjonijiet magħmulin minn min għandu liċenza skond ir-
regolament 11 jew fondi oħra mmaniġġati u amministrati minnu
jew jista’ jinvesti dawn il-kontribuzzjoniiet, filwaqt li jqis il-ħtieġa
tal-prudenza.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jixtri poloz ta’
assigurazzjoni, jissellef u b’xi mod ieħor jidħol għal djun f’isem l-
Iskema għall-finijiet tal-funzjonijiet ta’ l-Iskema, b’kull mod u taħt
kull xorta ta’ pattijiet li jidhrulu xierqa, b’dan iżda li dan is-self ma
jaqbiżx it-30 fil-mija tal-valur ta’ l-assi netti ta’ l-Iskema.
(4) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jordna li jinżammu kotba
tal-kontijiet kif għandu jkun biex il-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-
Iskema tkun tista’ tiġi aċċertata b’eżattezza raġonevoli f’kull waqt.
(5) Fl-eżerċizzju tas-setgħat u dmirijiet tiegħu, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu l-obbligu li jħares u jqis l-interessi ġenerali ta’
investituri intitolati li jagħmlu talba taħt dawn ir-regolamenti.
Ftehim dwar 
tmexxija ta’ 
investimenti u ta’ 
appoġġ 
amministrattiv.
7. Mingħajr preġudizzju għar-regolament 6(1), il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jidħol f’tali ftehim dwar tmexxija ta’
investimenti u ta’ appoġġ amministrattiv kif jista’ jiġi approvat
mill-awtorità  kompetenti.
Pubblikazzjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
finanzjarji.
8. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jħejji dikjarazzjonijiet
annwali li jbassru l-ispejjeż u d-dħul mistennija ta’ l-Iskema, u
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 5
għandu jagħmel dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ tbassir aċċessibbli
lill-parteċipanti kollha meta dawn jitolbuhom.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jissottometti lill-awtorità
kompetenti rapport annwali fuq kif ikun qeda l-funzjonijiet tiegħu u
fuq l-operat ta’ l-Iskema fi żmien tliet xhur mill-għeluq tas-sena
finanzjarja ta’ l-Iskema. Dan ir-rapport annwali għandu jinkludi,
fost l-oħrajn -
(a) dikjarazzjoni li turi l-ħlasijiet li daħlu u l-ħlasijiet li
ħarġu mill-Iskema tul is-sena finanzjarja li tkun
għadha kif għalqet; u
(b) dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali verifikati mħejjija
skond l-International Accounting Standards.
(3) Ir-rapport annwali għandu jkun aċċessibbli fuq il-website
ta’ l-awtorità  kompetenti.
(4) Il-kotba tal-kontijiet għandhom jinżammu f’dak il-post
skond li l-Kumitat ta’ Tmexxija jidhirlu xieraq.
Laqgħat tal-
Kumitat.
9. (1) Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom isiru
spiss skond ma jkun meħtieġ iżda mhux inqas minn darba kull tliet
xhur kalendarji.
(2) Laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jissejjħu miċ-
chairperson jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba bil-
miktub ta’ żewġ membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jagħmel il-laqgħa biss jekk
mill-inqas erba’ membri (li għandhom jinkludu ċ-chairperson jew,
fl-assenza tiegħu, il-membru nominat mill-awtorità  kompetenti)
jkunu preżenti.
(4) Għall-finijiet tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija,
kull membru għandu jkollu vot wieħed. Votazzjoni għandha
tittieħed b’maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti. Fil-każ ta’
ugwaljanza ta’ voti, iċ-chairperson għandu jkollu t-tieni vot jew
vot deċiżiv.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ hawn aktar qabel ta’
dan ir-regolament, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu s-setgħa
li jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu u jista’ wkoll jistabbilixxi
dawk il-proċeduri jew jagħmel dawk ir-regoli kif jidhrulu xierqa
għat-twettieq aħjar ta’ l-iskopijiet tiegħu.
(6) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jistieden lil kull persuna li
fil-fehma tiegħu għandha għarfien speċjalizzat jew esperjenza
f’suġġett partikolari, biex tattendi għal xi laqgħa u tieħu sehem fid-
diskussjonijiet.
L-għejun u l-użu 
tal-fondi.
10. (1) Skond ir-regolament 4, l-Iskema għandha tistabbilixxi
u żżomm fond jew għadd ta’ fondi li minnhom isiru ħlasijiet lil
investituri skond dawn ir-regolamenti.
(2) L-għejun ta’ l-iffinanzjar għandhom jinkludu:
(a) kontribuzzjonijiet meħudin mingħand il-parteċipanti
fl-Iskema mill-Kumitat ta’ Tmexxija;
(b) flus imħallsin bħala spejjeż amministrattivi mill-
6 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
parteċipanti kollha, kif jista’ jiġi preskritt;
(ċ) flus riċevuti bħala dħul mill-investiment ta’ l-assi tal-
fond;
(d) flus missellfa mill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-finijiet
ta’ l-Iskema;
(e) flus riċevuti mill-Kumitat ta’ Tmexxija minn xi polza
ta’ assigurazzjoni mixtrija minnu; u
(f) kull ammont ta’ flus ieħor li jitħallsu għal ġol-fond
jew fondi, riċevuti jew irkuprati mill-Kumitat ta’
Tmexxija għall-iskopijiet ta’ l-Iskema.
(3) Għandhom jitħallsu mill-fond jew fondi:
(a) flus stabbiliti mill-Kumitat ta’ Tmexxija bħala
kumpens għall-investituri;
(b) flus meħtieġa għall-ħlas lura ta’ (jew imgħaxijiet fuq
jew spejjeż f’konnessjoni ma’) kull flus missellfa jew
għall-ħlas tal-premia ta’ kull polza ta’ assigurazzjoni
mixtrija, għall-iskopijiet ta’ l-Iskema;
(ċ) l-ispejjeż tat-tmexxija u l-immaniġġjar ta’ l-Iskema; u
(d) kull flus oħra mħallsin mill-Kumitat ta’ Tmexxija
għall-iskopijiet ta’ l-Iskema.
(4) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jżomm, jimmaniġġja u
japplika l-fond jew fondi skond dawn ir-regolamenti.
Parteċipanti.
L.S. 370.03
11. (1) Kull min għandu liċenza ta’ Kategorija 2 jew
Kategorija 3 skond ir-Regolamenti dwar l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment (Liċenzi u Drittijiet Oħra) għandu jipparteċipa u
jikkontribwixxi fl-Iskema, inklużi fergħat ta’ min għandu liċenza li
jkunu joperaw f’pajjiżi oħra:
Iżda min għandu liċenza u jipprovdi servizzi ta’ investiment
unikament u esklużivament lil persuni li ma jaqgħux fl-ambitu tad-
definizzjoni ta’ ''investitur'' skond ir-regolament 2 mhux obbligat
jipparteċipa u jikkontribwixxi fl-Iskema.
(2) Fil-każ ta’ parteċipant li l-uffiċċju ewlieni tiegħu qiegħed
f’pajjiż barra minn Malta, u wkoll fergħat ta’ persuni li għandhom
liċenza li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom f’Malta imma li
joperaw barra minn Malta, u meta hemm kopertura supplementari
minn skema korrispondenti f’dak il-pajjiż ieħor, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jagħmel ftehim bilaterali ma’ l-awtorità
responsabbli għat-tmexxija u amministrazzjoni ta’ l-Iskema f’dak
il-pajjiż ieħor li jistipula, fost oħrajn, ir-regoli u l-proċeduri li
għandhom ikunu segwiti fil-każ ta’ ħlas ta’ kumpens ta’ dawk li
jkunu qed jagħmlu talba.
(3) Parteċipazzjoni fl-Iskema ma teskludix il-possibiltà  li min
għandu liċenza partikolari jkollu jipparteċipa wkoll f’kumpens
ieħor jew skemi simili mwaqqfa taħt liġi differenti u ggvernati
minn awtorità  oħra jew korp ieħor kompetenti.
(4) Meta min għandu liċenza jsir parteċipant fl-Iskema wara d-
dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’ Tmexxija
għandu jiddetermina l-obbligi tal-parteċipant ġdid u l-
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 7
kondizzjonijiet kollha relattivi għalih skond dawn ir-regolamenti.
Kontribuzzjonijiet 
għall-Iskema.
12. (1) Parteċipanti għandhom iħallsu dawk il-
kontribuzzjonijiet għall-Iskema kif preskritt fit-Tieni Skeda.
(2) Parteċipanti jistgħu jintalbu jħallsu lill-Iskema dawk il-
ħlasijiet ammistrattivi raġonevoli li jistgħu, minn żmien għal
żmien, ikunu preskritti mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
Determinazzjoni.
(a) jkun jidher lill-awtorità  kompetenti li parteċipant ma
jkunx jista’, f’dak il-mument, għal raġunijiet li huma
direttament relatati ma ċirkostanzi finanzjarji tiegħu,
jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mit-talbiet magħmulin
mill-investituri tiegħu u li ma jkunx hemm prospett fil-
qrib jew fi żmien prevedibbli li jkun jista’ jagħmel
dan, jew inkella jkun issospenda l-ħlasijiet b’xi mod
ieħor; jew
(b) fir-rigward ta’ parteċipant li għandu l-uffiċċju ewlieni
tiegħu f’Malta tkun ħarġet ordni mill-Qrati ta’ Malta
għal xoljiment jew likwidazzjoni taħt il-liġijiet ta’
Malta;
skond liema jiġi l-ewwel, l-awtorità  kompetenti għandha, kemm
jista’ jkun prattikament malajr, tagħmel determinazzjoni f’dan is-
sens.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’, permezz ta’ Linji ta’ Gwida,
tistabbilixxi dawk iċ-ċirkostanzi jew kriterji li jistgħu jkunu
kkunsidrati biex tasal għal deċiżjoni dwar jekk tagħmilx
determinazzjoni skond is-subregolament (1).
(3) Kemm jista’ jkun malajr u prattikabbli, meta ssir
determinazzjoni, l-awtorità  kompetenti għandha tinforma bil-
miktub lill-Kumitat ta’ Tmexxija b’din id-determinazzjoni. Il-
Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jieħu miżuri addizzjonali li jidhrulu
meħtieġa jew xierqa fil-limiti tas-setgħat tiegħu taħt dawn ir-
regolamenti.
(4) L-awtorità  kompetenti għandha, kemm jista’ jkun malajr,
tinforma lil kull skema ta’ kumpens oħra relatata ma’ attivitajiet ta’
servizzi finanzjarji, kif jista’ jkun stabbilit taħt xi liġi oħra u
regolat minn xi awtorità  kompetenti jew korp ieħor, li hija taħseb li
jista’ jintlaqat minn din id-determinazzjoni.
(5) Meta tiġi biex tagħmel determinazzjoni skond is-
subregolament (1), l-awtorità  kompetenti għandha tqis kull rapport
ta’ uffiċjali jew uffiċjali awtorizzati minnha fuq iċ-ċirkostanzi tal-
qagħda tal-persuna li għandha liċenza, u ta’ kull informazzjoni oħra
fil-pussess tagħha.
Applikazzjoni għal 
kumpens.
14. (1) Meta jkun infurmat mill-awtorità  kompetenti li saret
determinazzjoni taħt ir-regolament 13(1), il-Kumitat ta’ Tmexxija
għandu jippubblika avviż f’mill-inqas żewġ gazzetti lokali biex
jinforma lill-investituri tal-persuna li għandha liċenza b’dik id-
determinazzjoni u bil-mod kif it-talbiet imsaħħa minn evidenza
dokumentarja għandhom ikunu ppreżentati.
8 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
(2) Id-dritt ta’ investitur għal kumpens m’għandux jintilef jekk
l-investitur jista’ jipprova li ma kienx jista’ jasserixxi d-dritt tiegħu
għal kumpens fil-limiti taż-żmien preskritti skond kif jista’ jkun
ipprovdut mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, wara li ssirlu applikazzjoni
għal kumpens minn investitur, jaċċetta jew jirrifjuta li jagħti
kumpens skond dawn ir-regolamenti.
(4) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jipproċedi biex iħallas
kumpens għal talbiet verifikati fi żmien tliet xhur mid-data tad-
determinazzjoni mogħtija skond ir-regolament 13(1):
Iżda l-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, f’ċirkostanzi
eċċezzjonali, japplika għand l-awtorità  kompetenti għal estensjoni
ta’ dan il-perijodu b’perijodu ulterjuri sa tliet xhur, u sa żewġ
perijodi ulterjuri oħra ta’ tliet xhur kull wieħed wara dan.
Verifika ta’ talbiet. 15. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jagħmel l-
arranġamenti amministrattivi tiegħu biex jivverifika t-talbiet. Dawn
l-arranġamenti għandhom jinkludu:
(a) li jipprovdi formola ta’ applikazzjoni għal min
jagħmel talba kemm bl-Ingliż u kemm bil-Malti;
(b) li jipprovdi għall-eżerċizzju tad-dritt tas-surroga mill-
Kumitat ta’ Tmexxija skond ir-regolament 22; u
(ċ) li jitlob lil dawk li jagħmlu talba biex jagħtu:
(i) l-identità  u l-indirizz tagħhom;
(ii) il-kapaċità  li bis-saħħa tagħha jagħmlu t-talba;
(iii) prova ta’ l-investimenti; u
(iv) kull informazzjoni oħra li tista’ tkun meħtieġa
mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jirrifjuta li jagħmel ħlas għal
kumpens sakemm min jagħmel it-talba ma jinfurmax lill-Kumitat
ta’ Tmexxija bil-kapaċità  li bis-saħħa tagħha huwa jkun il-
proprjetarju benefiċjarju ta’ l-investiment u jipprovdi provi u
informazzjoni dokumentata sodisfaċenti biex jippermetti lill-
Kumitat ta’ Tmexxija jiddetermina l-ammont ta’ kumpens
pagabbli.
Kap. 373.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jittardja l-ħlas lil
min jagħmel talba sakemm ma tinqatax xi akkuża kriminali
miġjuba kontra min ikun qed jagħmel it-talba, investitur, jew kull
persuna oħra intitolata jew interessata fir-rigward ta’ investiment
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att Kontra Money Laundering jew xi
liġi korrispondenti ta’ pajjiż barra minn Malta.
(4) Meta fil-fehma tal-Kumitat ta’ Tmexxija ċ-ċirkostanzi hekk
jitolbu, il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jagħmel parti mill-ħlasijiet lil
dawk li jagħmlu talba li huma eliġibbli għal kumpens taħt dawn ir-
regolamenti.
Meta l-fondi jidhru 
li huma 
inadegwati.
16. Kull meta jidher lill-Kumitat ta’ Tmexxija li l-fondi li
f’dak iż-żmien ikunu fil-pussess ta’ l-Iskema jkunu inadegwati biex
il-Kumitat ta’ Tmexxija jeżerita l-funzjonijiet tiegħu, il-Kumitat ta’
Tmexxija jista’ jitlob li ssir kontribuzzjoni lill-Iskema minn min
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 9
għandu liċenza mill-fondi riservati, iżda bla ma jaqbżuhom, għal
dan l-iskop skond it-Tieni Skeda. Din il-kontribuzzjoni ulterjuri
għandha tingħata lill-Iskema fi żmien tletin ġurnata kalendarja
minn meta tintalab.
Limitu ta’ 
kumpens.
17. L-ammont totali ta’ kumpens li jista' jitħallas lil investitur
għandu jkun l-inqas minn disgħin fil-mija (90%) fir-rigward tat-
talbiet kollha magħmulin minn dak l-investitur, jew sa l-
ekwivalenti f’liri Maltin ta’ 20,000 Euro konvertiti abbażi tar-rata
medja ta’ l-għeluq uffiċjali maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta
applikabbli fid-data li titħallas it-talba:
Iżda l-kumpens totali mħallas mill-Iskema f’xi sena waħda
ma għandux jaqbeż il-75 fil-mija tal-valur ta’ l-attiv nett ta’ l-
Iskema kif ikun jidher fl-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji
verifikati u li jkun jinkludi wkoll kontribuzzjonijiet varjabbli
miżmumin minn min għandu liċenza f’riservi kif mitlub skond it-
Tieni Skeda. F’din il-klawsola kondizzjonali, ''il-valur ta’ l-assi
nett'' għandu jinkludi kull fond proprjetà  ta’ l-Iskema jew dovut
lilha, inkluzi kontribuzzjonijiet fissi u varjabbli skond it-Tieni
Skeda:
Iżda wkoll meta l-fondi ta’ l-Iskema ma jkunux biżżejjed
biex jissodisfaw it-talbiet għalkollox, il-ħlasijiet lil min jagħmel
talba għandhom ikunu pro rata.
Dawk li jagħmlu 
talba.
18. (1) Dawk il-persuni biss li huma individwi u li jaqgħu taħt
id-definizzjoni ta’ ''investitur'' fir-regolament 2 jistgħu jagħmlu
talba taħt l-Iskema skond dawn ir-regolamenti. Investitur jista’
jissottometti talba waħda biss fir-rigward ta’ l-investimenti kollha
tiegħu, meħudin flimkien, mal-persuna kkonċernata li għandha
liċenza.
(2) L-individwi li ġejjin huma esklużi milli jagħmlu talba taħt
l-Iskema:
(a) diretturi u managers tal-persuna li għandha liċenza u
membri tal-persuna li għandha liċenza u li għandhom
responsabbiltà  personali, persuni li għandhom ħamsa
fil-mija tal-kapital jew aktar ta’ din il-persuna li
għandha liċenza, l-awdituri tal-persuna li għandha
liċenza u persuni ta’ l-istess deskrizzjoni fir-rigward
ta’ kumpanija li tifforma parti mill-istess grupp ta’
kumpanniji bħall-persuna li għandha liċenza;
(b) qraba viċini, jiġifieri axxendenti, dixxendenti jew il-
mara jew raġel tal-persuni msemmija fil-paragrafu (a);
(ċ) investituri li, fil-fehma tal-Kumitat ta’ Tmexxija,
għandhom xi responsabbiltà  għal jew kienu ħadu
vantaġġ minn ċerti fatti relatati ma’ min għandu
liċenza li wasslu għal diffikultajiet finanzjarji ta’ min
għandu liċenza jew ikkontribwew biex is-sitwazzjoni
finanzjarja teħżien;
Kap. 373.
(d) investituri fir-rigward ta’ operazzjonijiet li
f’konnessjoni tagħhom ingħatat kundanna ta’ ħabs fuq
akkuża kriminali għal ħasil tal-flus skond l-Att kontra
l-Money Laundering; u
10 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
(e) nominees jew terzi persuni oħra li jaġixxu f’isem jew
fl-interess tal-persuni msemmija fil-paragrafi (a) sa
(d).
(3) Il-kategoriji elenkati fl-Ewwel Skeda huma wkoll esklużi
milli jressqu talbiet taħt l-Iskema.
(4) Fil-każ ta’ dubju dwar jekk investitur hux eskluż milli
jissottometti talba lill-Iskema, il-materja għandha tkun determinata
konklużivament mill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-finijiet kollha ta’
dawn ir-regolamenti.
(5) Investitur ma jistax jagħmel talba kontra aktar minn skema
waħda fir-rigward ta’ talba waħda. Meta tkun saret talba taħt żewġ
skemi ta’ kumpens jew aktar, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu
jiddetermina konklużivament taħt liema skema min jagħmel it-talba
hu eliġibbli għal kumpens.
(6) Talba għandha ssir f’dik il-forma, u għandha tkun
akkumpanjata minn dik id-dokumentazzjoni jew informazzjoni, li l-
Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jiddetermina u jagħmel pubbliċi minn
żmien għal żmien.
Talbiet. 19. (1) L-Iskema għandha tipprovdi għall-ħlas ta’ kumpens
fir-rigward ta’ talbiet li jirriżultaw mill-inabilità  ta’ min għandu
liċenza li:
(a) jħallas lura flus dovuti lil jew li jkunu ta’ investituri u
miżmumin f’isimhom f’konnessjoni ma’ negozju
liċenzjat; jew
(b) jrodd lura lill-investituri strumenti li huma proprjetà
tagħhom u miżmumin, amministrati jew immaniġġjati
f’isimhom f’konnessjoni ma’ negozju liċenzjat jew,
meta dan m’hux possibbli, l-ekwivalenti tagħhom fi
flus jew valur.
(2) L-ammont ta’ talba ta’ investitur għandu jkun ikkalkolat
mill-Kumitat ta’ Tmexxija wara li jqis il-fatturi, kollha jew uħud
minnhom, li ġejjin:
(a) kondizzjonijiet legali u kuntrattwali;
(b) kontro-talbiet;
(ċ) valur fis-suq; u
(d) valur ta' tisrif.
Eliġibilità  għal 
kumpens.
20. Meta l-Kumitat ta’ Tmexxija hu tal-fehma li investitur
mhux eliġibbli għal kumpens sħiħ jew parzjali skond dawn ir-
regolamenti, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jagħti avviż bil-
miktub ta’ dik il-fehma lil dak l-investitur u r-raġunijiet għaliha.
Kumpens imħallas 
għandu jitnaqqas 
mill-kumpens 
pagabbli.
21. (1) Meta jikkunsidra kumpens lil investitur għal xi ħlas
taħt dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jqis
ħlasijiet magħmulin taħt xi polza ta’ indennizz professjonali
mixtrija minn min għandu liċenza jew xi ħlasijiet magħmulin taħt
xi liġi oħra jew arranġament ieħor fir-rigward ta’ l-istess telfiet.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jnaqqas dan l-ammont ta’
kumpens imħallas mill-ammont ta’ kumpens li jista’ jkun pagabbli
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 11
lill-investitur fir-rigward taċ-ċirkostanzi kollha, jew uħud
minnhom, li jirriżultaw minn dan ir-regolament.
Surroga.
Iskema għandha tkun surrogata fid-drittijiet u rimedji ta’ dak li
għamel it-talba kontra l-persuna li għandha liċenza.
(2) Qabel il-ħlas l-investituri għandhom jikkonfermaw bil-
miktub lill-Kumitat ta’ Tmexxija li:
(a) huma ma rċevewx xi ħlas minn xi skema oħra jew
mill-persuna kkonċernata li għandha liċenza fir-
rigward ta’ l-istess telfa;
(b) huma jagħtu kull għajnuna li l-Kumitat ta’ Tmexxija
jista’ jeħtieġ biex il-Kumitat ta’ Tmexxija jkun jista’
jeżerċita d-drittijiet u rimedji tiegħu kontra l-persuna li
għandha liċenza; u
(ċ) d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta’ flus jew strumenti
li jikkostitwixxu t-talba għandhom ikunu surrogati
favur il-Kumitat ta’ Tmexxija.
Kif ikun stabbilit 
il-livell ta’ 
kumpens.
23. (1) Meta żewġ persuni jew aktar huma intitolati flimkien
għal kont ta’ investimenti, kull waħda minn dawn il-persuni
għandha titqies bħallikieku kellha kont separat ta’ l-ammont
prodott billi tiddividi l-ammont ta’ l-investiment li għalih dawn il-
persuni huma intitolati flimkien bin-numru ta’ persuni intitolati
b’daqshekk, sakemm ma jkunx hemm prova speċifika jew
disposizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi li jiddeterminaw l-ammont
dovut lil kull parti, f’liema każ dik il-prova għandha titqies fid-
determinazzjoni ta’ x’għandu jmissu kull wieħed.
(2) Meta persuna taġixxi bħala trustee jew nominee għal
persuna jew aktar b’att ta’ trust jew ftehim simili, l-ammont li
jikkostitwixxi t-talba għandu jitqies li jappartjeni lill-propjetarji
benefiċjarji b’mod ugwali, sakemm ma jkunx hemm evidenza
speċifika jew disposizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi li
jiddeterminaw l-interessi benefiċjarji ta’ dawn il-persuni f’liema
każ din l-evidenza għandha titqies biex ikun determinat x’għandu
jmissu kull wieħed, u sakemm f’kull każ tinġieb prova dwar dik il-
proprjetà  għas-sodisfazzjon komplet tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Informazzjoni lill-
konsumatur.
24. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiżgura li l-pubbliku
ġenerali ikun infurmat adegwatament dwar it-tħaddim ta’ l-
arranġamenti ta’ l-Iskema.
Riklami.
investituri kurrenti u prospettivi informazzjoni adegwata u ċara
dwar l-applikabilità  ta’ l-Iskema flimkien ma’ dawk id-dettalji l-
oħra kif minn żmien għal żmien jistgħu jkunu speċifikati mill-
awtorità  kompetenti f’manjiera u forma speċifikati mill-awtorità
kompetenti:
Iżda min għandu liċenza ma għandux jirriklama jew jordna
li jkun irreklamat il-fatt li flus jew strumenti mqegħdin ma’ min
għandu liċenza huma protetti minn jew permezz ta’ l-Iskema ħlief
bil-kunsens miktub u miksub minn qabel ta’ l-awtorità  kompetenti.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’, minn żmien għal żmien,
12 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
tispeċifika l-informazzjoni li min għandu liċenza għandu jagħti lill-
investituri dwar l-Iskema u t-tħaddim tagħha, u wkoll il-mod u l-
forma kif din l-informazzjoni għandha tingħata.
Setgħa tal-Kumitat 
ta’ Tmexxija li 
jakkwista 
informazzjoni.
26. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jitlob lill-parteċipanti,
jew direttament jew permezz ta’ l-awtorità  kompetenti, li jipprovdu
dik l-informazzjoni li l-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jqis rilevanti
għall-ammistrazzjoni xierqa ta’ l-Iskema, f’tali żmien skond kif il-
Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jistabbilixxi. It-talba tista’ ssir lill-
parteċipant jew lil kull wieħed mid-diretturi jew uffiċjali tiegħu li
għandhom din l-informazzjoni.
(2) Mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti, parteċipant jew kull direttur jew uffiċjal tiegħu li
jonqsu milli jikkonformaw mat-talba tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal
informazzjoni fi żmien il-perijodu stabbilit mill-Kumitat ta’
Tmexxija skond is-subregolament (1), jew li xjentement jew bla
kont jagħtu informazzjoni, jew jagħmlu dikjarazzjoni, li tkun
skorretta, falza jew qarrieqa fir-rigward ta’ xi fatt materjali, jistgħu
jeħlu multa amministrattiva ta’ mhux aktar minn elf lira skond kif
tista’ tiġi imposta mill-awtorità  kompetenti b’avviż bil-miktub u
bla rikors għal smigħ fil-qorti.
(3) Meta multa amministrattiva tkun ġiet imposta mill-awtorità
kompetenti skond is-subregolament (2), jista’ jsir appell lit-
Tribunal tas-Servizzi Finanzjarji skond l-artikoli 6 u 19 ta’ l-Att.
Rispett tal-
konfidenzjalità .
Kap. 377.
27. (1) Membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija u persuni maħturin
taħt ir-regolament 6(1) għandhom ikunu soġġetti għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Segretezza Professjonali, u
għandhom iżommu konfidenzjali kull informazzjoni li jakkwistaw
fil-kors tal-qadi ta’ dmirijiethom taħt dawn ir-regolamenti, u ma
għandhomx jiżvelaw xi informazzjoni lil persuni, istituzzjonijiet ta’
kreditu, assoċjazzjonijiet jew entitajiet ħlief kif jista’ jkun permess
minn dawn ir-regolamenti jew minn xi liġi oħra jew b’ordni tal-
Qorti.
(2) Id-dmir tal-konfidenzjalità  ma jinkisirx fl-każ ta’:
(a) skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kumitat ta’
Tmexxija u awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi oħra, jew
l-awtoritajiet kompetenti għall-immaniġġjar u
amministrazzjoni ta’ skemi korrispondenti f’pajjiżi
oħra, b’dan iżda li l-informazzjoni rilevanti hija
meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom taħt dawn ir-
regolamenti; u
(b) kull użu jew kxif ta’ informazzjoni li jista’ jkun
meħtieġ li jsir biex il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-
uffiċjali jew aġenti tiegħu jkunu jistgħu jaqdu
dmirijiethom u jagħmlu l-funzjonijiet tagħhom skond
dawn ir-regolamenti.
Nuqqas ta’ 
konformità  ma’ l-
obbligi.
28. (1) Meta min għandu liċenza jonqos milli jikkonforma
ma’ l-obbligi tiegħu skond dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jinnotifika u jikkonsulta ma’ l-awtorità
kompetenti u għandu jaqbel fuq il-miżuri xierqa li għandhom
jittieħdu, inkluża l-impożizzjoni ta’ multi, biex jiżgura li min
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 13
għandu liċenza jikkonforma ma’ dawn l-obbligi.
(2) Jekk dawn il-miżuri ma jaslux biex jiżguraw konformità
min-naħa ta’ min għandu liċenza, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu
jirrapporta l-materja lill-awtorità  kompetenti biex jittieħdu miżuri
ulterjuri skond il-liġi, inkluża l-possibiltà  ta’ restrizzjoni jew irtirar
tal-liċenza tal-persuna kkonċernata.
(3) Wara r-restrizzjoni jew irtirar ta’ liċenza, il-kopertura tibqa'
tingħata fir-rigward ta’ negozju liċenzjat li jkun sar sad-data tar-
restrizzjoni jew irtirar tal-liċenza.
Proċeduri għall-
investigazzjoni ta’ 
lmenti.
29. L-Iskema għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri interni
adegwati biex tinvestiga lmenti kontriha minn min għandu liċenza
u minn investituri.
Setgħa li jinħarġu 
direttivi u Linji ta’ 
Gwida.
30. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ Linji ta’ Gwida lil
min għandu liċenza għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Dawn il-Linji ta’ Gwida jista’ jkollhom dawk id-
disposizzjonijiet inċidentali, supplementari u konsegwenzjali kif
jidher lill-awtorità  kompetenti li jkun xieraq għall-finijiet ta’ dawn
ir-regolamenti.
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà  għal 
danni.
31. Il-Kumitat ta’ Tmexxija u uffiċjali jew aġenti ta’ l-Iskema
ma għandhomx ikunu responsabbli għad-danni għal xi ħaġa li
jagħmlu jew jonqsu milli jagħmlu fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom
taħt dawn ir-regolamenti sakemm ma jintweriex li l-att jew l-
ommissjoni jkunu saru b’malafede.
Għeluq is-sena 
finanzjarja ta’ l-
Iskema.
32. Għeluq is-sena finanzjarja ta’ l-Iskema għandu jkun
perijodu ta’ żamma tal-kontijiet ta’ tnax-il xahar li jagħlqu fil-
wieħed u tletin ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Verifika.
International Standards on Auditing minn awdituri maħturin mill-
Kumitat ta’ Tmexxija minn fost persuni li huma kwalifikati biex
jinħatru awdituri ta’ kumpannija taħt il-liġi viġenti f’Malta dak iż-
żmien.
Kooperazzjoni ma’ 
awtoritajiet oħra.
34. L-awtorità  kompetenti u l-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom
jikkonsultaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti rilevanti u mal-persuni
responsabbli minn skemi ta’ kumpens f’pajjiżi oħra barra minn
Malta u jippruvaw jaslu fi ftehim ma’ dawk l-awtoritajiet u persuni
dwar:
(a) il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti jekk
parteċipant ifalli;
(b) l-ammonti ta’ kumpens pagabbli, wara t-tnaqqis, jekk
ikun hemm, taħt kull skema; u
(ċ) kull aspett ieħor li jidher xieraq għat-tmexxija u
amministrazzjoni kif għandu jkun ta’ l-iskemi.
Regolament 
tranżitorju.
L.S. 371.09
35. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skond ir-regolament
3 tar-Regolamenti dwar Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant u l-
Kumitat ta’ Tmexxija msemmi f’dawn ir-regolamenti huma l-istess
ħaġa. Il-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skond ir-regolament 3 ta’
dawn ir-regolamenti għandu jkompli jgawdi l-personalità  tal-
14 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit immedjatament qabel id-dħul fis-
seħħ ta’ dawn ir-regolamenti u għalhekk għandu jassumi d-drittijiet
u l-obbligi kollha tiegħu.
A.L. 6 ta’ l-2003.
(2) Kull ħatra, deċiżjoni, kontribuzzjoni, talba, pagament jew
xi att ieħor magħmul jew meħud skond ir-Regolamenti ta’ l-2003
għal Skema ta’ Kumpens lill-Investitur qabel id-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti għandhom jibqgħu fis-seħħ u għandhom
jitqiesu li jkunu saru u ttieħdu taħt dawn ir-regolamenti, u kull
referenza f’xi liġi għall-Kumitat ta’ Tmexxija għandha titqies li hi
referenza għall-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skond ir-regolament
3.
Fond ta’ Kumpens.
Kap. 345.
36. Il-Fond ta’ Kumpens stabbilit mill-Bye-laws skond l-
Iskeda ta’ l-Att dwar Swieq Finanzjarji għandu jiddaħħal bħala
parti integrali ta’ l-Iskema skond id-disposizzjonijiet tat-Tielet
Skeda.
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 15
L-EWWEL SKEDA
Esklużjonijiet
(Regolament 18 )
Biex jitneħħa kull dubju, dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi milli jagħmlu
talba kontra l-Iskema u m’għandhomx jitqiesu li huma investituri għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti:
(1) Negozjanti għal rashom, kumpanniji u soċjetajiet kummerjali oħra;
(2) Investituri professjonali u istituzzjonali, inklużi:
(a) Persuni li għandhom liċenza ta’ servizzi ta’ investiment taħt l-artikolu 6
ta’ l-Att;
(b) Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu qed jagħmlu kummerċ bankarju taħt
l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;
(ċ) Istituzzjonijiet Finanzjarji kif definiti fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar
Istituzzjonijiet Finanzjarji;
(d) Kumpanniji awtorizzati biex jagħmlu kummerċ ta’ assigurazzjoni taħt l-
Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
(e) Skemi ta’ investment kollettiv kif definiti fl-artikolu 2 ta’ l-Att;
(f) Fondi għal min Jirtira kif definiti fl-Att li jirregola Fondi Speċjali; u
(g) Kategoriji ta’ investituri professjonali u istituzzjonali lokali u, jew
barranin oħra, kemm jekk residenti u kemm jekk mhux residenti Malta,
kif jista’ jkun determinat mill-awtorità  kompetenti minn żmien għal
żmien.
(3) Istituzzjonijiet, gvernijiet u awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u
internazzjonali;
(4) Kunsilli jew awtoritajiet lokali u muniċipali;
(5) Sigurtajiet fuq dejn maħruġin mill-istess persuna li għandha liċenza u
responsabbiltajiet li jirriżultaw minn aċċettazzjonijiet ta’ ħlas u promissory notes.
IT-TIENI SKEDA
Kontribuzzjonijiet skond ir-regolament 12
1. Kontribuzzjonijiet
(a) Min għandu liċenza għandu jagħmel, kull sena, Kontribuzzjoni Fissa u
Kontribuzzjoni Varjabbli għall-Iskema.
(b) Il-Kontribuzzjoni Fissa għandha titħallas lill-Iskema kull sena f’kull
sena kalendarja.
2. Kontribuzzjoni Fissa
(a) Kull persuna li għandha liċenza u li tipparteċipa fl-Iskema għandha
tħallas Kontribuzzjoni Fissa kif ġej:
(i) Lm1,250 fil-każ ta’ min għandu liċenza għal Servizzi ta’
Investimenti Kategorija 2; u
(ii) Lm7,500 fil-każ ta’ min għandu liċenza għal Servizzi ta’
16 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
Investimenti Kategorija 3.
(b) L-ewwel kontribuzzjoni għas-sena kalendarja 2003 dovuta minn min
kellu liċenza skond l-Att fiż-żmien meta daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti
ta’ l-2003 għal Skema ta’ Kumpens lill-Investitur għandha titħallas sa l-
aħħar ta’ Novembru 2003.
(ċ) Fis-snin ta’ wara, il-ħlas tal-Kontribuzzjoni Fissa lill-Iskema għandu
jsir sat-30 ta’ April ta’ kull sena.
(d) Fil-każ li parteċipant ġdid jidħol fl-Iskema bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’
Diċembru 2003, dan il-parteċipant għandu jkun biss obbligat li jħallas
proporzjon tal-Kontribuzzjoni Fissa li tkopri l-perijodu fis-sena
kalendarja 2003 li fir-rigward tiegħu il-parteċipant kellu fil-pussess
tiegħu liċenza taħt l-Att.
3. Kontribuzzjoni Varjabbli
(a) Il-Kontribuzzjoni Varjabbli hija kkalkolata bl-applikazzjoni ta’ rata
perċentwali għad-dħul totali ta’ min għandu liċenza fuq bażi annwali.
Ir-rata perċentwali għall-Kontribuzzjoni Varjabbli hija ffissata bħala
0.1 fil-mija.
(b) Il-Kontribuzzjoni Varjabbli għandha tiddaħħal fil-kontijiet fis-sena
finanzjarja meta l-Kontribuzzjoni Varjabbli titħallas.
(i) Riserva ta’ l-Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri
Il-Kontribuzzjoni Varjabbli għandha tinżamm minn min għandu liċenza
f’riserva biex il-fondi jkunu jistgħu jintużaw fi żmien tletin ġurnata kalendarja minn
meta l-Iskema tagħmel sejħa fuq tali fondi skond ir-regolament 16.
Fondi f’din ir-riserva, li għandha tissejjaħ ''Riserva ta’ l-Iskema għall-
Kumpens ta’ l-Investituri'' fil-kontijiet u dokumenti kollha, għandhom ikunu
investiti minn min għandu liċenza ma’ terza persuna approvata bil-miktub mill-
Kumitat ta’ Tmexxija.
Din it-terza persuna għandha żżomm il-fondi bħala rahan favur l-Iskema u
għandha tirrikonoxxi speċifikament id-drittijiet ta’ l-Iskema bħala l-persuna li
żżomm ir-rahan u għandha tgħarraf b’dan lill-Iskema bil-miktub.
Jekk ir-Riserva ta’ l-Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri hija ogħla mill-
Kontribuzzjoni Varjabbli, ma jsir ebda trasferiment għar-Riserva ta’ l-Iskema għall-
Kumpens ta’ l-Investituri. Dan jimplika li meta Kontribuzzjoni Varjabbli hi ogħla
mir-Riserva ta’ l-Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri, min għandu liċenza għandu
jintalab jagħmel Kontribuzzjoni Varjabbli għad-differenza biex jiżgura li l-ogħla
ammont ikun dejjem fir-riserva.
Ir-Riserva ta’ l-Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri m’għandha tkun qatt
inqas minn Lm300.
(ii) Investmenti ta’ fondi miżmumin bħala riserva minn min għandu liċenza
Fondi li jikkostitwixxu Riserva ta’ l-Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri
jistgħu jkunu investiti biss f’bonds ikkwotati (strumenti ta’ dejn) u, jew imqegħdin
f’kont bankarju li jirrendi l-imgħax, soġġett għal li ġej:
• minimu ta’ 25 fil-mija ta’ l-ammont totali jrid jinżamm f’kont bankarju
denominat f’Lm li jirrendi l-imgħax (jirrikjedi pre-avviż ta’ sittin
ġurnata biex jinġibed).
• massimu ta’ 75 fil-mija investit fi strumenti ta’ dejn ikkwotati li
minnhom:
SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI ġ L.S.370.09 17
- minimu ta’ 50 fil-mija (f’dan il-każ 37.5 fil-mija tar-Riserva
totali) irid ikun investit fi Stocks tal-Gvern ta’ Malta;
- il-bilanċ (37.5 fil-mija tar-Riserva totali) jista’ jkun investit fi
strumenti ta’ dejn maħruġin minn entitajiet lokali jew
internazzjonali, li għandhom grad ta’ investiment mhux inqas
minn A (Moody’s jew Standard & Poor’s), fejn applikabbli.
ġ Għall-finijiet ta’ kjarezza, jekk min għandu liċenza jagħżel li jżomm 40% tar-
Riserva f’kont bankarju, is-60% li jibqa’ jista’ jkun investit fi strumenti ta’ dejn
ikkwotati, li minnhom minimu ta’ 50% (f’dan il-każ 30% tar-Riservi totali)
għandhom ikunu investiti fi Stocks tal-Gvern ta’ Malta, u l-bilanċ f’bonds oħra
kkwotati kif indikat hawn qabel.ħ
Il-parametri ta’ hawn fuq huma biss indikattivi u jistgħu jitbiddlu b’Linji ta’
Gwida maħruġin mill-awtorità  kompetenti, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’
Tmexxija u ma’ min għandu liċenza.
(iii) Rapport finanzjarju tar-riżerva
Min għandu liċenza għandu jdaħħal nota adatta fid-dikjarazzjonijiet
finanzjarji annwali dwar il-valur fis-suq ta’ l-istrumenti li fihom ir-riserva investiet,
flimkien ma’ skeda ta’ maturità  skond it-tip ta’ strument.
L-ammont miżmum fir-riserva għandu jitnaqqas kollu bħala aġġustament
mhux likwidu għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji tal-persuna li għandha
liċenza fid-dikjarazzjoni finanzjarja ppreżentata skond il-kondizzjonijiet tal-liċenza
tiegħu.
4. Limitu massimu ta’ ħlas
Min għandu liċenza huwa meħtieġ li jikkkontribwixxi għar-Riserva ta’ l-
Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri tiegħu kull sena sakemm il-kontribuzzjonijiet
fissi aggregati mħallsin lill-Iskema u r-riservi akkumulati miżmumin minn persuni li
għandhom liċenza fil-forma ta’ Kontribuzzjoni Varjabbli jammontaw għal
Lm1,000,000.
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 36)
Il-Fond ta’ Kumpens u l-Kumitat Magħżul stabbiliti mill-Bye-laws skond l-
Iskeda ta’ l-Att dwar Swieq Finanzjarji għandhom jiddekadu b’effett mid-data tad-
dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti u l-Fond ta’ Kumpens għandu minn dik id-data
jiddaħħal bħala parti integrali ta’ l-Iskema bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ dan il-paragrafu:
(1) Il-Bye-laws kif ikunu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti
għandhom, mutatis mutandis, jibqgħu jirregolaw kull talba magħmula minn
investitur skond il-Bye-law 7.03 b’referenza għal okkorrenzi li saru qabel it-3 ta’
Jannar, 2003 u kull referenza għall-Kunsill għandha titqies li hi referenza għall-
Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skond dawn ir-regolamenti.
(2) (a) Il-porzjon tal-Fond ta’ Kumpens li tikkostitwixxi l-ħlasijiet magħmulin
mill-Borża ta’ Malta skond il-Bye-law 7.12(b) għandha tkun trasferita lura lill-Borża
ta’ Malta:
18 L.S.370.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LILL-INVESTITURI
Iżda l-Borża ta’ Malta għandha żżomm dik il-porzjon tal-Fond ta’ Kumpens
separata u distinta minn kull fond jew assi oħra;
(b) Il-Borża ta’ Malta għandha tipprovdi indennizz favur l-Iskema sa l-
ammont ta’ fondi miżmumin separati u distinti skond il-klawsola kondizzjonali
għas-subregolament li jiġi immedjatament qabel dan u fi proporzjon għall-
perċentwali tal-fondi li jikkostitwixxu l-Fond ta’ Kumpens li ġew trasferiti lura lilha,
u hi għandha tibqa’ responsabbli skond id-disposizzjoni ta’ l-ewwel klawsola
kondizzjonali għall-paragrafu (b) tas-subregolament (3) sat-3 ta’ Jannar, 2008, għal
kull talba li tista’ tirriżulta b’referenza għal okkorrenzi li ġraw qabel it-3 ta’ Jannar,
2003.
(3) (a) Porzjon tal-Fond ta’ Kumpens li tħallset mill-membri tal-Borża ta’
Malta skond il-Bye-law 7.12(a) u kull fond ieħor li jifdal u li jappartjeni lill-Fond ta’
Kumpens għandu jkun trasferit lill-Iskema u għandu jsir parti integrali minnha:
Iżda għandu jkun permess moratorium favur membri tal-Borża ta’ Malta li
kienu ħallsu din il-porzjon lill-Fond ta’ Kumpens kif kien fis-seħħ immedjatament
qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, biex il-kontribuzzjonijiet rispettivi
tagħhom lill-Fond ta’ Kumpens jinqatgħu kontra kontribuzzjonijiet li issa huma
dovuti jagħtu lill-Iskema;
(b) L-Iskema għandha tkun responsabbli għal talbiet magħmulin kontra l-
Fond ta’ Kumpens minn investituri skond il-Bye-law 7.03 u li jirriżultaw minn jew
b’referenza għal okkorrenzi li ġraw qabel it-3 ta’ Jannar, 2003:
Iżda talbiet aċċettati biex jitħallsu mill-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom
jitħallsu minn fondi trasferiti mill-Fond ta’ Kumpens lill-Iskema u lill-Borża ta’
Malta pro rata:
B’dan ukoll li r-responsabbiltà  ta’ l-Iskema ma għandhiex taqbeż l-ammont
ta’ fondi trasferiti skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) tas-subregolament (3)
u r-responsabbiltà  ta’ l-Iskema għandha tieqaf fit-3 ta’ Jannar, 2008.
(4) Kull referenza f’xi liġi għall-Fond ta’ Kumpens stabbilit mill-Bye-laws
skond l-Iskeda ta’ l-Att dwar Swieq Finanzjarji għandha, minn issa ’l quddiem,
titqies li hi referenza għall-Iskema.
