RATI TA’ MGĦAX FUQ SELF U AVVANZI ġ L.S.371.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 371.02
ORDNI DWAR RATI TA’ MGĦAX
FUQ SELF U AVVANZI
1 ta’ Jannar, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 188 ta’ l-1993.
Titolu.
Self u Avvanzi.
L-ogħla rata ta’ 
mgħax fuq self u 
avvanzi 
denominati f’liri 
Maltin.
2. L-ogħla rata ta’ mgħax li l-banek kummerċjali jew
istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jimponu fuq self u avvanzi
denominati f’liri Maltin għandha tkun 3% aktar mir-rata minima ta’
skont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta b’eċċezzjoni ta’ dawk il-każijiet
fejn is-self u l-awanzi jingħataw għal finanzjament:
(a) ta’ djar għall-lok fejn wieħed joqgħod hu stess sa l-
ewwel Lm15,000, meta l-ogħla rata ta’ mgħax għandha
tkun 1.5% aktar mir-rata minima ta’ skont imsemmija,
u
(b) in konnessjoni ma’ żvilupp ta’ proprjetà  intiża għal
bejgħ jew għal skopijiet spekulattivi u meta d-debitur
ikun persuna mhux residenti, meta f’dawn il-każijiet
ir-rata massima ta’ mgħax għandha tkun 3.5% aktar
mir-rata minima ta’ skont imsemmija.
L-ogħla rata ta’ 
mgħax fuq self u 
avvanzi 
denominati fi flus 
barranin.
3. L-ogħla rata ta’ mgħax li banek kummerċjali jew
istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jimponu fuq self u avvanzi
denominati f’xi flus barranin dwar kull kategorija ta’ self ma
għandhiex teċċedi b’aktar minn 5% fis-sena lir-rata ta’ mgħax
inter-bankarja offruta f’Londra (LIBOR) prevalenti u applikabbli
fiż-żmien ta’ l-approvazzjoni tas-self jew avvanz u/jew f’dak iż-
żmien/żminijiet oħra li jistgħu jiġu miftiehma bejn min isellef u
min jissellef.
Ir-rati ta’ mgħax 
jinkludu l-ispejjeż 
kollha.
4. Ir-rati ta’ mgħax applikabbli skond l-artikoli 2 u 3 ta’ dan
l-Ordni għandhom jinkludu kull ħlas ta’ management u/jew ħlas
amministrattiv ieħor, kummissjoni u kull spejjeż oħra, ikunu kif
ikunu deskritti, li jiġu imposti fuq il-klijent fuq bażi regolari.
Direttivi u 
direzzjonijiet.
5. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa b’dan mogħti s-setgħa li
joħroġ dawk id-direttivi u d-direzzjonijiet li huwa jista’ jqis li
jkunu xierqa sabiex jingħata effett lid-disposizżjonijiet ta’ dan l-
Ordni.
