ĦTIĠIET U ATTIVITAJIET TA’ UFFIĊĊJI RAPPREŻENTATTIVI ġ L.S.371.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 371.04
REGOLAMENTI DWAR ĦTIĠIET U ATTIVITAJIET 
TA’ UFFIĊĊJI RAPPREŻENTATTIVI
12 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 113 ta’ l-1998.
Titolu.
Ħtiġiet u Attivitajiet ta’ Uffiċċji Rappreżentattivi.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 371.
"awtorità  kompetenti" tfisser il-korp maħtur taħt l-artikolu 3(2)
ta’ l-Att;
"impriża finanzjarja" tinkludi lil kull persuna li teżerċita l-
kummerċ bankarju, ta’ investiment jew ta’ assigurazzjoni, jew kull
attività  finanzjarja oħra;
"uffiċċju rappreżentattiv" tfisser uffiċċju stabbilit f’Malta minn
bank mhux Malti skond l-artikolu 8 ta’ l-Att.
Attivitajiet 
permessi.
3. (1) Il-kummerċ ta’ uffiċċju rappreżentattiv għandu jkun
limitat unikament għat-tmexxija ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni u
ma għandux jinkludi involviment f’operazzjonijiet finanzjarji jew
fl-eżekuzzjoni ta’ xi dokumenti relattivi għal daqstant, minbarra
fejn dan ikun meħtieġ u inċidentali għaż-żamma ta’ l-uffiċċju
f’Malta.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), attivitajiet ta’
koordinazzjoni jistgħu jkunu fl-għamla ta’:
(a) il-provdiment, fuq talba, ta’ informazzjoni fattwali li
għandha x’taqsam mal-prodotti u s-servizzi tal-bank li
dak l-uffiċċju rappreżentattiv ikun jirraġreżenta;
(b) xogħol ta’ riċerka dwar l-ekonomija ta’ Malta sabiex l-
Uffiċċju Ewelieni jiġi mgħarraf skond hekk;
(ċ) koordinazzjoni ma’ klijenti tal-bank Maltin li l-
uffiċċju rappreżentattiv ikun jirrapreżenta;
(d) l-għemil ta’ assessments dwar kreditu fuq rapporti
dwar entijiet Maltin għal xi xogħol mal-bank li l-
uffiċċju rappreżentattiv ikun jirrappreżenta.
Linji direttivi.
uffiċċju rappreżentattiv f’Malta kif ukoll l-uffiċċju rappreżentattiv
innifsu għandhom isegwu dawk il-linji direttivi li l-awtorità
kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
Kondizzjonijiet.
(a) jżomm l-attivitajiet tiegħu separati minn dawk ta’ xi
impriża oħra, sew jekk finanzjarja sew jekk le, li tkun
qed topera ġo jew minn Malta;
2 L.S.371.04 ħ ĦTIĠIET U ATTIVITAJIET TA’ UFFIĊĊJI RAPPREŻENTATTIVI
(b) jżomm l-uffiċċju tiegħu f’post distint minn xi uffiċċju
ta’ xi impriża oħra, sew jekk finanzjarja sew jekk le;
(ċ) jkollu l-impjegati tiegħu li ma jistgħux ikunu
impjegati, uffiċjali jew diretturi ta’ xi impriża
finanzjarja li qed topera ġo jew minn Malta.
(2) Jekk jiġri li bank barrani li għandu uffiċċju rappreżentattiv
f’Malta jieħu ammont sinjifikanti ta’ azzjonijiet (ta’ mill-anqas 5
fil-mija kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-Att) f’kull tip ta’ impriża
finanzjarja li tkun qed topera ġo jew minn Malta, dan għandu
minnufih jgħarraf bil-miktub lill-awtorità  kompetenti.
