SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 371.09
REGOLAMENTI DWAR SKEMA
TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
21 ta’ Novembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 369 ta’ l-2003.
Titolu.
Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 371.
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  kompetenti taħt l-Att;
Kap. 204.
"Bank Ċentrali" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta kif imfisser fl-
Att dwar il-Bank Centrali ta’ Malta;
''depożitant'' tfisser kull individwu li minbarra fil-kors jew għall-
finijiet ta’ negozju, kummerċ jew professjoni jafda depożitu lil
istituzzjoni ta’ kreditu, bl-esklużjoni ta’ persuni u entitajiet
imniżżlin fl-Ewwel Skeda;
''depożitu'' għandu jkollha t-tifsira mogħtija lill-kliem fl-artikolu
2 ta’ l-Att;
''depożitu eliġibbli'' għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha bir-
regolament 18;
''fergħa'' għandu jkollha t-tifsira mogħtija lill-kelma fl-artikolu 2
ta’ l-Att u, għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, tinkludi post ta’
negozju li jifforma parti legalment dipendenti minn istituzzjoni ta’
kreditu u li minnha jitmexxew l-attivitajiet kollha jew uħud
minnhom li l-istituzzjoni ta’ kreditu kienet awtorizzata tagħmel. Il-
postijiet tan-negozju kollha mwaqqfin f’xi pajjiż wieħed minn
istituzzjoni ta’ kreditu li l-uffiċċju ewlieni tagħha qiegħed Malta
jew f’pajjiż ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda;
''istituzzjoni ta’ kreditu'' għandu jkollha t-tifsira mogħtija lill-
kliem fl-artikolu 2 ta’ l-Att;
L.S. 370.09
''Kumitat ta’ Tmexxija'' tfisser il-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ l-
Iskemi għall-Kumpens stabbilit skond ir-regolamenti 3 u 5 tar-
Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investitur;
''kummerċ bankarju'' għandu jkollha t-tifsira mogħtija lill-kliem
fl-artikolu 2 ta’ l-Att;
''parteċipant'' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li tipparteċipa fl-
Iskema skond ir-regolament 11;
''Skema'' jew ''l-Iskema'' tfisser l-Iskema ta’ Kumpens lid-
Depożitant stabbilita skond ir-regolament 3;
Kap. 330.
''Tribunal dwar Servizzi Finanzjarji'' tfisser it-tribunal stabbilit
skond l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta;
u l-kliem u frażijiet li huma użati wkoll fl-Att għandu jkollhom l-
2 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
istess tifsira li għandhom fl-Att.
Twaqqif ta’ Skema 
ta’ Kumpens lid-
Depożitant.
3. (1) Għandha titwaqqaf Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant.
(2) L-iskema għandha tkun korp ġuridiku li jkollu personalità
legali distinta u għandu jkun kapaċi, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att u ta’ dawn ir-regolamenti, li jidħol għal
kuntratti ta’ self jew b’xi mod ieħor jinkorri djun għall-finijiet tal-
funzjonijiet tiegħu, li jakkwista, jżomm u jiddisponi minn proprjetà
ta’ kull xorta għall-finijiet tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, li jħarrek
jew jiġi mħarrek u li jagħmel dawn il-ħwejjeġ kollha u jidħol għal
kull tali operazzjoni li tkun inċidentali jew li twassal għall-
eżerċizzju jew twettieq tal-funzjonijiet tiegħu.
(3) L-Iskema għandha titmexxa u tkun amministrata minn, u
tkun taħt il-kontroll ġenerali tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
(4) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Iskema għandha
tkun vestita fi chairperson tal-Kumitat ta’ Tmexxija:
Iżda, u mingħajr preġudizzju għal dak hawn qabel
imsemmi, il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jvesti kull wieħed jew
aktar mill-membri tiegħu jew mill-uffiċjali jew aġenti ta’ l-Iskema
bir-rappreżentanza legali u ġuridika.
Funzjonijiet ta’ l-
Iskema.
4. (1) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat jew funzjonijiet
oħra mogħtija lilha minn dawn ir-regolamenti jew minn xi liġi oħra,
għandha tkun il-funzjoni ta’ l-Iskema:
(a) li żżomm fond jew fondi li minnhom isiru ħlasijiet lil
depożitanti u li tagħmel tali ħlasijiet jew spejjeż oħra li
jistgħu jitħallsu mill-fond jew fondi skond dawn ir-
regolamenti;
(b) li tistabbilixxi u żżomm, wara konsultazzjonijiet ma’ l-
awtorità  kompetenti, arranġamenti biex isiru ħlasijiet
lil depożitanti skond dawn ir-regolamenti;
(ċ) li tipproċessa talbiet għal kumpens magħmulin minn
depożitanti kemm jista’ jkun malajr u li tiżgura li l-
kumpens jitħallas bla dewmien żejjed; u
(d) li tagħti parir lill-awtorità  kompetenti fuq materji li
għandhom x’jaqsmu ma’ kumpens lil depożitanti.
(2) L-għan ta’ l-Iskema hu li tipprovdi mezz ta’ protezzjoni lil
depożitanti privati fil-qafas ta’ dawn ir-regolamenti. Il-membri
kollha tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jaħdmu fl-aħjar
interessi ta’ l-Iskema u għandhom ifittxu u jippromwovu l-għanijiet
tagħha.
Kompożizzjoni tal-
Kumitat ta’ 
Tmexxija.
L.S. 370.09
5. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun kompost u regolat
mid-disposizzjonijiet tar-regolamenti 3 u 5 tar-Regolamenti għal
Skema ta’ Kumpens lill-Investituri.
Setgħat u dmirijiet 
tal-Kumitat ta’ 
Tmexxija.
6. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li
jidħol għal dawk l-ispejjeż raġonevoli amminstrattivi u ta’ natura
oħra skond kif ikun meħtieġ biex ikun jista’ jaqdi l-funzjonijiet
tiegħu taħt dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jqiegħed kontribuzzjonijiet
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 3
magħmulin minn parteċipanti skond ir-regolament 12 u fondi oħra
mmaniġġjati u amministrati minnu f’depożiti jew jista’ jinvesti
dawn il-kontribuzzjonijiet, filwaqt li jqis il-ħtieġa tal-prudenza.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jixtri poloz ta’
assigurazzjoni, jissellef jew b’xi mod ieħor jinkorri djun f’isem l-
Iskema għall-finijiet tal-funzjonijiet ta’ l-Iskema, b’kull mod u taħt
kull xorta ta’ pattijiet li jqis xierqa, b’dan iżda li dan is-self ma
jaqbiżx it-30 fil-mija tal-valur ta’ l-assi nett ta’ l-Iskema.
(4) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jordna li jinżammu kotba
tal-kontijiet kif għandu jkun biex il-qagħda finanzjarja ta’ l-Iskema
tkun tista’ tiġi aċċertata bi preċiżjoni raġonevoli f’kull waqt.
(5) Fl-eżerizzju tas-setgħat u dmirijiet tiegħu, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jkun marbut iħares u jqis l-interessi ġenerali tad-
depożitanti intitolati li jagħmlu talba taħt dawn ir-regolamenti.
Pattijiet dwar l-
immaniġġjar ta’ 
investimenti u ta’ 
appoġġ 
amministrattiv.
7. Mingħajr preġudizzju għar-regolament 6(1), il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jidħol f’dawk il-pattijiet ta’ mmaniġġjar ta’
investimenti u ta’ appoġġ amministrattiv kif jistgħu jiġu approvati
mill-awtorità  kompetenti.
Pubblikazzjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
finanzjarji.
8. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jħejji dikjarazzjonijiet
li jbassru l-ispejjeż u d-dħul annwali ta’ l-Iskema, u għandu
jqiegħed dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ tbassir għad-disposizzjoni
tal-parteċipanti kollha meta jintalbu.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jissottometti lill-awtorità
kompetenti rapport annwali fuq il-qadi tal-funzjonijiet tiegħu u fuq
it-tħaddim ta’ l-Iskema fi żmien tliet xhur mill-għeluq tas-sena
finanzjarja ta’ l-Iskema. Dan ir-rapport annwali għandu jinkludi,
fost ħwejjeġ oħra:
(a) dikjarazzjoni li turi l-ħlasijiet li tkun daħħlet u ħarġet
l-Iskema tul is-sena finanzjarja li tkun ġiet
immedjatament qabel; u
(b) dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati
ppreparati skond l-International Accounting
Standards.
(3) Ir-rapport annwali għandu jkun aċċessibbli fuq il-website
ta’ l-awtorità  kompetenti.
(4) Il-kotba tal-kontijiet għandhom jinżammu f’dak il-post fejn
il-Kumitat ta’ Tmexxija jidhirlu xieraq.
Laqgħat tal-
Kumitat.
L.S. 370.09
9. Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jissejjħu u
jsiru skond ir-regolament 9 tar-Regolamenti għal Skema ta’
Kumpens lill-Investitur.
Għejun u 
applikazzjoni ta’ 
fondi.
10. (1) Skond ir-regolament 4, l-Iskema għandha tistabbilixxi
u żżomm fond jew għadd ta’ fondi li minnhom isiru ħlasijiet skond
dawn ir-regolamenti.
(2) L-għejun ta’ l-iffinanzjar għandhom jinkludu:
(a) kontribuzzjonijiet miġburin mingħand il-parteċipanti
fl-Iskema mill-Kumitat ta’ Tmexxija;
(b) flus imħallsin bħala ħlasijiet amministrattivi mill-
4 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
parteċipanti kollha kif jista’ jiġi preskritt;
(ċ) flus riċevuti bħala dħul mill-investimenti ta’ l-assi tal-
fond;
(d) flus missellfa mill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-
iskopijiet ta’ l-Iskema;
(e) flus rievuti mill-Kumitat ta’ Tmexxija minn xi polza
ta’ assigurazzjoni li jkun xtara; u
(f) kull flus oħra meħtieġa biex jitħallsu lill-fond jew
fondi, riċevuti jew irkuprati mill-Kumitat ta’ Tmexxija
għall-iskopijiet ta’ l-Iskema.
(3) Għandhom jitħallsu mill-fond jew fondi:
(a) flus stabbiliti mill-Kumitat ta’ Tmexxija bħala
kumpens lid-depożitanti;
(b) flus meħtieġa biex jitħallsu lura flus missellfa (jew
imgħaxijiet fuqhom jew spejjeż konnessi magħhom)
jew għall-ħlas ta’ premia ta’ xi poloz ta’
assigurazzjoni mixtrija għall-iskopijiet ta’ l-Iskema;
(ċ) l-ispejjeż minfuqa fl-amministrazzjoni u t-tmexxija ta’
l-Iskema; u
(d) kull flus oħra mħallsin mill-Kumitat ta’ Tmexxija
għall-iskopijiet ta’ l-Iskema.
(4) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jżomm, jimmaniġġja u
japplika l-fond jew fondi skond dawn ir-regolamenti.
Parteċipanti. 11. (1) Kull istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha liċenza f’Malta
taħt l-Att biex taċċetta depożiti mingħand depożitanti f’liri Maltin
għandha tipparteċipa u tikkontribwixxi għall-Iskema, inkluża
fergħa ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li topera f’pajjiż ieħor.
(2) Fil-każ ta’ parteċipant li l-uffiċċju ewlieni tiegħu qiegħed
f’pajjiż barra minn Malta, u wkoll fergħat ta’ istituzzjoni ta’
kreditu li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom f’Malta iżda
joperaw barra minn Malta, u fejn hemm kopertura supplementari
minn skema korrispondenti f’dak il-pajjiż ieħor, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jidħol fi ftehim bilaterali ma’ l-awtorità
responsabbli għat-tmexxija u amministrazzjoni ta’ l-iskema f’dak
il-pajjiż ieħor u jistipula, fost l-oħrajn, ir-regoli u proċeduri li
għandhom ikunu segwiti għall-ħlas ta’ kumpens lil depożitanti.
(3) Parteċipazzjoni fl-Iskema ma teskludix il-possibiltà  li
istituzzjonijiet ta’ kreditu partikolari jista’ jkollhom jipparteċipaw
ukoll fi skemi ta’ kumpens oħra jew simili mwaqqfin taħt liġi
differenti u regolati minn awtorità  kompetenti oħra jew korp ieħor,
f’Malta jew barra minn Malta.
(4) Meta istituzzjoni ta’ kreditu ssir parteċipant fl-Iskema wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’ Tmexxija
għandu jiddetermina l-obbligi u l-kondizzjonijiet kollha relattivi
tal-parteċipant ġdid kif imniżżlin fit-Tielet Skeda.
Kontribuzzjonijiet 
għall-Iskema.
12. (1) Il-parteċipanti għandhom iħallsu dawk il-
kontribuzzjonijiet għall-Iskema kif preskritti fit-Tieni Skeda.
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 5
(2) Il-parteċipanti jistgħu jintalbu jħallsu lill-Iskema dawk il-
ħlasijiet amministrattivi raġonevoli kif jistgħu minn żmien għal
żmien ikunu preskritti mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
Determinazzjoni.
(a) jkun jidher lill-awtorità  kompetenti li parteċipant ma
jkunx jista’, f’dak il-mument, għal raġunijiet li huma
direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħu,
jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mit-talbiet magħmulin
mid-depożitanti tiegħu u li ma jkunx hemm prospett
fil-qrib jew fi żmien prevedibbli li jkun jista’ jagħmel
dan, jew inkella jkun issospenda l-ħlasijiet b’xi mod
ieħor; jew
(b) fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-
uffiċċju ewlieni tagħha f’Malta tkun ħarġet ordni mill-
Qrati ta’ Malta għal xoljiment jew likwidazzjoni taħt
il-liġijiet ta’ Malta;
skond liema minnhom tiġi l-ewwel, l-awtorità  kompetenti għandha
tagħmel determinazzjoni f’dak is-sens fi żmien wieħed u għoxrin
ġurnata mill-okkorrenza taċ-ċirkostanza.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’, permezz ta’ direttivi bankarji,
tistabbilixxi dawk iċ-ċirkostanzi jew kriterji li tista’ tqis biex tasal
għal deċiżjoni dwar jekk tagħmilx determinazzjoni skond is-
subregolament (1).
(3) Kemm jista’ jkun prattikament malajr, wara li ssir
determinazzjoni, l-awtorità  kompetenti għandha tinforma bil-
miktub lill-Kumitat ta’ Tmexxija b’dik id-determinazzjoni. Il-
Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jieħu miżuri addizzjonali li jidhrulu
meħtieġa jew xierqa fil-limiti tas-setgħat tiegħu taħt dawn ir-
regolamenti.
(4) L-awtorità  kompetenti għandha, kemm jista’ jkun malajr,
tinforma lil kull skema ta’ kumpens oħra relatata ma’ attivitajiet ta’
servizzi finanzjarji, kif jista’ jkun stabbilit taħt xi liġi oħra u
regolat minn xi awtorità  kompetenti jew korp ieħor, li tkun tal-
fehma li jista’ jintlaqat minn din id-determinazzjoni.
(5) Meta tiġi biex tagħmel determinazzjoni skond is-
subregolament (1), l-awtorità  kompetenti għandha tqis kull rapport
ta’ uffiċjali jew aġenti awtorizzati minnha fuq iċ-ċirkostanzi tal-
qagħda ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, u ta’ kull informazzjoni oħra
fil-pussess tagħha.
Applikazzjoni għal 
kumpens.
14. (1) Meta jkun infurmat mill-awtorità  kompetenti li saret
determinazzjoni taħt ir-regolament 13(1), il-Kumitat ta’ Tmexxija
għandu jippubblika avviż f’mill-inqas żewġ gazzetti lokali biex
jinforma lid-depożitanti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu involuta b’din
id-determinazzjoni u bil-mod kif talbiet imsaħħa minn evidenza
dokumentarja għandhom ikunu ppreżentati.
(2) Id-dritt ta’ depożitant għal kumpens ma għandux jintilef
jekk id-depożitant jista’ jipprova li ma setax jasserixxi d-dritt
tiegħu għal kumpens fil-limiti taż-żmien preskritt skond kif jista’
jkun ipprovdut mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
6 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, wara li ssirlu applikazzjoni
għal kumpens minn depożitant, jaċċetta jew jirrifjuta li jagħti
kumpens skond dawn ir-regolamenti.
(4) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jipproċedi biex iħallas
kumpens għal talbiet verifikati fi żmien tliet xhur mid-data tad-
determinazzjoni mogħtija skond ir-regolament 13(1):
Iżda l-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, f’ċirkostanzi
eċċezzjonali, japplika lill-awtorità  kompetenti għal estensjoni ta’
dan il-perjodu b’perijodu ulterjuri sa tliet xhur, u sa żewġ perijodi
ulterjuri oħra ta’ tliet xhur kull wieħed wara dan.
Verifika ta’ talbiet. 15. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jagħmel l-
arranġamenti amministrattivi tiegħu biex jivverifika t-talbiet. Dawn
l-arranġamenti għandhom jinkludu:
(a) li jagħti formola ta’ applikazzjoni kemm bl-Ingliż u
kemm bil-Malti lil min jagħmel talba;
(b) li jipprovdi għall-eżerizzju tad-dritt tas-surroga mill-
Kumitat ta’ Tmexxija taħt ir-regolament 22; u
(ċ) li jitlob lil dawk li jagħmlu talba biex jagħtu:
(i) l-identità  u l-indirizz tagħhom;
(ii) il-kapaċità  li bis-saħħa tagħha jagħmlu t-talba;
(iii) prova tad-depożiti eliġibbli kif imfissra fir-
regolament 18; u
(iv) kull informazzjoni oħra li tista’ tkun meħtieġa
mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
(2) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jirrifjuta li jagħmel ħlas għal
kumpens sakemm min jagħmel it-talba ma jinfurmax lill-Kumitat
ta’ Tmexxija bil-kapaċità  li bis-saħħa tagħha huwa jkun il-
proprjetarju benefiċjarju tad-depożitu u jġib prova u informazzjoni
dokumentati sodisfaċenti biex jippermetti lill-Kumitat ta’ Tmexxija
jiddetermina l-ammont ta’ kumpens pagabbli.
Kap. 373.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jiddeiedi li jittardja l-ħlas lil
min jagħmel talba sakemm ma ssirx determinazzjoni ta’ xi akkuża
kriminali miġjuba kontra min qed jagħmel it-talba, depożitant, jew
xi persuna oħra intitolata jew interessata fir-rigward ta’ depożitu
eliġibbli taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att kontra Money
Laundering, jew xi liġi korrispondenti ta’ pajjiż barra minn Malta.
(4) Meta fil-fehma tal-Kumitat ta’ Tmexxija ċ-ċirkostanzi
hekk jitolbu, il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jagħmel parti mill-
ħlasijiet lil dawk li jagħmlu talba li huma eliġibbli għal kumpens
taħt dawn ir-regolamenti.
Meta fondi jidhru li 
huma inadegwati.
16. Kull meta jidher lill-Kumitat ta’ Tmexxija li l-fondi li
f’dak iż-żmien ikunu fil-pussess ta’ l-Iskema jkunu inadegwati biex
il-Kumitat ta’ Tmexxija jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, il-Kumitat
ta’ Tmexxija jista’ jitlob li ssir Kontribuzzjoni Speċjali lill-Iskema
mill-parteċipanti skond it-Tieni Skeda. Din il-Kontribuzzjoni
Speċjali għandha tingħata lill-Iskema fi żmien tletin ġurnata
kalendarja minn meta tintalab.
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 7
Limitu ta’ 
kumpens.
17. L-ammont totali ta’ kumpens li jista’ jitħallas lil depożitant
għandu jkun l-inqas minn disgħin fil-mija (90%) fir-rigward tad-
depożiti eliġibbli ta’ dak id-depożitant, jew sa l-ekwivalenti f’liri
Maltin ta’ 20,000 Ewro kkonvertiti abbażi tar-rata medja ta’ l-
għeluq uffiċjali maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta applikabbli
fid-data li titħallas it-talba:
Iżda meta l-fondi ta’ l-Iskema ma jkunux biżżejjed biex
jissodisfaw it-talbiet għalkollox, il-ħlasijiet lil min jagħmel talba
għandhom ikunu pro rata.
Depożiti eliġibbli.
eliġibbli'', f’relazzjoni ma’ depożitant ta’ istituzzjoni ta’ kreditu,
tfisser ir-responsabbiltà  aggregata totali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu
lil dak id-depożitant, inklużi, skond il-każ, kull imgħax jew premia
akkumulati fuqha f’kont jew kontijiet denominati f’liri Maltin
miżmum f’Malta jew f’fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha
liċenza iżda mhux f’Malta.
(2) Biex jitneħħa kull dubju, ''depożiti eliġibbli'' ma
għandhomx jinkludu dawn li ġejjin:
(a) ''depożitu interbankarju'', jiġifieri depożitu ma’
istituzzjoni ta’ kreditu magħmul minn istituzzjonijiet
ta’ kreditu oħrajn f’isimha u għaliha nnifisha;
(b) parti mill-own funds tal-parteċipant innifsu fl-ambitu
tat-tifsira ta’ kull direttiva bankarja maħruġa mill-
awtorità  kompetenti biex tirregola own funds; u
(ċ) depożitu magħmul minn persuna jew persuni mniżżlin
fl-Ewwel Skeda.
Il-kumpens 
imħallas għandu 
jitnaqqas mill-
kumpens pagabbli.
19. (1) Meta jikkalkola l-ammont ta’ depożitu eliġibbli, il-
Kumitat ta’ Tmexxija għandu jieħu f’konsiderazzjoni
kondizzjonijiet legali u kuntrattwali marbutin mad-depożiti
rispettivi u għandu jnaqqas mill-passiv totali ta’ l-istituzzjoni ta’
kreditu:
(a) kull ħlas magħmul lid-depożitant minn skema ta’
kumpens lil depożitanti band’oħra fir-rigward ta’ tali
responsabbiltà ;
(b) kull ħlas magħmul lid-depożitant taħt polza ta’
assigurazzjoni għal indennizz professjonali maħruġa
minn istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ tali
responsabbiltà ;
(ċ) l-ammont ta’ xi responsabbiltà  tad-depożitant lejn dik
l-istituzzjoni ta’ kreditu li fir-rigward tagħha kien
jeżisti dritt ta’ tpaċija kontra d-depożitu li kien jeżisti
immedjatament qabel ma l-avviż ta’ determinazzjoni
maħruġ għat-termini tar-regolament 13 jew li fir-
rigward tiegħu tali dritt kien ikun jeżisti kieku d-
depożitu msemmi kien ripagabbli meta mitlub u din ir-
responsabbiltà  kienet dovuta immedjatament qabel il-
ħruġ ta’ dan l-avviż ta’ determinazzjoni; u
(d) kull ħlas magħmul taħt xi liġi oħra, kemm f’Malta
kemm barra minn Malta, fir-rigward ta’ tali
8 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
responsabbiltà .
(2) Mingħajr preġudizzju għal dak hawn qabel imsemmi:
(a) kull dritt ta’ tpaċija għandu jkun possibbli biss meta t-
talbiet ikunu dokumentati kif għandu jkun, jistgħu
jitħallsu faċilment, m’humiex soġġetti għal nuqqas ta’
qbil u kienu stabbiliti qabel sew l-avviż ta’
determinazzjoni maħruġ għat-termini tar-regolament
13;
(b) kull kumpens fir-rigward ta’ depożitu eliġibbli għandu
jkun pagabbli biss kif u meta jagħlaq id-depożitu.
Min jagħmel talba. 20. (1) Dawk il-persuni biss li huma individwi li jaqgħu taħt
id-definizzjoni ta’ ''depożitant'' fir-regolament 2 jistgħu jagħmlu
talba taħt l-Iskema skond dawn ir-regolamenti. Depożitant jista’
jagħmel biss talba waħda fir-rigward tad-depożiti kollha tiegħu,
meħudin flimkien, ma’ l-istituzzjoni ta’ kreditu involuta.
(2) L-individwi li ġejjin huma esklużi milli jagħmlu talba taħt
din l-Iskema:
(a) diretturi u managers ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu
rilevanti u membri ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu
b’responsabbiltà  personali, persuni li għandhom ħamsa
fil-mija jew aktar tal-kapital ta’ dawn l-istituzzjonijiet
ta’ kreditu, l-awdituri ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u
persuni ta’ l-istess deskrizzjoni fir-rigward ta’
kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp ta’
kumpanniji bħall-istituzzjoni ta’ kreditu;
(b) qraba viċini, jiġifieri axxendenti, dixxendenti jew il-
mara jew raġel tal-persuni msemmija fil-paragrafu (a);
(ċ) depożitanti li, fil-fehma tal-Kumitat ta’ Tmexxija,
għandhom xi responsabbiltà  għal jew kienu ħadu
vantaġġ minn ċerti fatti relatati ma’ istituzzjoni ta’
kreditu li wasslu għal diffikultajiet finanzjarji ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu jew ikkontribwew biex is-
sitwazzjoni finanzjarja tagħha teħżien;
Kap. 373.
(d) depożitanti fir-rigward ta’ operazzjonijiet li
f’konnessjoni tagħhom ingħatat kundanna ta’ ħabs fuq
akkuża kriminali għal ħasil tal-flus skond l-Att kontra
l-Money Laundering; u
(e) nominees jew partijiet terzi oħra li jaġixxu f’isem jew
fl-interess tal-persuni msemmija fil-paragrafi (a) sa
(d).
(3) Il-kategoriji elenkati fl-Ewwel Skeda huma wkoll esklużi
milli jressqu talbiet taħt l-Iskema.
(4) L-iskema għandha tipprovdi għall-ħlas ta’ kumpens fir-
rigward ta’ talbiet li jirriżultaw mill-inabilità  ta’ parteċipant li
jħallas flus dovuti lil jew li jkunu ta’ depożitanti u miżmuma
f’isimhom f’konnessjoni ma’ kummerċ bankarju.
(5) Depożitant ma jistax jagħmel talba kontra aktar minn skema
waħda fir-rigward ta’ talba waħda. Meta tkun saret talba taħt żewġ
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 9
skemi ta’ kumpens jew aktar, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu
jiddetermina konklużivament taħt liema skema min jagħmel it-talba
hu eliġibbli għal kumpens.
(6) It-talbiet għandhom isiru f’forma tali, u jkunu akkumpanjati
minn tali dokumentazzjoni jew informazzjoni, kif il-Kumitat ta’
Tmexxija jista’ jiddetermina u jagħmel pubbliku minn żmien għal
żmien.
Talbiet.
mhux eliġibbli għal kumpens sħiħ jew parzjali skond dawn ir-
regolamenti, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jagħti avviż bil-
miktub ta’ dik il-fehma lil dan id-depożitant u r-raġunijiet għaliha.
Surroga.
Iskema għandha tkun surrogata fid-drittijiet u r-rimedji ta’ dak li
jkun għamel it-talba kontra l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(2) Qabel il-ħlas, id-depożitanti għandhom jikkonfermaw bil-
miktub lill-Kumitat ta’ Tmexxija li:
(a) huma ma rċevewx xi ħlas minn xi skema oħra jew
mill-istituzzjoni ta’ kreditu involuta fir-rigward ta’ l-
istess telfa;
(b) huma jagħtu kull għajnuna li l-Kumitat ta’ Tmexxija
jista’ jeħtieġ biex il-Kumitat ta’ Tmexxija jkun jista’
jeżerċita d-drittijiet u r-rimedji tiegħu kontra l-
istituzzjoni ta’ kreditu; u
(ċ) id-drittijiet u rimedji kontra l-istituzzjoni ta’ kreditu
fir-rigward tat-talbiet imħallsin għandhom ikunu
surrogati favur il-Kumitat ta’ Tmexxija.
Proprjetà  
konġunta.
23. (1) Meta żewġ persuni jew aktar huma intitolati flimkien
għal depożitu eliġibbli, kull waħda minn dawn il-persuni għandha
titqies bħallikieku kellha depożitu separat ta’ l-ammont prodott
billi tiddividi l-ammont tad-depożitu li għalih dawn il-persuni
huma intitolati flimkien bin-numru t’ persuni intitolati b’daqshekk,
sakemm ma jkunx hemm prova speċifika jew disposizzjonijiet
kuntrattwali speċifiċi li jiddeterminaw l-ammont dovut lil kull
parti, f’liema każ dik il-prova għandha titqies fid-determinazzjoni
ta’ x’għandu jmissu kull wieħed.
(2) Meta persuna taġixxi bħala trustee jew nominee għal
persuna jew aktar b’att ta’ trust jew ftehim simili, id-depożitu
eliġibbli li jikkostitwixxi t-talba għandu jitqies li jappartjeni lill-
proprjetarji benefiċjarji b’mod ugwali, sakemm ma jkunx hemm
evidenza speċifika jew disposizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi li
jiddeterminaw l-interessi benefiċjarji ta’ dawn il-persuni f’liema
każ din l-evidenza għandha titqies biex ikun determinat x’għandu
jmissu kull wieħed, u sakemm f’kull każ tinġieb prova dwar dik il-
proprjetà  għas-sodisfazzjoni komplet tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Informazzjoni lill-
konsumatur.
24. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiżgura li l-pubbliku
ġenerali hu infurmat adegwatament dwar it-tħaddim ta’ l-
arranġamenti ta’ l-Iskema.
Riklami.
disponibbli lid-depożitanti kurrenti u prospettivi tagħhom
10 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
informazzjoni adegwata u ċara dwar l-applikabilità  ta’ l-Iskema
flimkien ma’ dawk id-dettalji oħra kif minn żmien għal żmien
jistgħu jkunu speċifikati mill-awtorità  kompetenti f’manjiera u
forma speċifikati mill-awtorità  kompetenti:
Iżda istituzzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tirriklama jew
tordna li jkun irriklamat il-fatt li depożiti mqegħdin ma’
istituzzjoni ta’ kreditu huma protetti minn jew permezz ta’ l-Iskema
ħlief bil-kunsens mitkub u miksub minn qabel ta’ l-awtorità
kompetenti.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ minn żmien għal żmien
tispeċifika l-informazzjoni li istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom
jagħtu lid-depożitanti dwar l-Iskema u t-tħaddim tagħha, u wkoll il-
mod u l-forma kif għandha tingħata din l-informazzjoni.
Setgħa tal-Kumitat 
ta’ Tmexxija li 
jakkwista 
informazzjoni.
26. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jitlob lill-parteċipanti,
jew direttament jew permezz ta’ l-awtorità  kompetenti, li jipprovdu
dik l-informazzjoni li l-Kumitat ta’ Tmexxija jista’jqis rilevanti
għall-ammistrazzjoni xierqa ta’ l-Iskema, f’dak iż-żmien skond kif
il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jistabbilixxi. It-talba tista’ ssir lill-
parteċipant jew lil kull wieħed mid-diretturi jew uffiċjali tiegħu li
għandhom din l-informazzjoni.
(2) Mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti, parteċipant jew kull direttur jew uffiċjal tiegħu li
jonqsu milli jikkonformaw mat-talba tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal
informazzjoni fi żmien il-perijodu stabbilit mill-Kumitat ta’
Tmexxija skond is-subregolament (1), jew li xjentement jew bla
kont jagħtu informazzjoni, jew jagħmlu dikjarazzjoni, li tkun
skorretta, falza jew qarrieqa fir-rigward ta’ xi fatt materjali, jistgħu
jeħlu multa amministrattiva ta’ mhux aktar minn elf lira skond kif
tista’ tiġi imposta mill-awtorità  kompetenti b’avviż bil-miktub u
bla rikors għal smigħ fil-qorti.
(3) Meta multa ammistrattiva tkun ġiet imposta mill-awtorità
kompetenti skond is-subregolament (2), jista’ jsir appell lit-
Tribunal tas-Servizzi Finanzjarji skond l-artikoli 10 u 35A ta’ l-Att.
Konfidenzjalità .
Kap. 377.
27. (1) Membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija u persuni maħturin
taħt ir-regolament 6(1) għandhom ikunu soġġetti għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Segretezza Professjonali u
għandhom iżommu konfidenzjali kull informazzjoni li jakkwistaw
fil-kors tal-qadi ta’ dmirijiet taħt dawn ir-regolamenti, u ma
għandhomx jiżvelaw xi informazzjoni lil persuni, istituzzjonijiet ta’
kreditu, assoċjazzjonijiet jew entitajiet ħlief kif jista’ jkun permess
minn dawn ir- regolamenti jew minn xi liġi oħra jew b’ordni tal-
Qorti.
(2) Id-dmir tal-konfidenzjalità  ma jinkisirx fil-każ ta’:
(a) skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kumitat ta’
Tmexxija u awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi oħra, jew
l-awtorità  kompetenti għall-immaniġġjar u
ammistrazzjoni ta’ skemi korrispondenti f’pajjiżi oħra,
b’dan iżda li l-informazzjoni rilevanti tkun meħtieġa
għall-qadi ta’ dmirijiethom taħt dawn ir-regolamenti; u
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 11
(b) kull użu jew kxif ta’ informazzjoni li raġonevolment
tista’ tkun meħtieġa biex il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-
uffiċjali jew aġenti tiegħu jkunu jistgħu jaqdu
dmirijiethom u jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom taħt
dawn ir-regolamenti.
Nuqqas ta’ tħaris 
ta’ obbligi.
28. (1) Meta istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tikkonforma
ma’ l-obbligi tagħha skond dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu jinnotifika u jikkonsulta ma’ l-awtorità
kompetenti u għandu jaqbel fuq il-miżuri xierqa li għandhom
jittieħdu, inkluża l-impożizzjoni ta’ multi, biex jiżgura li l-
istituzzjoni ta’ kreditu tikkonforma ma’ dawn l-obbligi.
(2) Jekk dawn il-miżuri ma jaslux biex jiżguraw konformità
min-naħa ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, il-Kumitat ta’ Tmexxija
għandu jirrapporta l-materja lill-awtorità  kompetenti biex jittieħdu
miżuri ulterjuri skond il-liġi, inkluża l-possibiltà  ta’ restrizzjoni
jew irtirar tal-liċenza ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(3) Wara r-restrizzjoni jew irtirar ta’ liċenza, il-kopertura tibqa'
tingħata fir-rigward ta’ depożiti eliġibbli li jkunu saru sad-data tar-
restrizzjoni jew irtirar tal-liċenza.
Proċeduri biex 
ikunu investigati 
lmenti.
29. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi u jżomm
proċeduri interni adegwati biex jinvestiga lmenti kontrih minn
istituzzjonijiet ta’ kreditu u minn depożitanti.
Setgħa li jinħarġu 
direttivi.
30. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ direttivi bankarji
lil istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Dawn id-direttivi bankarji jista’ jkollhom dawk id-
disposizzjonijiet inċidentali, supplementari u konsegwenzjali kif
ikun jidher lill-awtorità  kompetenti li jkun xieraq għall-fini ta’
dawn ir-regolamenti.
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà  għal 
danni.
31. Il-Kumitat ta’ Tmexxija u uffiċjali jew aġenti ta’ l-Iskema
ma għandhomx ikunu responsabbli għad-danni għal xi ħaġa li
jagħmlu jew jonqsu milli jagħmlu fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom
taħt dawn ir-regolamenti sakemm ma jintweriex li l-att jew
ommissjoni jkunu saru b’malafede.
Għeluq is-sena 
finanzjarja ta’ l-
Iskema.
32. Għeluq is-sena finanzjarja ta’ l-Iskema għandu jkun
perijodu ta’ żamma tal-kontijiet ta’ tnax-il xahar li jagħlqu fil-
wieħed u tletin ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Verifika.
International Standards on Auditing minn awdituri maħturin mill-
Kumitat ta’ Tmexxija minn fost persuni li jkunu kwalifikati biex
jinħatru awdituri ta’ kumpannija taħt il-liġi viġenti f’Malta f’dak
iż-żmien.
Kooperazzjoni ma’ 
awtoritajiet oħra.
34. L-awtorità  kompetenti u l-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom
jikkonsultaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti rilevanti u mal-persuni
responsabbli minn skemi ta’ kumpens f’pajjiżi oħra barra minn
Malta u jippruvaw jaslu fi ftehim ma’ dawk l-awtoritajiet u persuni
dwar:
(a) il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti jekk
parteċipant ifalli;
12 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
(b) l-ammonti ta’ kumpens pagabbli, wara t-tnaqqis, jekk
ikun hemm, taħt kull skema; u
(ċ) kull aspett ieħor li jidher xieraq għat-tmexxija u l-
amministrazzjoni kif għandu jkun ta’ l-iskemi.
Regolament 
tranżitorju.
L.S. 370.09
35. (1) Il-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skond ir-regolament
3 tar-Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investitur u l-
Kumitat ta’ Tmexxija msemmi f’dawn ir-regolamenti huma l-istess
ħaġa. Il-Kumitat ta’ Tmexxija msemmi f’dawn ir-regolamenti
għandu jkompli jgawdi l-personalità  tal-Kumitat ta’ Tmexxija
stabbilit immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-
regolamenti u għalhekk għandu jassumi d-drittijiet u l-obbligi
kollha tiegħu.
A.L. 7 ta' l-2003.
L.S. 370.09
(2) Kull ħatra, deċiżjoni, kontribuzzjoni, talba, pagament jew
xi att ieħor magħmul jew meħud skond ir-Regolamenti ta’ l-2003
dwar Skema ta’ Garanzija ta’ Depożiti qabel id-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti għandhom jibqgħu fis-seħħ u għandhom
jitqiesu li jkunu saru u ttieħdu taħt dawn ir-regolamenti, u kull
referenza f'’i liġi għall-Kumitat ta’ Tmexxija għandha titqies li hi
referenza għall-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skond ir-regolament
3 tar-Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investitur.
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 13
L-EWWEL SKEDA
Esklużjonijiet
(Regolamenti 18, 20)
Biex jitneħħa kull dubju, dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi milli jagħmlu
talba kontra l-Iskema u m’għandhomx jitqiesu li huma depożitanti għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti:
(1) Negozjanti għal rashom, kumpanniji u soċjetajiet kummerċjali oħra;
(2) Depożitanti professjonali u istituzzjonali, inklużi:
(a) Persuni li għandhom liċenza ta’ servizzi ta’ investimenti taħt l-artikolu
6 ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
(b) Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu qed jagħmlu kummerċ bankarju taħt
l-Att;
(ċ) Istituzzjonijiet finanzjarji kif imfissra fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar
Istituzzjonijiet Finanzjarji;
(d) Kumpanniji awtorizzati biex jagħmlu kummerċ ta’ assigurazzjoni taħt l-
Att dwar il-Kummerċ ta’ Assigurazzjoni;
(e) Skemi ta’ investiment kollettiv kif imfissra fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment;
(f) Fondi għal min Jirtira kif imfissra fl-Att li jirregola Fondi Speċjali; u
(g) Kategoriji ta’ depożitanti professjonali u istituzzjonali lokali u, jew
barranin oħra, kemm jekk residenti u kemm jekk mhux residenti Malta,
kif jista’ jkun determinat mill-awtorità  kompetenti minn żmien għal
żmien;
(3) Istituzzjonijiet, gvernijiet u awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u
internazzjonali;
(4) Kunsilli jew awtoritajiet lokali u muniċipali; u
(5) Sigurtajiet fuq dejn maħruġin mill-istess istituzzjoni u responsabbiltajiet li
jirriżultaw minn aċċettazzjonijiet ta’ ħlas ta’ promissory notes.
IT-TIENI SKEDA
Kontribuzzjonijiet skond ir-regolament 12
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jipparteċipaw fl-Iskema għandhom jagħmlu
kontribuzzjonijiet lill-Iskema kif ġej:
(a) Kontribuzzjoni Inizjali;
(b) Kontribuzzjonijiet Supplementari;
(ċ) Kontribuzzjonijiet Speċjali.
L-ammont minimu miżmum mill-Iskema u li jista’ jintuża għall-kumpens għandu
jkun ta’ Lm1 miljun, stabbilit fuq perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx il-ħames snin
mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti ta' l-2003 dwar Skema ta’ Garanzija ta’ Depożiti.
1. Kontribuzzjoni Inizjali
14 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
(a) Kontribuzzjoni Inizjali għandha titħallas mill-parteċipanti fi żmien 30
ġurnata kalendarja mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.
(b) L-ammont minimu tal-Kontribuzzjoni Inizjali għandu jkun Lm10,000
kull parteċipant.
(ċ) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, b’konsultazzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti, jipposponi l-pagament sħiħ jew parzjali ta’ din il-
Kontribuzzjoni Inizjali u jiddetermina skeda ta’ żmien għall-pagament
tagħha.
(d) Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal parteċipanti li jkunu ħallsu l-
Kontribuzzjoni Inizjali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.
2. Kontribuzzjonijiet Supplementari
(a) Il-livell ta’ Kontribuzzjonijiet Supplementari għal kull parteċipant
għandu jkun ikkalkulat bl-applikazzjoni tal-perċentwali determinata
mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq depożiti eliġibbli miżmumin mill-
parteċipant f’għeluq l-aktar sena finanzjarja reċenti.
(b) L-ammont minimu ta’ Lm1 miljun għandu jkun ikkontribwit
proporzjonatament skond is-sehem tal-parteċipanti tad-depożiti
eliġibbli totali fuq perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin li jibdew mid-
data li fiha daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti ta’ l-2003 dwar Skema ta’
Garanzija ta’ Depożiti.
(ċ) Il-formola applikabbli għall-parteċipanti għall-kontribuzzjoni annwali
għall-ewwel ħames snin biex jaslu għall-ammont minimu ta’ l-Iskema
għandha tkun kif muri hawn taħt. Għall-fini ta’ kjarifika, l-Ewwel Sena
għandha titqies li tkun is-sena li fiha r-Regolamenti ta’ l-2003 dwar
Skema ta’ Garanzija ta’ Depożiti daħlu fis-seħħ.
(d) Mill-Ħames Sena ’l quddiem, parteċipanti jeħtieġ jiżguraw li l-
kontribuzzjoni proporzjonali aggregata tagħhom tammonta għal 0.1%
tad-depożiti eliġibbli rispettivi tagħhom kif ikunu f’għeluq is-sena
finanzjarja ta’ qabel.
(e) Jekk l-ammont ikkontribwit f’xi sena li tiġi wara (jiġifieri mill-Ħames
Sena Formola
1 0.1% tad-Depożiti Eliġibbli (kif ikunu f’għeluq is-sena finanzjarja 
l-aktar reċenti)
5
2 (0.1% tad-Depożiti Eliġibbli kif ikunu f’għeluq is-sena finanzjarja 
ta’ L-Ewwel Sena) nieqes (kontribuzzjoni ta’ L-Ewwel Sena)
4
3 (0.1% tad-Depożiti Eliġibbli kif ikunu f’għeluq is-sena finanzjarja 
tat-Tieni Sena) nieqes (kontribuzzjoni ta’ L-Ewwel Sena + It-Tieni 
Sena)
3
4 (0.1% tad-Depożiti Eliġibbli kif ikunu f’għeluq is-sena finanzjarja 
tat-Tielet Sena) nieqes (kontribuzzjoni ta’ L-Ewwel Sena + It-
Tieni Sena + It-Tielet Sena)
2
SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT ġ L.S.371.09 15
Sena ’l quddiem) hu inqas minn minimu ta’ 0.1%, il-parteċipant għandu
jintalab jagħmel kontribuzzjoni supplementari addizzjonali.
(f) Parteċipant ma jkunx eliġibbli għal rifużjoni jekk iż-0.1% ta’ depożiti
eliġibbli għal sena partikolari jirrappreżentaw ammont li hu inqas mill-
ammont aggregat ikkontribwit.
(g) Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet Supplementari għandu jsir fi żmien 21
ġurnata kalendarja min-notifika lil kull parteċipant ta’ talba bil-miktub
mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
Iżda l-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jawtorizza li l-kontribuzzjoni titħallas
f’żewġ partijiet ugwali; jekk din l-awtorizzazzjoni tingħata, l-ewwel parti għandha
titħallas fil-ġurnata indikata f’dan is-subparagrafu u t-tieni parti għandha titħallas
mhux aktar tard minn sitt xhur wara.
3. Kontribuzzjonijiet Speċjali
(a) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, f’kull waqt tul is-sena finanzjarja ta’ l-
Iskema, jiġbor Kontribuzzjonijiet Speċjali mingħand parteċipanti biex
jonora impenji ta’ l-Iskema.
(b) Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’, f’għeluq is-sena finanzjarja tiegħu u li
tulha jkunu nġabru Kontribuzzjonijiet Speċjali, jirrifondi dawn il-
Kontribuzzjonijiet Speċjali kollha jew parti minnhom li ma jkunux ġew
utilizzati, jew li ma jkunx mistenni li se jkunu utilizzati fit-12-il xahar li
jkunu ġejjin, lill-parteċipanti pro rata u skond l-ammonti ta’
Kontribuzzjonijiet Speċjali magħmulin. Ebda mgħax ma għandu jkun
pagabbli fuq Kontribuzzjonijiet Speċjali mogħtija lura lill-parteċipanti.
(ċ) Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet Speċjali għandu jsir fi żmien 30 ġurnata
kalendarja mill-għoti lil kull parteċipant ta’ avviż bil-miktub li
jispeċifika l-ammont dovut.
4. Limitu massimu għal kontribuzzjonijiet
(a) Meta l-ammont miżmum mill-Iskema (u li minnu jista’ jsir kumpens)
jkun wasal biex jilħaq, jew ikun laħaq, Lm3 miljuni, il-Kumitat ta’
Tmexxija għandu, bl-approvazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti,
jikkunsidra jekk ċirkostanzi kurrenti u futuri jkunux jimmeritaw
reviżjoni tal-Kontribuzzjonijiet Supplementari magħmulin mill-
parteċipanti u jekk il-parteċipanti għandhomx jieqfu milli jagħmlu
ħlasijiet bi flus likwidi ta’ Kontribuzzjonijiet Supplementari lill-Iskema.
(b) Parteċipanti m’għandhomx jintalbu jagħmlu xi Kontribuzzjonijiet
Supplementari jew Speċjali jekk it-total tal-kontribuzzjonijiet tagħhom
(Inizjali, Supplementari u Speċjali) sa dik id-data, wara li jitnaqqsu
rifużjonijiet ta’ Kontribuzzjonijiet Speċjali, jaqbeż iż-0.3% tar-
responsabbiltajiet tad-depożiti eliġibbli totali.
(ċ) Wara l-Ħames Sena, id-differenza bejn il-livell li ma jistax jinqabeż
(capped) ta’ 0.3% u l-ammont imħallas bħala Kontribuzzjonijiet
Supplementari (kif ikun fid-data li fiha l-parteċipanti jkunu waqfu
jħallsu Kontribuzzjonijiet Supplementari fuq deċiżjoni tal-Kumitat ta’
Tmexxija), għandha titqies mill-Kumitat ta’ Tmexxija bħala fondi ''on
call'' u għandha jew tinżamm bħala riżerva kapitali mill-parteċipant jew
bħala responsabbiltà  kontinġenti.
(d) F’dan ir-rigward u wara konsultazzjoni ulterjuri mal-parteċipanti, l-
awtorità  kompetenti għandha toħroġ direttivi bankarji lill-parteċipanti li
jiddeterminaw kif dawn il-fondi ''on call'' għandhom ikunu ttrattati.
16 L.S.371.09 ħ SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT
(e) F’kull każ, il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dawn il-fondi jkunu
jistgħu jgħaddu lill-Iskema fi żmien 30 ġurnata kalendarja minn meta
ssir sejħa għall-użu ta’ dawn il-fondi.
5. Kondizzjonijiet oħra
Istituzzjoni ta’ kreditu li tkun waqfet milli tkun parteċipant fl-Iskema ma
għandhiex tkun intitolata għal rifużjoni ta’ kontribuzzjonijiet magħmulin mid-data li
tkun saret parteċipant fl-Iskema sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor f’din l-
iskeda.
IT-TIELET SKEDA
Membri ġodda
(Regolament 11(4))
(1) Meta istituzzjoni ta’ kreditu ssir parteċipant fl-Iskema wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiġbor kemm jista’ jkun
prattikament malajr Kontribuzzjoni Inizjali ta’ ammont li jkun determinat kif tgħid
din l-Iskeda iżda li ma jkunx inqas mill-ammont stabbilit fit-Tieni Skeda.
(2) Meta istituzzjoni ta’ kreditu li ssir parteċipant ikollha bażi ta’ depożiti, l-
ammont tal-Kontribuzzjoni Inizjali għandu jkun ikkalkolat fuq ir-responsabbiltajiet
tad-Depożiti Eliġibbli kollha meta ssir parteċipant b’dik il-perċentwali kif il-
Kumitat ta’ Tmexxija jqis xieraq biex il-parteċipant jilħaq il-livelli ta’ kumpens tal-
parteċipanti l-oħra, waqt li jingħata każ ta’ Kontribuzzjonijiet Inizjali u
Supplementari magħmulin sad-data li fiha l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir parteċipant.
(3) Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddetermina skeda ta’ żmien għall-ħlas tal-
Kontribuzzjoni Inizjali waqt li jagħti każ taċ-ċirkostanzi partikolari tal-parteċipant
ġdid.
