DRITTIJIET LI JITĦALLSU F’ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU ġ L.S.371.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 371.10
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET LI JITĦALLSU 
F’ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
1 ta’ Jannar, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 218 ta’ l-2003.
Titolu.
Drittijiet li jitħallsu f’Istituzzjonijiet ta’ Kreditu.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra:
Kap. 371.
''depositi passivi'' tfisser depositi passivi kif rappurtati taħt id-
Direttiva Bankarja BD/06 maħruġa mill-awtorità  kompetenti taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att;
(2) Kliem u frażijiet li huma wkoll użati fl-Att għandu
jkollhom l-istess tifsira kif għandhom fl-Att.
Dritt għall-
applikazzjoni u l-
ipproċessar ta’ l-
applikazzjoni.
3. Istituzzjoni ta’ kreditu li tapplika għand l-awtorità
kompetenti għal liċenza taħt l-Att għandha, meta tippreżenta l-
applikazzjoni, kemm jekk il-liċenza eventwalment tingħata u kemm
jekk ma tingħatax, tħallas lill-awtorità  kompetenti l-ammont ta’
Lm3,000 bħala dritt għall-applikazzjoni u l-ipproċessar ta’ l-
applikazzjoni.
Dritt għall-għoti ta’ 
liċenza.
4. Istituzzjoni ta’ kreditu li tingħata liċenza skond l-Att
għandha tħallas dritt għall-għoti ta’ liċenza ta’ Lm 5,000 lill-
awtorità  kompetenti meta tingħata dik il-liċenza.
Dritt għas-
superviżjoni.
5. Istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha liċenza taħt l-Att għandha
ta’ kull sena tħallas lill-awtorità  kompetenti dritt għas-superviżjoni
ekwivalenti għal 0.000142 tad-depożiti passivi tagħha kif
rappurtati fl-aħħar tas-sena illi tippreċedi s-sena immedjatament
qabel dik meta għandu jitħallas id-dritt:
Iżda l-ammont li għandu jitħallas ta’ kull sena mill-
istituzzjoni ta’ kreditu bħala dritt għas-superviżjoni ma għandu, fl-
ebda każ, ikun inqas minn Lm 6,750:
Iżda wkoll l-ewwel ħlas tad-dritt għas-superviżjoni li
għandu jsir minn istituzzjoni ta’ kreditu li tingħata liċenza wara l-1
ta’ Jannar, 2004 għandu jkun ekwivalenti għal proporzjon ta’ dak
id-dritt li kien ikollu jitħallas ghas-sena kalendarja kollha ta’ meta
tkun ingħatat il-liċenza. Id-dritt li għandu jitħallas għandu jkun
proporzjonali għall-perjodu ta’ żmien li jkun jifdal bejn id-data ta’
meta ngħatat il-liċenza u t-tmiem ta’ dik is-sena kalendarja.
Ħlas tad-dritt għas-
superviżjoni.
6. Id-dritt ghas-superviżjoni li jkun dovut ta’ kull sena skond
ir-regolament 5 għandu jitħallas lill-awtorità  kompetenti f’zewġ
pagamenti ta’ l-istess ammont fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’
kull sena.
Disposizzjoni 
transitorja.
7. Meta jinħadem id-dritt għas-superviżjoni li għandu
2 L.S.371.10 ħ DRITTIJIET LI JITĦALLSU F’ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
jitħallas fl-ewwel sena, l-awtorità  kompetenti għandha takkredita
lill-istituzzjoni ta’ kreditu bi proporzjon tad-dritt annwali ta’
liċenza li tkun diġà  tħallset mill-istituzzjoni ta’ kreditu fl-2003 taħt
ir-regolamenti kif fis-seħħ matul dik is-sena. Il-proporzjon tad-dritt
li jiġi akkreditat għandu jkun il-proporzjon tad-dritt hekk imħallas
għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awissu, 2004.
Uffiċċju 
rappreżentattiv.
8. Kull kumpannija inkorporata barra minn Malta li tkun
stabbiliet uffiċċju rappreżentattiv f’Malta għandha tħallas lill-
awtorità  kompetenti d-dritt ta’ Lm 1,000 malli tiġi hekk stabbilita,
u f’kull sena konsekuttiva fl-anniversarju ta’ meta tkun ġiet
stabbilita.
Ħlas lura ta’ 
drittijiet.
9. L-ebda wieħed mid-drittijiet li joħorġu mir-regolamenti 3,
4, 5 u 8 ma għandu, ġaladarba jkun tħallas, f’ebda ċirkostanza
jitħallas lura.
