DIKJARAZZJONI TA’ SEGRETEZZA 
GĦAT-TAXXA FUQ L-INCOME ġ L.S.372.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.01
REGOLI DWAR ID-DIKJARAZZJONI TA’ 
SEGRETEZZA GĦAT-TAXXA FUQ L-INCOME
18 ta’ Jannar, 1949
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 32 ta’ l-1949, kif emendata bl-Avviż
Legali 127 ta’ l-1977.
Titolu.
Dikjarazzjoni ta’ Segretezza għat-Taxxa fuq l-Income.
Għamla tad-
dikjarazzjoni.
Kap. 372.
2. Id-dikjarazzjoni li għandha ssir u tkun sottoskritta skond l-
artikolu 4 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa minn kull
persuna li jkollha xi dmir uffiċjali jew li tkun impjegata fl-
amministrazzjoni ta’ l-istess Att għandha tkun ta’ l-għamla
mogħtija fl-Iskeda ta’ hawnhekk.
Sostitwita:
A.L. 127 ta’ l-
1977.
SKEDA
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA
Dikjarazzjoni skond l-artikolu 4
Jiena ..................................................niddikjara solennement u
sinċerament illi nqis u nittratta l-informazzjoni kollha u d-
dokumenti, il-prospetti u l-istimi kollha jew kopji tagħhom, li
għandhom x’jaqsmu ma l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, bħala
sigrieti u konfidenzali u illi jiena fl-ebda żmien ma nikkomunika
dik l-informazzjoni jew il-kontenut ta’ dawk id-dokumenti,
prospetti u stimi jew kopji tagħhom lil xi persuna ħlief kif ikun
meħtieġ għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jew kif
il-Prim Ministru jista’ xort’oħra jordna.
Firma ....................................
Maħlufa bil-ġurament quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, illum
........................ ta’ ....................... 19...
..........................
Reġistratur
