INDUSTRIJA FID-DJAR ġ L.S.372.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.13
REGOLI DWAR L-INDUSTRIJA FID-DJAR
24 ta’ Ottubru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 150 ta’ l-1995.
Titolu.
Djar.
Ħlas ta’ taxxa minn 
persuni reġistrati 
għall-finijiet tal-
VAT.
Kap. 123.
2. Meta persuna li tkun reġistrata għall-finijiet tat-taxxa dwar
il-valur miżjud tqabbad artiġjani fid-dar fuq bażi part-time f’dawk
l-attivitajiet li hemm imsemmija fl-artikolu 48A ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, hija għandha tħallas it-taxxa lill-Kummissarju
bir-rata ta’ 15 il-ċenteżmu fil-lira fuq il-ħlas annwali totali li
jingħata lil kull artiġjan fid-dar dwar kull taxxa li tista’ tkun dovuta
minn dawk l-artiġjani fid-dar għar-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, li
tinħadem skond din il-formola li ġejja:
Meta l-ħlas ikun 
dovut.
Kap. 372.
3. It-taxxa dovuta skond ir-regola 2 għandha titħallas lill-
Kummissarju mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ta’
stima, u għandha tiġi regolata bid-disposizzjonijiet relevanti tat-
Taqsima VIII ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Elenku ta’ artiġjani 
fid-dar.
4. Il-persuna li tkun reġistrata għall-finijiet tat-taxxa dwar il-
valur miżjud għandha tagħti lista lill-Kummissarju li jkun fiha
dettalji dwar kull artiġjan fid-dar li din ir-regola tkun tapplika
għalih kif ukoll dwar il-ħlas li jingħata lil kull artiġjan fid-dar. Dan
l-elenku għandu jintehmeż mal-ħlas ta’ taxxa dovuta li jsir skond
ma hemm fir-regola 3.
Jedd għal tnaqqis.
4 ikunu tħarsu, il-persuna li tkun reġistrata għall-finijiet tat-taxxa
dwar il-valur miżjud ikollha jedd, meta tkun qed taħdem il-profitti
tagħha għall-għanijiet tat-taxxa fuq l-income, għal tnaqqis:
(a) ta’ l-ammont nett mogħti bi hlas lill-artiġjani fid-dar li
d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli jkunu japplikaw
għalihom;
(b) tat-taxxa mħallsa lill-Kummissarju skond ir-regola 3
ta’ dawn ir-regoli dwar is-sena ta’ stima rilevanti; u
(ċ) ammont addizzjonali ekwivalenti għal tletin fil-mija
tas-somma totali li toħroġ mill-paragrafi (a) u (b).
Ħlas annwali nett X 15
0.85 100
