FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.14
REGOLI DWAR FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
1 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 88 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 128 ta’ l-1999, 39 ta’ l-2000 u
297 ta’ l-2001.
TAQSIM TAR-REGOLI
Regoli
Ġenerali 1 - 2
Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-Payee 3
Reġistrazzjoni tal-Pagatur 4 - 5
Tnaqqis ta’ Taxxa minn Pagaturi 6 - 14
Rimessa lill-Kummissarju tat-tnaqqis li jsir mill-pagaturi 15 - 17
Notamenti li għandhom jinżammu u tagħrif li għandu jiġi preżentat
minn pagaturi
18 - 23
Kif tiġi imposta Taxxa Addizzjonali FSS u Proċedura ta’ Kontestazzjoni 24
Ġbir, Tpaċija u Rifużjoni 25 - 27
Mixxellanji 28 - 37
Skeda A: FS4 Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-Payee
Skeda B: Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti Prinċipali FSS
Skeda Ċ: Taxxa Addizzjonali FSS
2 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn r-regoli hu Regoli dwar Final Settlement
System (FSS).
Tifsir.
Emendat:
A.L. 128 ta’ l-
1999;
A.L. 39 ta’ l-2000;
A.L. 297 ta’ l-
2001.
Kap. 123.
2. F’dawn ir-regoli, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"benefiċċji minn impieg jew kariga" tfisser kull benefiċċju li
jingħata jew li jkun meqjus li jingħata bis-saħħa ta’ xi impieg jew
kariga skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income jew ta’ regoli magħmulin taħt dak il-
paragrafu;
"emolumenti" tfisser:
Kap. 123.
(i) kull income, inkluż kull benefiċċju minn kariga
jew impieg, suġġett għat-taxxa taħt l-artikolu
4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income; u
(ii) kull pensjoni li titnissel jew tiġi riċevuta f’Malta
suġġetta għat-taxxa taħt il-paragrafu (d) ta’ l-
imsemmi subartikolu; u
Kap. 406.
(iii) kull rimunerazzjoni oħra li titħallas, jew
benefiċċji minn impieg jew kariga mogħtija, lil
xi individwu għal servizzi minnu mogħtija ħlief
meta dak l-individwu jirċievi dak il-ħlas fil-qadi
tas-sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni
tiegħu jew għax ikun xort’oħra meħtieġ li jkun
reġistrat għall-għanijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq il-Valur Miżjud, dwar dawk is-servizzi, jew
fejn huwa jagħti dawk is-servizzi lil xi
individwu għal għanijiet domestiċi u privati;
"imħallas" tfisser mħallas direttament jew indirettamerit bi flus
jew bi speċi, u tinkludi l-għoti ta’ benefiċċju minn impieg jew
kariga, u l-kliem "li jittħallas" u "ħlas" għandhom jiftiehmu skond
hekk;
"imħallas bi flus" tinkludi imħallas b’ċekk jew draft, akkreditat
jew depożitat f’bank jew f’xi kont ieħor band’oħra għall-
benefiċċju, l-użu jew il-vantaġġ tal-payee u kull tpaċija kontra kull
debitu tal-payee, u l-kliem "jitħallas bi flus" u "ħlas bi flus"
għandhom jiftehmu f’dan is-sens;
Kap. 123.
"pagatur" tfisser kull persuna li tħallas l-emolumenti jew li
titqies li tħallas l-emolumenti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jew ta’ regoli
magħmulin taħt dak il-paragrafu, jew li tħallas, jew li jkollħa
tħallas, emolumenti kemm akkont tagħha jew f’isem xi persuna
ohra u tinkludi dipartimenti tal-gvern, persuni fis-servizz pubbliku
ta’ Malta, korporazzjonijiet pubbliċi u l-uffiċjali tagħhom, u
korpijiet ta’ nies oħra u l-uffiċjali tagħhom;
"payee" tfisser il-persuna li lilha jithallsu l-emolumenti;
"rata ta’ taxxa" tinkludi rata nil;
Kap. 123.
"valur tal-benefiċċji minn impieg jew kariga" tfisser il-valur tal-
benefiċċji stabbilit skond ir-regoli preskritti għall-finijiet ta’ l-
artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 3
Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-Payee
Mili u 
preżentazzjoni tal-
formula ta’ 
Dikjarazzjoni dwar 
l-Istatus tal-Payee.
3. (1) Payee li jkun qed jirċievi emolumenti, li jkunu
emolumenti kif imfissra taħt ir-regola 2(i) u (iii), jenħtieġ li jimla
s-Sezzjoni 1 ta’ Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-Payee fuq il-
formola preskritta murija fl-Iskeda A u jgħaddi dik il-formola fi
tliet kopji lill-pagatur sa l-1 ta’ Jannar, 1998, u wara dik id-data fi
żmien sebat ijiem mill-bidu ta’ kull tnissil ġdid ta’ dawk l-
emolumenti jew ma’ kull bdil fit-tagħrif li hu meħtieġ li jingħata
fit-Taqsima B, Ċ jew D tas-Sezzjoni 1 tal-formola.
Kap. 123.
(2) In-nuqqas min-naha tal-payee li jħares id-disposizzjonijiet
tas-subregola (1) jirrendi l-emolumenti li jkunu dovuti li jitħallsu
lilu suġġetti għal tnaqqis ta’ taxxa b’rata li tkun daqs l-ogħla rata
ta’ taxxa provduta taħt l-artikolu 56(1) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income. Dik ir-rata ta’ tnaqqis tibqa’ hekk tapplika għal dak il-
perijodu li matulu jkompli għaddej dak in-nuqqas.
(3) Pagatur li jkun irċieva Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-
Payee kif imsemmi qabel mingħand il-payee jenħtieġ li jimla s-
Sezzjoni 2 ta’ dik il-formola. Il-pagatur għandu jibgħat lill-
Kummissarju l-kopja oriġinali ta’ dik il-formola sa l-aħħar ġurnata
tax-xahar li jiġi wara dak li fih ikun irċieva l-imsemmija formola,
iżomm il-kopja tal-pagatur għall-għanijiet ta’ kull spezzjon li jista’
jsir minn żmien għal żmien skond ir-regola 31, u jagħti l-kopja li
jifdal lill-payee.
(4) Meta l-payee ma jkunx bagħat il-formola msemmija f’din
ir-regola, il-pagatur għandu madankollu jimla skond dak kollu li jaf
is-Sezzjoni 2 u t-Taqsima A tas-Sezzjoni 1 ta’ dik il-formola u
jibgħathom lill-Kummissarju għall-għanijiet tas-subregola (3).
(5) Meta l-pagatur jibgħat lill-Kummissarju l-formola
msemmija f’din ir-regola skond is-subregola (4), id-
disposizzjonijiet tas-subregola (2) għandhom jibqgħu japplikaw.
(6) Pagatur li, mingħajr ebda skuża raġonevoli, jipprovdi
tagħrif mhux komplet jew mhux korrett fuq il-formola meħtieġa li
tiġi preżentata taħt is-subregola (3) jew (4) jew li jonqos milli
jippreżenta dik il-formola lill-Kummissarju, ikun suġġett, b’żieda
mat-taxxa addizzjonali korrispondenti preskritta fl-Iskeda Ċ li
tinsab ma’ dawn ir-regoli, għall-ħlas ta’ kull taxxa mhux imnaqqsa,
konsegwenti għal dak in-nuqqas dwar emolumenti mħallsa minnu
lil xi payee kemm-il darba dak l-ammont ta’ taxxa ma jiġix
xort’oħra miġbur mill-Kummissarju sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-
sena li dwarha jkun missu sar dak it-tnaqqis.
Kap. 123.
(7) Meta l-formola meħtieġa li tiġi preżentata taħt is-subregola
(3) ma titqiesx, għal xi raġuni, bħala waħda aċċettabbli mill-
Kummissarju minħabba f’xi nuqqas min-naħa tal-payee, din
għandha titreġġa’ lura lill-pagatur bil-għan li tiġi korretta u kemm-
il darba l-payee ma jagħmilx il-korrezzjonijiet meħtieġa fi żmien
sew sabiex il-pagatur ikun jista’ jerġa’ jippreżenta l-formola fi
żmien erbatax-il ġurnata, il-pagatur għandu jnaqqas it-taxxa, minn
emolumenti sussegwentement dovuti li jitħallsu lill-payee, b’rata li
tkun daqs l-ogħla rata ta’ taxxa provduta taħt l-artikolu 56(1) ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u dik ir-rata ta’ tnaqqis għandha
tibqa’ tapplika sa meta l-Kummissarju jordna xort’oħra.
4 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
(8) Meta minħabba fit-tħaddim tas-subregoli (2) u (7), tkun
tnaqqset xi taxxa minn emolumenti li jitħallsu lill-payee, din it-
taxxa għandha titpatta mat-taxxa li tkun dovuta titħallas mill-payee
jew li għandħa titħallas lura lilu, skond il-każ, skond l-artikolu
23(3) ta’ l-Att.
Reġistrazzjoni tal-Pagatur
Reġistrazzjoni 
bħala pagatur.
L.S. 123.02
4. (1) Kull persuna għandha tirreġistra, mill-1 ta’ Jannar,
1998, bħala pagatur mal-Kummissarju fi żmien ħmistax-il ġurnata
mid-data meta l-ewwel emolumenti li hija tkun dovuta tħallas lil
payee jibdew jakkrexxu, kemm-il darba dik il-persuna ma kienetx
reġistrata għall-għanijiet tar-Regoli dwar Tnaqqis ta’ Taxxa
(P.A.Y.E.), qabel l-imsemmija data u dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx
minn dakinhar ’l hawn ġiet kanċellata.
(2) It-talba għar-reġistrazzjoni bħala pagatur għandha ssir minn
individwu li jkun jeżerċita attività  ta’ xi sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni jew, fil-każ ta’ korp ta’ persuni, mill-
manager jew minn xi uffiċjal prinċipali ieħor, u dik ir-
reġistrazzjoni għandha ssir bil-mili tal-formola li għandha tintuża
provduta mill-Kummissarju li lilu għandha tiġi preżentata flimkien
ma’ kull dokumentazzjoni relattiva li tkun meħtieġa.
(3) Wara li tkun ġiet reġistrata bħala pagatur skond din ir-
regola, persuna għandha tirrapporta lill-Kummissarju fuq il-
formola li għandha tintuża kull bidla sostanzjali li tkun tolqot it-
tagħrif li jkun ġie aktar qabel preżentat minnha meta tkun
irreġistrat, u n-nuqqas li tiġi rapportata xi bidla bħal dik jagħti lok
għal ksur tad-disposizzjonijiet tas-subregola (1).
(4) Mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti fuq il-pagatur
taħt disposizzjonijiet oħra ta’ dawn ir-regoli, id-disposizzjonijiet
tas-subregoli (1), (2) u (3) għandhom ikunu bl-istess mod japplikaw
għal persuna li tkun akkwistat negozju vijabbli li jkun jimpjega
individwi li lilhom jitħallsu emolumenti.
Tħassir u 
reġistrazzjoni mill-
ġdid.
5. (1) Pagatur għandu jitlob lill-Kummissarju, meta huwa
jtemm iwettaq il-funzjonijiet tiegħu bħala pagatur, biex iħassarlu r-
reġistrazzjoni tiegħu bħala pagatur.
(2) Talba għal tħassir li ssir skond is-subregola (1) għandha
ssir minn individwu li jkun jeżerċita attività  ta’ xi sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni jew, fil-każ ta’ korp ta’ persuni, mill-
manager, minn uffiċjal prinċipali ieħor jew stralċjarju, u dak it-
tħassir għandu jsir billi timtela l-formo1a li għandha tintuża,
provduta mill-Kummissarju li fiha jkunu murija ċar l-obbligi tal-
pagatur li jkun qiegħed jitlob it-tħassir taħt din ir-regola.
(3) Qabel ma jsir it-tħassir ta’ persuna bħala pagatur, min ikun
qed jagħmel it-talba taħt din ir-regola, ikun meħtieġ, kemm-il darba
l-Kummissarju ma jordnax xort’oħra, li:
(a) jissupplixxi dikjarazzjoni ta’ qligħ, lill-payees kollha
tiegħu skond ir-regola 21;
(b) jħallas lill-Kummissarju kull tnaqqis ta’ taxxa li jkun
dovut u li jippreżenta l-prospett relattiv ta’ kull xahar
dwar ħlasijiet kif meħtieġ taħt ir-regola 15;
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 5
(ċ) jippreżenta lill-Kummissarju r-rikonċiljazzjoni tiegħu
ta’ kull sena dwar ħlasijiet skond ir-regola 22 flimkien
ma’ kopja ta’ kull dikjarazzjoni ta’ qligħ meħtieġa li
tiġi supplita taht il-paragrafu (a); u
(d) jipprovdi kull dettal jew tagħrif ieħor li l-Kummissarju
jista’ jehtieġ.
(4) Meta persuna ttemm milli twettaq il-funzjonijiet tagħha
bħala pagatur għal żmien temporanju biss, hija għandha tavża
b’dan lill-Kummissarju fuq dik il-formola li hemm imsemmija fis-
subregola (2) u sakemm ma tiġix ordnata xort’oħra mill-
Kummissarju, ikollha madankollu tħares id-disposizzjonijiet tas-
subregola (3).
(5) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ din ir-regola l-
Kummissarju jista’ f’kull waqt iħassar ir-reġistrazzjoni bħala
pagatur ta’ min ikun qed jagħmel it-talba u javżah b’dan skond
hekk.
(6) Min, wara li jitħassarlu ismu bħala pagatur skond id-
disposizzjonijiet ta’ din ir-regola, jerġa’ jibda jħallas emolumenti
jkun meħtieġ li jerġa’ jitlob li ismu jiġi reġistrat bħala pagatur
skond ir-regola 4.
Tnaqqis ta’ Taxxa minn Pagaturi
Il-pagaturi inaqqsu 
t-taxxa bil-metodu 
li japplika.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
6. (1) Salv kif provdut taħt ir-regola 3(2) jew hekk kif
xort’oħra ordnat mill-Kummissarju taħt is-subregola (2), kull
pagatur għandu jnaqqas it-taxxa minn kull ħlas ta’ emolumenti
magħmul lil payee, sakemm dan ikun jikkonsisti fi, jew ikun
jinkludi, ħlas bi flus, billi japplika, skond il-każ, wieħed minn
dawn il-metodi ta’ tnaqqis ta’ taxxa li ġejjin:
(a) il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Prinċipali FSS, bil-mod provdut taħt ir-regola 7 u kif
stabbilit fl-Iskeda B;
(b) il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Part-Time FSS, bil-mod provdut taħt ir-regola 8;
(ċ) il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Oħra FSS, bil-mod provdut taħt ir-regola 9.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregola (1) dwar it-
tnaqqis ta’ taxxa minn pagaturi, il-Kummissarju jista’ jistabbilixxi,
meta hekk jikkunsidra li jkun xieraq, metodu ta’ tnaqqis ta’ taxxa
jew inkella jordna t-tnaqqis ta’ l-ammont li għandu jitnaqqas jew
ir-rata li biha jkollha titnaqqas it-taxxa b’dak il-mod li tiġi koperta
t-taxxa dovuta mill-payee għal dik is-sena u jordna lill-pagatur bil-
miktub li jagħmel dak it-tnaqqis skond hekk.
(3) Fil-ħdim ta’ l-ammont ta’ taxxa li jkollha titnaqqas skond
is-subregola (1) jew hekk kif ordnat mill-Kummissarju taħt is-
subregola (2), il-pagatur m’għandux jagħti każ ta’ xi frazzjoni ta’
lira li tkun daqs jew inqas minn ħamsin ċenteżmu, u jtella’ għal lira
kull frazzjoni ta’ lira li tkun iktar minn ħamsin ċenteżmu.
6 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
Kif jiġi applikat il-
Metodu ta’ 
Tnaqqis ta’ Taxxa 
dwar Emolumenti 
Prinċipali FSS.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-2000.
7. (1) It-tnaqqis ta’ taxxa taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’
Taxxa dwar Emolumenti Prinċipali FSS imsemmi taħt ir-regola
6(1)(a) u maħdum skond l-Iskeda B għandu jkun japplika dwar:
(a) kull pensjoni lokali li tiġi riċevuta mill-payee ħlief
għal dawk regolati bid-disposizzjonijiet tas-subregola
(3); u
Kap. 123.
L.S. 123.39
(b) kull income minn emolumenti kif imfissra taħt ir-
regola 2(i) (esklużi dawk imħallsa dwar xogħol part-
time li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 90A ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u r-
Regoli dwar Xogħol Part-time) indikat mill-payee fil-
formola tad-Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-Payee
bħala li jkun jikkostitwixxi l-għajn ewlenija ta’ l-
emolumenti tiegħu:
Iżda meta l-payee jkun qed jirċievi xi pensjoni jew
pensjonijiet lokali kif imsemmi qabel, ebda emolumenti oħra li
huwa jkun qed jirċievi m’għandhom jikkwalifikaw għal tnaqqis ta’
taxxa taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Prinċipali FSS:
Iżda wkoll, meta payee ma jkun qed jirċievi ebda pensjoni
bħal dik, huwa m’għandux jindika, fl-istess waqt, aktar minn għajn
waħda ta’ income minn emolumenti, kif imfisser taħt ir-regola 2(i),
bħala li tikkostitwixxi l-għajn li għaliha l-metodu msemmi jkun
japplika.
(2) Meta l-pagament ta’ emolumenti li jitħallsu lil payee
għandu jitqies għal għanijiet ta’ tnaqqis taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis
ta’ Taxxa dwar Emolumenti Prinċipali FSS imsemmi fis-subregola
(1), il-pagatur għandu jaħdem l-ammont ta’ taxxa li għandu
jitnaqqas minnu billi japplika jew -
(a) il-Formola ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa Kumulattiv dwar
Emolumenti Prinċipali; jew
(b) it-Tabelli ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Prinċipali,
bil-mod stabbilit fit-Taqsima I u t-Taqsima II ta’ l-Iskeda B,
rispettivament, u skond is-subregola (3).
Kap. 318.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-regola, meta d-
Direttur tas-Sigurtà  Socjali jħallas xi pensjoni li titħallas taħt l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali lil xi payee, li jkun ukoll ir-riċevitur ta’xi
pensjoni jew pensjonijiet oħra minn xi għajn oħra, l-imsemmi
Direttur għandu jqis, bla ħsara għal dik l-informazzjoni xierqa li
tinġieb għall-attenzjoni tiegħu mill-Kummissarju, għall-għanijiet
ta’ tnaqqis ta’ taxxa, l-ammont sħiħ u totali tal-pensjonijiet li dak
il-payee jkun qed jirċievi u jaħdem l-ammont relattiv tat-taxxa li
jkollha titnaqqas bil-mod ordnat mill-Kummissarju.
(4) Kemm-il darba l-Kummissarju ma jordnax xort’oħra,
pagaturi li jkunu qegħdin iħallsu emolumenti li għandhom jiġu
ikkunsidrati taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Prinċipali FSS għandhom jaħdmu, għall-għanijiet tas-subregola (2),
l-ammont ta’ taxxa li titnaqqas billi japplikaw il-Formola ta’
Tnaqqis ta’ Taxxa Kumulattiv dwar Emolumenti Prinċipali, b’dan
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 7
illi pagaturi li jkunu qed iħallsu emolumenti lil għadd anqas minn
għaxar full-time payees jistgħu, f’kull waqt, u minn jeddhom,
jagħżlu li jużufruwixxu mit-Tabelli ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar
Emolumenti Prinċipali:
Iżda ebda pagatur ma jista’ fl-istess waqt japplika ż-żewġ
metodi ta’ kif jaħdem l-ammonti msemmija fis-subregola (2).
(5) Għall-għanijiet ta’ din ir-regola:
"full-time payee" tfisser individwu li jkollu l-emolumenti tiegħu
suġġetti għal tnaqqis ta’ taxxa taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa
dwar Emolumenti Prinċipali FSS.
Kif jiġi applikat il-
Metodu ta’ 
Tnaqqis ta’ Taxxa 
dwar Emolumenti 
Part-time FSS.
Kap. 123.
L.S. 123.39
8. (1) It-tnaqqis ta’ taxxa taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’
Taxxa dwar Emolumenti Part-time FSS imsemmi taħt ir-regola
6(1)(b) għandu jkun japplika dwar emolumenti li jitħallsu lil payee
għal xogħol part-time li jikkwalifika taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 90A ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u taħt ir-Regoli
dwar Xogħol Part-Time, u għandu jitħaddem skond id-
disposizzjonijiet li jinsabu fihom:
Iżda meta l-payee jkollu raġun jobsor li l-income totali
tiegħu għal dik is-sena ma jkunx mistenni jeċċedi s-somma li jekk
jeċċediha huwa jkollu jħallas it-taxxa, huwa jista’, f’kull waqt,
jagħti direttiva lill-pagatur, permezz tal-formola ta’ Dikjarazzjoni
dwar l-Istatus tal-Payee, li dawk l-emolumenti għandhom jitħallsu
lilu mingħajr ebda tnaqqis ta’ taxxa kif provdut fl-artikolu 90A(3)
ta’ l-imsemmi Att.
Kap. 123.
(2) Meta l-payee li jkun użufruwixxa mill-għażla taħt il-
proviso li hemm mas-subregola (1), ikollu raġun jobsor li l-income
totali tiegħu jkun laħaq somma li tirrendih li jħallas it-taxxa huwa
għandu, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 90A(5) ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, jew:
(a) jordna lill-pagatur, fuq il-formola ta’ Dikjarazzjoni
dwar l-Istatus tal-Payee, li jagħmel dak it-tnaqqis,
mill-income tiegħu li jkun qed jikseb minn xogħol
part-time għas-sena relevanti, b’mod li jkopri t-taxxa
relattiva dovuta, sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena;
jew
(b) iħallas dik it-taxxa li tkun hekk dovuta lill-
Kummissarju sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru
ta’ dik is-sena.
(3) Meta, għall-għanijiet ta’ din ir-regola, il-payee jonqos milli
jagħti direttiva lill-pagatur fuq id-Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-
Payee, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tar-regola 3(2).
Kif jiġi applikat il-
Metodu ta’ 
Tnaqqis ta’ Taxxa 
dwar Emolumenti 
Oħra FSS.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
9. (1) It-tnaqqis ta’ taxxa taħt il-Metodu ta’ Tnaqqis ta’
Taxxa dwar Emolumenti Oħra FSS imsemmi taħt ir-regola 6(1)(ċ)
għandu jkun japplika dwar:
(a) kull rimunerazzoni msemmija taħt ir-regola 2(iii); u
(b) l-emolumenti li jitqiesu mill-payee bħala li
jikkostitwixxu l-income tiegħu li jkun ġej minn
emolumenti oħra iżda dak il-metodu għandu jintuża
biss meta d-disposizzjonijiet dwar tnaqqis ta’ taxxa
8 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
tar-regola 7 jew tar-regola 8 ma jkunux japplikaw, jew
meta l-Kummissarju jkun hekk ordna skond ma hemm
fir-regola 6(2).
(2) Salv kif provdut taħt ir-regola 3(2), emolumenti li għalihom
japplika l-Metodu ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti Oħra
FSS, għandhom ikunu suġġetti għal tnaqqis ta’ taxxa bir-rata
standard ekwivalenti għal għoxrin fil-mija ta’ l-imsemmija
emolumenti:
Iżda kull payee jista’, f’kull waqt, jagħti direttiva lill-
pagatur tiegħu fuq il-formola preskritta biex inaqqaslu t-taxxa
b’rata ogħla.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregola (2), dawk il-
pensjonanti u studenti li jkunu qed jirċievu istruzzjoni full-time f’xi
università , kulleġġ jew stabbiliment edukattiv ieħor jew jagħmlu xi
apprendistat bil-għan li jikkwalifikaw f’xi sengħa jew professjoni,
li jkunu qed jitħallsu emolumenti li għalihom japplika l-metodu ta’
tnaqqis ta’ taxxa msemmi f’din ir-regola, jistgħu, f’kull waqt,
jagħtu direttiva lill-pagatur tagħhom, kif imsemmi qabel fuq il-
formola preskritta, biex ma jnaqqsilhomx it-taxxa jew biex
inaqqsilhom it-taxxa minn dawk l-emolumenti b’rata inqas mir-rata
standard stipulata taħt l-imsemmija sub-regola:
Iżda payees oħra, li ma jkunux pensjonanti u studenti,
jistgħu jagħtu direttiva lill-pagatur tagħhom biex inaqqas it-taxxa
minn dawk l-emolumenti b’rata inqas mill-imsemmija rata
standard biss wara li jkunu kisbu l-approvazzjoni bil-miktub tal-
Kummissarju.
Tnaqqis ta’ taxxa 
dwar arretrati.
10. B’żieda mat-tnaqqis li pagatur ikun meħtieġ jagħmel taħt
il-Metodi ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa FSS imsemmija taħt ir-regola 6(1),
il-Kummissarju jista’, kulmeta jqis li jkun hekk xieraq, jistabbilixxi
u jordna t-tnaqqis ta’ ammont li jkollu jsir perjodikament, matul
perijodu ta’ żmien determinat, minn emolumenti mħallsa minn
pagatur biex ikopri xi taxxa pendenti dovuta minn payee. L-avviż
dwar din il-ħtieġa għandu jingħata mill-Kummissarju bil-miktub.
L-ogħla ammont 
ta’ tnaqqis ta’ 
taxxa.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
Kap. 123.
11. (1) Meta jkun dovut li jsir tnaqqis ta’ taxxa minn
emolumenti li jitħallsu lil payee skond ir-regoli 7, 8 jew 9, l-
ammont hekk imnaqqas m’għandu qatt jeċċedi, mingħajr il-kunsens
tal-payee, ħamsin fil-mija ta’ dik il-parti ta’ l-emolumenti li
jitħallsu lilu u li titħallas bi flus kontanti kemm-il darba ma jkunx
japplika l-artikolu 71 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jew meta
jkun ġie applikat l-artiko1u 46 ta’ l-Att.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subregola
(1) meta, minħabba fit-tħaddim tar-regola 10, l-ammont aggregat
ta’ tnaqqis ta’ taxxa li jkun dovut li jsir ikun jeċċedi ħamsin fil-
mija ta’ dik il-parti ta’ l-emolumenti grossi li jitħallsu lil payee u li
titħallas bi flus kontanti għal xi perijodu, il-pagatur għandu jnaqqas
l-ammont ta’ taxxa li kien xort’oħra jitnaqqas taħt ir-regola 10
b’ammont ekwivalenti għal dak l-eċċess.
Meta jintemm 
kuntratt u payees li 
jmutu.
12. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fir-regola 6 għandhom bl-
istess mod japplikaw:
(a) meta jitħallsu emolumenti, minbarra pensjonijiet, lil
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 9
payee wara li jkun intemm il-kuntratt relattiv li taħtu
dawk 1-emolumenti jkunu dovuti;
(b) fil-każ ta’ emolumenti li jakkrexxu favur individwu u
li jitħallsu f’kull żmien wara mewtu lill-eredi tiegħu
jew lir-rappreżentant legali tiegħu, bhallikieku l-
individwu li jkun miet kien għadu ħaj u l-pagament
kien qed jitħallas lilu, minkejja kull obbligazzjoni li
tinkombi fuq il-pagatur taħt xi liġi oħra.
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jiddeċiedi 
kwistjonijiet.
13. (1) Meta l-payee jkollu raġun jobsor li t-tnaqqis magħmul
mill-pagatur mill-emolumenti tiegħu ma jkunx sar skond dawn ir-
regoli, huwa jista’ jressaq il-kwistjoni bil-miktub quddiem il-
Kummissarju li, kemm jista’ jkun malajr, għandu jiddeċiedi dwar
dik il-kwistjoni, jgħarraf lill-payee bid-deċiżjoni tiegħu u, meta
jkun meħtieġ, jordna xi tkun dik l-azzjoni li jkollha tittieħed skond
il-każ:
Iżda ebda ħaġa li tinsab f’din ir-regola m’għandha ttellef
id-drittijiet tal-payee taħt it-Taqsimiet V u VI ta’ l-Att wara li jiġi
notifikat bl-avviż ta’ stima skond l-artikolu 33(1) ta’ dak l-Att.
(2) Kull kwistjoni li tinġieb quddiem il-Kummissarju ma
tagħtix is-setgħa lill-pagatur li jibdel ir-rata ta’ tnaqqis ta’ taxxa
jew l-ammont ta’ taxxa li għandu jitnaqqas, qabel ma ssirlu ordni
dwar dan bil-miktub mill-Kummissarju.
(3) Dawk il-kwistjonijiet li jolqtu l-applikabbilità  jew
xort’oħra ta’ dawn ir-regoli dwar xi klassi ta’ income, għandhom
jiġu deċiżi mill-Kummissarju.
Il-Kummissarju 
jista’ jordna lill-
pagatur biex ma 
jagħmilx iktar 
tnaqqis.
14. (1) Meta l-Kummissarju jkun jidhirlu li d-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regoli ma jkunux ġew applikati sew jew li jkunu ġew
abbużati minn xi persuna huwa jista’, b’seħħ minnufih, jordna lill-
pagatur biex ma jagħmilx iktar tnaqqis kemm-il darba huwa ma
jagħtihx ordni xort’oħra bil-miktub.
(2) Azzjoni li tittieħed mill-Kummissarju skond is-subregola
(1) m’għandha b’ebda mod iżżomm lill-Kummissarju milli jimponi
xi taxxa addizzjonali preskritta taħt dawn ir-regoli jew milli jibda
proċedimenti dwar xi reat kontra l-Atti dwar it-Taxxi.
Rimessa lill-Kummissarju tat-tnaqqis li jsir mill-pagaturi
Rimessa tat-
tnaqqis ta’ kull 
xahar u avviż ta’ 
ħlas.
15. (1) Kull pagatur għandu, sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol
tax-xahar li jiġi minnufih wara dak ix-xahar li matulu jkun ħallas
emolumenti, jagħti lill-Kummissarju l-ammont totali ta’ taxxa
mnaqqsa jew li kellha titnaqqas minn dawk l-emolumenti skond
dawn ir-regoli.
(2) Ir-rimessa li hi dovuta li ssir lill-Kummissarju taħt is-
subregola (1) għandha tintbagħat mill-pagatur flimkien ma’ dak it-
tagħrif li jkun meħtieġ li jingħata fuq il-formola msemmija fir-
regola 20 li għandha timtela u tiġi ffirmata mill-pagatur.
(3) Jekk ir-rimessa meħtieġa li ssir skond is-subregola (1) ma
tasalx għand il-Kummissarju sad-data dovuta, jew inkella jekk l-
ammont imħallas ikun inqas minn dak li kien dovut li jitħallas, il-
Kummissarju għandu jiddeċiedi skond l-aħjar fehma tiegħu x’kellu
10 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
jkun l-ammont totali ta’ taxxa mnaqqsa li kellu jitħallas mill-
pagatur u jinnotifikah b’avviż ta’ nuqqas ta’ tħaris skond ir-regola
24 li bih jitolbu jħallas, b’żieda ma’ kull taxxa addizzjonali imposta
bl-istess avviż, l-ammont jew id-differenza, skond il-każ, f’dak iż-
żmien li jiġi hekk indikat f’dak l-avviż.
Irkupru minn 
ammonti mhux 
mnaqqsa iżda 
mħallsa.
16. Meta pagatur jonqos milli jnaqqas xi taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli minn emolumenti u
sussegwentement iħallas lill-Kummissarju dak l-ammont li kien
dovut li hekk jitnaqqas, huwa jista’ jirkupra dak l-ammont, u dak l-
ammont biss, b’mod approvat mill-Kummissarju, mingħand il-
payee li mill-emolumenti tiegħu dak l-ammont kien dovut li
jitnaqqas.
Taxxa żejda 
mnaqqsa u mħallsa 
mill-pagatur.
17. Meta l-pagatur ikun naqqas it-taxxa b’rata jew b’ammont
ogħla minn dak li jkun japplika taħt dawn ir-regoli u b’hekk tkun
tnaqqset taxxa żejda li tkun ġiet ukoll imħallsa lill-Kummissarju, u
l-pagatur isir jaf b’dak it-tnaqqis żejjed u l-ħlas żejjed, huwa
għandu minnufih jagħmel ħlas lill-payee minn flusu stess ta’
ammont li jkun daqs dak l-eċċess:
Iżda meta ċ-ċirkostanzi tal-każ ikunu jeħtieġu aġġustament,
u jkun sar ħlas lura lill-payee għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju,
il-pagatur ikollu jedd, ma’ l-ewwel ħlas li jmiss isir lill-
Kummissarju li jpaċi u jiġbor lura mill-ammont ta’ taxxa totali li
jkollha titħallas lill-Kummissarju, ammont li jkun daqs dak li jkun
tħallas lura lill-payee jew inkella li jagħmel talba għal rifużjoni ta’
dak l-ammont mingħand il-Kummissarju.
Notamenti li għandhom jinżammu u tagħrif li għandu jiġi preżentat 
minn pagaturi
Il-pagaturi 
għandhom iżommu 
notamenti.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
18. (1) Kull pagatur għandu f’kull waqt iżomm għar-rigward
ta’ kull payee notamenti aġġornati li jkunu juru dawn id-dettalji li
ġejjin u li jkunu jindikaw separatament it-totali ta’ kull xahar u
dawk kumulattivi, skond kif japplika, dwar dawk l-emolumenti li
dwarhom japplika xi wieħed mill-metodi ta’ tnaqqis ta’ taxxa
msemmija taħt ir-regola 6(1):
(a) isem u kunjom u indirizz;
(b) numru tal-karta ta’ l-identità  jew tar-reġistrazzjoni tat-
taxxa fuq l-income;
(ċ) data tal-ħlas;
(d) l-ammont gross imħallas, hekk li jkun hemm
distinzjoni bejn il-valur tal-benefiċċji u emolumenti
oħra, u t-taxxa relattiva mnaqqsa minnu;
(e) it-taxxa li ġiet imnaqqsa, jekk ikun il-każ, dwar l-
ammont ta’ taxxa dovuta, iżda li tkun għadha ma ġietx
imħallsa mill-payee, skond kif ordnat mill-
Kummissarju taħt ir-regola 10; u
(f) kull dettal jew tagħrif ieħor li l-Kummissarju jista’
jeħtieġ.
(2) In-notament dovut li jinżamm skond id-disposizzjonijiet
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 11
tas-subregola (1) għandu jibqa’ jinżamm u jiġi preservat kif stipulat
fl-artikolu 23(12) ta’ l-Att.
Il-pagaturi 
għandhom jagħtu 
tagħrif lill-payees.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
19. Kull darba li pagatur iħallas emolumenti huwa għandu
jagħti lill-payee li jkun qed jirċievi dawk l-emolumenti
dikjarazzjoni li tkun turi b’mod separat:
(a) l-ammont gross għal kull kategorija ta’ emolumenti,
hekk li jkun hemm distinzjoni bejn il-valur tal-
benefiċċji u emolumenti oħra;
(b) l-ammont ta’ taxxa li jikkorrispondi għal dak l-
ammont, jekk ikun il-każ, u li jkun tnaqqas minnu
skond ir-regola 6;
(ċ) l-ammont ta’ taxxa li ġie imnaqqas, jekk ikun il-każ,
dwar it-taxxa dovuta iżda li tkun għadha ma ġietx
imħallsa mill-payee, skond kif ordnat mill-
Kummissarju taħt ir-regola 10;
(d) kull dettal jew tagħrif ieħor li l-Kummissarju jista’
jeħtieġ.
Il-pagaturi 
għandhom 
jippreżentaw 
prospett ta’ kull 
xahar dwar 
ħlasijiet.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
20. Kull pagatur għandu jħejji u jippreżenta, fuq formola li tiġi
provduta jew approvata mill-Kummissarju, prospett ta’ kull xahar
dwar ħlasijiet (inkluż prospett nil) għall-għanijiet tar-regola 15(2)
li, minbarra d-dettalji dwar l-identità  tal-pagatur u l-isem u l-post
tan-negozju, għandu jkun fih ukoll dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-għadd ta’ payees li jkunu tħallsulhom emolumenti
matul ix-xahar ta’ qabel u, separatament, jiġi muri l-
għadd ta’ payees li jkunu qed jirċievu dawk l-
emolumenti msemmija taħt il-paragrafi (b) u (ċ);
Kap. 123.
(b) l-ammont gross ta’ emolumenti mħallsa lill-payees
dwar impjieg part-time li jkun jikkwalifika taħt l-
artikolu 90A ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(ċ) l-ammont gross imħallas lill-payees dwar emolumenti
li jitnisslu minn xi għajn oħra, hekk li jkun hemm
distinzjoni bejn il-valur tal-benefiċċji u emolumenti
oħra u li jkun juri subtotali għal kategoriji differenti
ta’ benefiċċju;
(d) l-ammont totali ta’ taxxa, jekk ikun il-każ, li ġie
mnaqqas dwar l-emolumenti msemmija taħt il-
paragrafu (b);
(e) l-ammont totali ta’ taxxa, jekk ikun il-każ, li ġie
mnaqqas dwar l-emolumenti msemmija taħt il-
paragrafu (ċ);
(f) l-ammont totali ta’ taxxa, jekk ikun il-każ, li ġie
mnaqqas dwar dwar it-taxxa dovuta iżda li tkun għada
ma ġietx imħallsa mill-payees, skond kif ordnat mill-
Kummissarju taħt ir-regola 10.
Il-pagaturi 
għandhom 
jippreżentaw 
dikjarazzjoni ta’ 
qligħ.
21. (1) Kull pagatur għandu, għar-rigward ta’ kull sena, iħejji
u jibgħat għall-għanijiet ta’ u bil-mod stipulat fis-subregola (2) u
fuq formola provduta jew approvata mill-Kummissarju,
Dikjarazzjoni ta’ Qligħ tal-Payee sħiħa u korretta f’erba’ kopji li
12 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
jiġu utilizzati kif ġej:
(a) id-dikjarazzjoni oriġinali li tkun tirreferi għal kull
payee għandha tintbagħat lill-Kummissarju flimkien
mar-Rikonċiljazzjoni ta’ Kull Sena dwar Ħlasijiet
mill-Pagatur li hi meħtieġa li tiġi preżentata skond ir-
regola 22;
(b) it-tieni u t-tielet kopji li jirreferu għas-sena 1998
għandhom jingħataw lill-payee sal-31 ta’ Jannar tas-
sena ta’ wara (kopja waħda tinżamm mill-payee u l-
kopja l-oħra tintbagħat mill-imsemmi payee lill-
Kummissarju flimkien mal-prospett meħtieġ li jiġi
preżentat taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 jew
11 ta’ l-Att) u bl-istess mod għal kull sena
sussegwenti:
Iżda meta l-kuntratt li taħtu jitħallsu l-
emolumenti jintemm qabel il-31 ta’ Diċembru ta’ xi
sena li tkun, dawk il-kopji għandhom jingħataw, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regola 28, lill-payee
jew, fil-każ tal-mewt tiegħu, lill-eredi jew lir-
rappreżentant legali tiegħu, fi żmien sebat ijiem mid-
data ta’ dak it-tmiem;
(ċ) ir-raba’ kopja għandha tinżamm mill-pagatur bħala
notament tiegħu.
(2) Id-dikjarazzjoni ta’ qligħ imsemmija fis-subregola (1)
għandu jkun fiha l-partikolaritajiet personali dwar l-identità  tal-
payee u kull tagħrif ieħor li jenħtieġ għall-għanijiet tat-taxxa fuq l-
income u għandhom juru, skond kif japplika, ammonti separati
dwar:
Kap. 123.
(a) l-ammont gross ta’ l-emolumenti mħallsa lill-payee
dwar impieg part-time li jkun jikkwalifika taħt l-
artikolu 90A ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(b) l-ammont gross imħallas lill-payee dwar emolumenti li
jitnisslu minn xi għajn oħra;
(ċ) it-taxxa li ġiet imnaqqsa, jekk ikun il-każ, dwar l-
emolumenti msemmija taħt il-paragrafu (a);
(d) it-taxxa li ġiet imnaqqsa, jekk ikun il-każ, dwar l-
emolumenti msemmija taħt il-paragrafu (b); u
(e) it-taxxa li ġiet imnaqqsa, jekk ikun il-każ, dwar l-
ammont ta’ taxxa dovuta iżda li tkun għadha ma ġietx
imħallsa mill-payee, skond kif ordnat mill-
Kummissarju taħt ir-regola 10.
(3) Meta payee ma jkunx ġie provdut mill-pagatur tiegħu
b’Dikjarazzjoni ta’ Qligħ tal-Payee skond is-subregoli (1) u (2),
huwa jista’ jġib din il-kwistjoni quddiem il-Kummissarju li
mbagħad jista’ jieħu azzjoni ta’ rimedju skond il-każ: madankollu,
dik l-omissjoni min-naħa tal-pagatur m’għandhiex teħles lill-payee
mill-obbligu tiegħu li jippreżenta l-prospett li hu meħtieġ li jiġi
preżentat taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 jew 11 ta’ l-Att.
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 13
Il-pagaturi 
għandhom jibagħtu 
r-rikonċiljazzjoni 
ta’ kull sena dwar 
ħlasijiet.
Emendat:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
22. (1) Kull payee għandu, sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena,
jippreżenta lill-Kummissarju, Rikonċiljazzjoni ta’ Kull Sena dwar
Ħlasijiet mill-Pagatur sħiħa u korretta li rispettivament tkun
tirreferi għas-sena ta’ qabel, flimkien ma’ Dikjarazzjoni ta’ Qligħ
tal-Payee li hi meħtieġa li tiġi preżentata dwar kull payee skond ma
hemm fir-regola 21(1)(a):
Iżda meta persuna ttemm milli twettaq il-funzjoni tagħha
bħala pagatur, hija għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-
regola 28, tippreżenta id-dikjarazzjoni sa l-aħħar ġurnata tax-
xogħol tax-xahar li jiġi wara dak ix-xahar li fih huwa jkun għamel
l-aħħar pagamenti ta’ emolumenti.
(2) Dik ir-rikonċiljazzjoni ta’ kull sena dwar ħlasijiet għandha
tiġi preżentata fuq formola provduta jew approvata mill-
Kummissarju u, minbarra d-dettalji li jirreferu għall-identità  tal-
pagatur u għall-isem u l-post tan-negozju, għandu jkun fiha wkoll
dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-għadd ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qligħ tal-payee maħruġ
mill-pagatur dwar is-sena ta’ qabel;
Kap. 123.
(b) l-ammont gross ta’ emolumenti mħallas lill-payees
dwar impjieg part-time li jikkwalifika taħt l-artikolu
90A ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(ċ) l-ammont gross imħallas lill-payees dwar emolumenti
li jitnisslu minn xi għajn oħra;
(d) l-ammont totali ta’ taxxa li ġie mnaqqas, jekk ikun il-
każ, dwar emolumenti msemmija taħt il-paragrafu (b);
(e) l-ammont totali ta’ taxxa li ġie mnaqqas, jekk ikun il-
każ, dwar emolumenti msemmija taħt il-paragrafu (ċ);
(f) l-ammont totali ta’ taxxa li ġie mnaqqas, jekk ikun il-
każ, dwar it-taxxa dovuta iżda li tkun għadha ma ġietx
imħallsa mill-payees, skond kif ordnat mill-
Kummissarju taħt ir-regola 10.
Preżentazzjoni ta’ 
prospetti jew 
dikjarazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 128 ta’ l-
1999.
23. (1) Il-Kummissarju jista’ jitlob, f’kull waqt, li jiġu
preżentati iktar prospetti jew dikjarazzjonijiet għall-għanijiet ta’
dawn ir-regoli dwar kull perijodu jew perijodi speċifiċi u jista’,
iktar minn hekk, jordna lill-pagatur biex jipprovdi, b’mod
elettroniku u f’għamla approvata mill-Kummissarju, kull tagħrif li
jkun meħtieġ li jintbagħat taħt dawn ir-regoli b’żjieda ma’ jew
minflok il-ħtieġa li jippreżenta dak it-tagħrif fuq il-formula idonea
jew dikjarazzjoni oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli:
Iżda meta tagħrif bħal dak ikun meħtieġ li jingħata b’mod
elettroniku minflok ma jiġi ppreżentat fuq formula jew
dikjarazzjoni oħra, kif imsemmi hawn aktar qabel, il-pagatur
għandu jawtentika dak it-tagħrif b’dak il-mod li l-Kummissarju jqis
li jkun xieraq.
(2) Il-Kummissarju jista’ jeżenta lil kull persuna jew klassi ta’
persuni milli jikkonformaw ma’ xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regoli
dwar il-preżentata ta’ prospetti jew dikjarazzjonijiet. Kull
eżenzjoni bhal dik tista’, f’kull waqt, tiġi revokata mill-
Kummissarju.
14 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
Kif tiġi imposta Taxxa Addizzjonali FSS u Proċedura ta’ 
Kontestazzjoni
Kif tiġi imposta 
taxxa addizzjonali 
FSS u d-dritt tal-
pagatur li 
jikkontesta.
Kap. 123.
24. (1) Meta pagatur jonqos li jħares xi disposizzjoni ta’ dawn
ir-regoli kif indikat fl-Iskeda Ċ, il-Kummissarju jista’, mingħajr
preġudizzju għal kull azzjoni oħra li għandu s-setgħa jieħu taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jimponi fuq
dak il-pagatur dik it-taxxa addizzjonali FSS rispettiva li hemm
preskritta fl-Iskeda msemmija, javża lill-pagatur permezz ta’ avviż
ta’ nuqqas ta’ tħaris dwar l-ammont ta’ dik it-taxxa addizzjonali u
r-raġuni għaliex tkun qegħda tiġi imposta u jitlob lilu jew lir-
rappreżentant tiegħu li jsewwi n-nuqqas u jħallas dik it-taxxa fi
żmien għaxart ijiem mid-data meta jkun ġie lilu notifikat dak l-
avviż skond is-subregola (2).
(2) L-avviż imsemmi fis-subregola (1) jista’ jiġi notifikat lil
pagatur sew personalment sew billi jintbagħat permezz ta’ posta
reġistrata fil-post ta’ abitazzjoni jew ta’ negozju tiegħu tas-soltu, u
għandu jgħarrfu bid-drittijiet tiegħu taħt id-disposizzjonijiet tas-
subregola (3).
(3) Jekk pagatur iħoss ruħu aggravat b’avviż ta’ nuqqas ta’
tħaris li jkun ġie lilu notifikat taħt is-subregola (1), huwa jista’
japplika quddiem il-Kummissarju permezz ta’ ittra ta’
kontestazzjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data meta l-avviż ta’
nuqqas ta’ tħaris jkun ġie lilu notifikat mill-Kummissarju skond is-
subregola (2).
(4) Meta l-Kummissarju jiċħad il-kontestazzjoni preżentata
mill-pagatur kontra avviż ta’ nuqqas ta’ tħaris jew meta l-pagatur
ma jkunx ikkontesta dak l-avviż kif provdut fis-subregola (3), il-
Kummissarju għandu jgħarraf lill-pagatur skond hekk u
jinnotifikah b’avviż ta’ talba għal ħlas li fih javżah li jekk huwa ma
jikkontestax dan l-aħħar avviż f’Qorti tal-Ġustizzja fi żmien
ħmistax-il ġurnata mid-data tan-notifika tiegħu dan jikkostitwixxi
titolu eżekuttiv skond l-artikolu 40(1)(b) ta’ l-Att.
(5) Meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li n-nuqqas li dwaru
tkun ġiet imposta t-taxxa addizzjonali FSS taħt is-subregola (1) ma
kienx dovut minħabba xi ħtija jew negliġenza min-naħa tal-pagatur,
huwa għandu jaħfer dik it-taxxa addizzjonali kollha kemm hi u,
f’kull każ ieħor, huwa jista’ jaħfer dik il-parti mit-taxxa jew dik it-
taxxa kollha kemm hi skond kif jidhirlu xieraq u, f’kull każ huwa
għandu jgħarraf lill-pagatur skond hekk.
(6) Il-ħlas 1i jsir minn pagatur ta’ xi ammont ta’ taxxa
addizzjonali FSS imposta taħt is-subregola (1) m’għandu b’ebda
mod jeżonera lil dak il-pagatur milli jħallas xi ammont li jkun
għadu dovut lill-Kummissarju jew milli jippreżenta xi
dokumentazzjoni li tkun meħtieġa, skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regoli.
(7) Meta, minkejja xi azzjoni meħuda mill-Kummissarju taħt
din ir-regola, it-taxxa addizzjonali FSS tibqa’ mhux imħallsa jew
in-nuqqas li dwaru dik it-taxxa addizzjonali tkun ġiet imposta
ikompli jissussisti, skond il-każ, il-Kummissarju jista’ jinnotifika
avviżi ulterjuri ta’ nuqqas ta’ tħaris skond din ir-regola lill-
imsemmi pagatur u jimponi ma’ kull avviż suċċessiv id-doppju ta’
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 15
l-ammont ta’ dik it-taxxa addizzjonali li tkun applikabbli skond l-
Iskeda Ċ suġġett għal ammont li mhux ogħla minn dak li hemm
provdut dwaru taħt l-artikolu 23(5) ta’ l-Att għar-rigward ta’ kull
nuqqas ta’ tħaris partikolari:
Iżda kull avviż ulterjuri bħal dak għandu jwarrab u jidħol
minflok l-avviż ta’ qabel li jkun ġie notifikat lill-pagatur għall-
istess nuqqas b’dan li għandu jitqies kull pagament li jkun sar dwar
l-avviż ta’ qabel.
Ġbir, Tpaċija u Rifużjoni
Ġbir mill-
Kummissarju ta’ 
taxxa li għandha 
titnaqqas mill-
pagaturi.
25. (1) Kull ammont ta’ taxxa li jkun tnaqqas jew li kellu
jitnaqqas minn pagatur taħt dawn ir-regoli matul xi xahar ikun
debitu dovut lill-Gvern sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol tax-xahar li
jiġi wara dak li fih it-tnaqqis ikun sar jew kellu jsir, u għandu
jinġabar bħala hekk.
(2) Mingħajr ebda preġudizzju għal kull setgħa oħra mogħtija
lilu, il-Kummissarju jista’ jħarrek lil pagatur f’Qorti ta’
ġurisdizzjoni kompetenti bl-ispejjeż tal-kawża għall-ġbir ta’ kull
taxxa mnaqqsa jew li kellha tiġi mnaqqsa minn pagatur taħt dawn
ir-regoli u li ma tkunx ntbagħtet lill-Kummissarju fiż-żmien
preskritt.
Taxxa mnaqqsa 
titpatta mat-taxxa 
dovuta mill-
payees.
26. Kull tnaqqis magħmul skond ir-regola 6 u li jkun ntbagħat
lill-Kummissarju, għandu, meta l-income relattiv ikun ġie dikjarat
għall-għanijiet tat-taxxa, jitpatta għall-fini ta’ ġbir mat-taxxa
mwaħħla dwar is-sena ta’ stima li tiġi minnufih wara dik li matulha
t-tnaqqis ikun sar:
Iżda meta t-tnaqqis li jkun ser jitpatta kif imsemmi qabel
ikun iżjed mit-taxxa mwaħħla għall-imsemmija sena ta’ stima, kif
imnaqqsa b’xi pagamenti oħra magħmula dwarha, dak l-eċċess
għandu jitpatta ma’ kull ammont li għadu ma tħallasx għal xi sena
ta’ stima oħra, u kull eċċess li jibqa’ għandu jitħallas lura.
Talba għal ħlas 
lura ta’ taxxa 
żejda.
27. (1) Payee ikollu jedd jagħmel talba għal ħlas lura ta’ taxxa
li tkun tnaqqset minn pagaturi mill-emolumenti tiegħu u tħallset
lill-Kummissarju taħt dawn ir-regoli f’ammont li jkun iżjed minn
dak li hu kellu jħallas.
(2) Bla ħsara għar-regola 26, kull talba għal ħlas lura taħt din
ir-regola għandha tiġi regolata bl-artikolu 48 ta’ l-Att.
Mixxellanji
Pagaturi li jmutu.
dawn ir-regoli għandha ssir mill-werrieta tiegħu, mir-
rappreżentanti legali jew mis-suċċessuri tiegħu, jew, f’każ ta’
pagatur li jkun ħallas emolumenti f’isem xi persuna oħra, mill-
persuna li tiġi minfloku, jew, jekk ebda persuna ma tiġi minfloku,
mill-persuna li f’isimha jkun ħallas emolumenti.
Responsabbiltà  in 
solidum.
29. Meta żewġ persuni jew aktar jitqiesu li flimkien huma l-
pagatur dwar xi payee għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli, l-obbligi, id-
dmirijiet u r-responsabbiltajiet imposti fuq pagaturi b’dawn ir-
regoli għandhom jitqiesu li ġew imposti fuqhom solidalment.
16 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
L-uffiċjali 
prinċipali huma 
personalment 
responsabbli.
30. Il-manager, uffiċjal prinċipali ieħor jew stralċjarju ta’ xi
korp ta’ persuni ikun personalment responsabbli għal kull ħaġa li
tkun meħtieġa li ssir taħt dawn ir-regoli minn jew f’isem dak il-
korp ta’ persuni.
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jispezzjona 
notamenti.
31. Kull pagatur, meta jkun mitlub li hekk jagħmel mill-
Kummissarju jew minn xi persuna minnu awtorizzata bil-miktub,
għandu jipproduċi għal spezzjon kull dokument jew notament li
huwa jkun meħtieġ li jżomm għall-għanijiet ta’ dawn ir-regoli u,
meta jkun meħtieġ, jipprovdi kopji ta’ dak id-dokument jew
notament.
Ħlas f’isem 
persuna oħra.
32. Meta pagatur iħallas emolumenti f’isem persuna oħra din
ta’ l-ahħar għandha tagħti lill-pagatur l-informazzjoni kollha
meħtieġa sabiex il-pagatur ikun jista’ b’kull mod iħares id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att u ta’ dawn ir-regoli.
Emolumenti bla 
taxxa.
33. (1) Meta xi ammont jitħallas mill-pagatur lil jew għall-
benefiċċju ta’ payee dwar xi taxxa li l-payee jkollu jħallas, l-
emolumenti grossi li minnhom għandha titnaqqas it-taxxa skond
dawn ir-regoli għandhom jitqiesu li jkunu ekwivalenti għall-
aggregat tas-somma netta riċevuta mill-payee u l-ammont ta’ taxxa
hekk imħallas mill-pagatur.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola għandhom ukoll
japplikaw f’każijiet meta l-pagatur jibgħat taxxa lill-Kummissarju
li kellha titnaqqas mill-emolumenti mħallsa minnu iżda li ma
tnaqqsitx, u li wara ma tinġabarx mill-pagatur mingħand il-payee.
Pagamenti ta’ l-
aħħar.
34. Meta xi ħlas ta’ emolumenti lil payee jirrappreżenta u
jinkludi ammonti li għandhom jitħallsu meta jispiċċa kuntratt li
jġib miegħu l-ħlas ta’ emolumenti, l-ammont li għandu hekk
jitħallas ikun suġġett għal tnaqqis ta’ taxxa skond ir-regola 6 u/jew
ir-regola 10 u d-disposizzjonijiet tar-regola 11 m’għandhiex tkun
tapplika.
Indennizz ta’ 
pagatur.
35. Kull pagatur huwa hawnhekk indennizzat kontra kull
persuna tkun liema tkun għat-tnaqqis u l-ħlasijiet kollha li hu
jagħmel skond u bis-saħħa ta’ dawn ir-regoli.
Ċerti arranġamenti 
jkunu nulli u bla 
effett.
36. Ħlief arranġamenti bħal dawk li għalihom hemm provdut
fir-regola 33, kull arranġament li bih pagatur jintrabat li ma
jnaqqasx taxxa kif meħtieġ b’dawn ir-regoli minn xi parti jew mill-
emolumenti kollha mħallsa lil payee jkun null u bla effett.
Formoli msemmija 
f’dawn ir-regoli.
37. Għandu jingħata bla ħlas għadd biżżejjed tal-formoli
msemmija f’dawn ir-regoli mill-Kummissarju lil kull pagatur li
jitlobhom. Ebda prospett, dikjarazzjoni, ċertifikat jew
informazzjoni oħra li għandha tingħata skond dawn ir-regoli
m’għandha titqies li ntbagħtet kemm-il darba ma ssirx fuq il-
formola mogħtija jew approvata mill-Kummissarju.
Disposizzjoni 
transitorja dwar 
benefiċċji minn 
impieg jew kariga 
mogħtija bejn 
Jannar u Ottubru 
ta’ l-2001.
Miżjud:
A.L. 297 ta’ l-
2001.
38. Għall-fini ta’ kull dikjarazzjoni li għandha tingħata lill-
payee u kull formola li għandha tintbagħat lill-Kummissarju, u
għall-fini li tinħadem kull taxxa li għandha titnaqqas mill-
emolumenti, l-emolumenti li jitħallsu lil payee għax-xahar ta’
Ottubru, 2001 għandhom jitqiesu li jinkludu t-total tal-valur tal-
benefiċċji minn impieg jew kariga lilu mogħtija matul l-2001 sa l-
aħħar ta’ dak ix-xahar sakemm dak il-valur ma jkunx ġie inkluż fi,
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 17
u ma tkunx tnaqqset it-taxxa relattiva minn, emolumenti li jkunu
tħallsu f’xi xahar li jaħbat qabel.
18 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
Sostitwita:
A.L. 297 ta’ l-2001. SKEDA A(Regola 3)
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 19
METODU TA’ TNAQQIS TA’ TAXXA DWAR EMOLUMENTI PRINĊIPALI FSS
TAQSIMA I
FORMOLA TA’ TNAQQIS TA’ TAXXA KUMULATTIV DWAR EMOLUMENTI 
PRINĊIPALI FSS
(Regola 7(2)(a))
(Il-Formola ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa Kumulattiv dwar Emolumenti Prinċipali FSS 
għandha tintuża mill-pagaturi kollha li jkollhom għaxar full-time payees jew iktar 
fuq il-lista tal-pagi tagħhom.)
It-tnaqqis ta’ taxxa xieraq li għandu jsir skond il-Formola ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa
Kumulattiv dwar Emolumenti Prinċipali FSS minn emolumenti mħallsa lil payee fi
kwalunkwe żmien ta’ ħlas jiġi stabbilit billi jinħadmu, dwar kull pagament li jsir,
dawn l-erba’ stadji li ġejjin:
STADJU 1 - Emolumenti Annwali Proġettati (A)
L-ammont ta’ Emolumenti "Prinċipali" Totali għas-sena kalendarja sa u li tinkludi
l-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas (E) jiġi diviż bin-Numru tal-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas
(Ċ) u moltiplikat bin-Numru ta’ Perijodi ta’ Ħlas fis-Sena (N).
A = (E/Ċ) N
STADJU 2 - Taxxa Annwali Dovuta Proġettata (P)
L-ammont dovut mill-payee tat-Taxxa Annwali Dowta Proġettata (P) jinħadem
fuq il-bazi ta’ l-Emolumenti Annwali Proġettati miksuba fi Stadju 1. Ir-rati ta’ taxxa
murija fl-artikolu 56(1)(a) jew (b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jiġu applikati
skond l-istatus ta’ taxxa tal-payee indikat fil-formola ta’ Dikjarazzjoni dwar l-Istatus
tal-Payee.
STADJU 3 - Total tat-Taxxa Dovuta sa u inkluż il-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas (D)
L-ammont ta’ Taxxa Annwali Dovuta Proġettata (P) maħdum fi Stadju 2 jiġi diviż
bin-Numru ta’ Perijodi ta’ Ħlas fis-Sena (N) u moltiplikat bin-Numru tal-Perijodu
Korrenti ta’ Ħlas (Ċ).
D = (P/N) Ċ
STADJU 4 - Ammont ta’ Taxxa Dovuta li għandu jitnaqqas għall-Perijodu
Korrenti ta’ Ħlas (L)
Mit-Total tat-Taxxa Dovuta sa u inkluż il-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas (D) maħdum
fi Stadju 3 jiġi mnaqqas it-Total tat-Taxxa Mnaqqsa sa tmiem il-Perijodu Preċedenti
ta’ Ħlas (X).
SKEDA B Emendata:A.L. 297 ta’ l-2001.
(Regola 6)
Emolumenti Emolumenti 'Prinċipali' Totali
Annwali
=
sa u inkluż il-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas
moltiplikat bin-
Numru ta’
Perijodi ta’
Ħlas fis-SenaProġettati Numru tal-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas
Total tat-Taxxa
Dovuta sa u = Taxxa Annwali Dovuta Proġettata
moltiplikat bin-
Numru ta’
Perijodi
ta’ Ħlas
inkluż il-Perijodu Numru tal-Perijodu ta’ Ħlas fis-Sena
Korrenti ta’ Ħlas
20 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
L = D - X
Nota: Meta f’dan l-istadju l-ammont ta’ Taxxa Dovuta li għandu jitnaqqas għall-
Perijodu Korrenti ta’ Ħlas (L) ikun figura negattiva, ma għandu jsir ebda tnaqqis ta’
taxxa għal dan il-perijodu. F’kull każ ieħor, l-ammont ta’ tnaqqis ta’ taxxa ma
għandux jeċċedi l-ħamsin fil-mija ta’ dik il-parti ta’ l-emolumenti grossi għall-
perijodu li jitħallsu bi flus.
TAQSIMA II
TABELLI TA’ TNAQQIS TA’ TAXXA DWAR EMOLUMENTI PRINĊIPALI FSS
(Regola 7(2)(b))
(It-Tabelli ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti Prinċipali FSS jistgħu jiġu biss
applikati minn pagaturi li jkollhom inqas minn għaxar full-time payees fuq il-lista
tal-pagi tagħhom u sakemm dawk il-pagaturi ma jkunux qegħdin fl-istess ħin
japplikaw il-Formola ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa Kumulattiv dwar Emolumenti Prinċipali
FSS dwar xi perijodu ta’ ħlas matul is-sena.)
It-tnaqqis ta’ taxxa taħt it-Tabelli ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti
Prinċipali FSS għandu jitħaddem kif ġej:
1. Kalkolu Perjodiku
L-ammont ta’ taxxa li għandu jitnaqqas mill-emolumenti ‘Prinċipali’ li jitħallsu lil
payee għal kull perijodu ta’ ħlas jiġi kalkolat billi tiġi applikata t-tabella ta’ taxxa
xierqa li hemm fit-Tabelli ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa dwar Emolumenti Prinċipali.
Il-pagatur għandu jqabbel l-ammont ta’ emolumenti ‘Prinċipali’ li jitħallsu għall-
perijodu ta’ ħlas ma’ l-ammont korrispondenti ta’ tnaqqis ta’ taxxa indikat fit-
Tabella ta’ Tnaqqis ta’ Taxxa relevanti wara li jkun qies:
(i) it-Tax Status tal-payee (i.e. "Ġuvni/Xebba" jew "Miżżewweġ/
Miżżewġa") kif indikat fil-formola tad-Dikjarazzjoni dwar l-
Istatus tal-Payee (FS4); u
(ii) it-tul tal-perijodu ta’ ħlas (i.e. "Kull Ġimgħa", "Kull Ħmistax",
"Kull Erba’ Ġimgħat" jew "Kull Xahar").
 2. Aġġustament ta’ Tmiem is-Sena
B’żieda mal-kalkolu perjodiku stabbilit taħt il-partita 1 ta’ hawn aktar qabel
Aġġustament ta’ Tmiem is-Sena ħuwa normalment meħtieġ li jsir fil-perijodu ta’
ħlas finali tas-sena. Dan l-aġġustament jista’ jsir biss meta l-pagatur ikollu t-tagħrif
sħiħ biex jista’ jikkalkolah. Dan it-tagħrif soltu jinkiseb mir-records tal-pagatur
innifsu dwar il-payee, iżda, meta l-payee jkun irċieva emolumenti "Prinċipali"
mingħand pagaturi preċedenti matul l-istess sena, dak it-tagħrif ikun sħiħ biss jekk
il-payee jipproduċi d-Dikjarazzjonijiet ta’ Qligħ relattivi (formoli FS3).
L-Aġġustament ta’ Tmiem is-Sena (i.e. l-ammont ta’ Taxxa Dovuta li għandu
jitnaqqas għall-Perijodu Korrenti ta’ Ħlas (L) jiġi stabbilit billi jinħadmu dawn iż-
żewġ stadji li ġejjin:
STADJU 1 - Taxxa Annwali Dovuta Proġettata (P)
L-ammont dovut mill-payee tat-Taxxa Annwali Dovuta Proġettata (P) jinħadem
fuq il-bażi tat-Total ta’ Emolumenti 'Prinċipali' għas-sena kalendarja sa u li tinkludi
il-Perijodu Kurrenti ta’ Ħlas (E). Ir-rati ta’ taxxa murija fl-artikolu 56(1)(a) jew (b)
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jiġu applikati skond it-tax status tal-payee
indikat fil-formola ta’ Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-Payee.
FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS) ġ L.S.372.14 21
STADJU 2 - Ammont ta’ Taxxa Dovuta li għandu jitnaqqas għall-Perijodu
Korrenti (L)
Mill-ammont tat-Taxxa Annwali Dovuta Proġettata (P) maħdum fi Stadju 1
jitnaqqas it-Total tat-Taxxa Mnaqqsa sa tmiem il-Perijodu Preċedenti ta’ Ħlas (X).
L = P - X
Nota: Meta f’dan l-istadju l-ammont ta’ Taxxa Dovuta li għandu jitnaqqas għal-
Perijodu Korrenti ta’ Ħlas (L) (i.e. it-tnaqqis ta’ taxxa għall-aħħar perijodu ta’
ħlas) ikun figura negattiva, ma għandu jsir ebda tnaqqis ta’ taxxa għall-aħħar
perijodu ta’ ħlas tas-sena. F’kull każ ieħor, l-ammont ta’ tnaqqis ta’ taxxa ma
għandux jeċċedi l-ħamsin fil-mija ta’ dik il-parti ta’ l-emolumenti grossi għall-
perijodu li jitħallsu bi flus kontanti.
TABELLI TA’ TNAQQIS TA’ TAXXA DWAR EMOLUMENTI PRINĊIPALI
FSS
It-Tabelli ta' Tnaqqis ta’ Taxxa Dwar Emolumenti Prinċipali FSS li japplikaw
skond din it-Taqsima ta’ l-Iskeda għandhom ikunu dawk it-tabelli li l-Kummissarju
jista’, għall-għanijiet ta’ dawn ir-regoli, jordna li jkunu japplikaw għas-sena ta’
stima rispettiva permezz ta’ avviż lill-pagatur jew ċirkolari lill-pagaturi jew
f’pubblikazzjoni uffiċjali jew fil-website uffiċjali tal-Gvern ta’ Malta.
TAXXA ADDIZZJONALI FSS
SKEDA Ċ Emendata:A.L. 297 ta’ l-2001.
(Regola 24)
NUQQAS IMPOŻIZZJONI TA’
TAXXA ADDIZZJONALI FSS
(Suġġetta għal massimu ta’ Lm200 
għal kull nuqqas skond l-artikolu 
23 ta’ l-Att)
REFERENZA 
GĦAR-
REGOLA 
TAL-FSS
1. FORMOLA TAD-DIKJARAZZJONI
DWAR L-ISTATUS TAL-PAYEE
Il-pagatur jonqos milli jippreżenta
lill-Kummissarju l-formola preskritta
tad-Dikjarazzjoni dwar l-Istatus tal-
Payee, dwar kull wieħed mill-payees
tiegħu, bil-mod u fiż-żmien provdut
dwarhom fir-regola 3(3) u (4) ta’
dawn ir-regoli.
Lml għal kull formola li ma tiġix
preżentata kif meħtieġ
JEW
l-ammont ta’ Lm10, kull meta l-
għadd ta’ nuqqasijiet bħal dak
f’xahar wieħed ma jkunx jeċċedi
għaxra.
Regola 3
2. REĠISTRAZZJONI TAL-PAGATUR
Il-pagatur jonqos milli jirreġistra
bħala pagatur FSS kif provdut taħt ir-
regola 4 u, meta jkun japplika, milli
jerġa’ jirreġistra ruħu skond ir-regola
5(6) ta’ dawn ir-regoli.
Lm50 għan-nuqqas li jirreġistra
jew li jerġa’ jirreġistra bħala
pagatur, skond il-każ.
Regola 4 u
Regola 5(6)
22 L.S.372.14 ħ FINAL SETTLEMENT SYSTEM (FSS)
3. AVVIŻ TA’ ĦLAS TA’ KULL
XAHAR
Il-pagatur jonqos milli jagħti lill-
Kummissarju avviż ta’ ħlas ta’ kull
xahar (inkluż prospett nil) kif meħtieġ
taħt ir-regola 15(2) u bil-mod provdut
taħt ir-regola 20 ta’ dawn ir-regoli.
Lm10 għal kull xahar, jew parti
minnu, li matulu l-formola xierqa
ma tkunx ingħatat lill-
Kummissarju kif meħtieġ.
Regola 15(2)
u Regola 20
4. RIKONĊILJAZZJONI TA’ KULL 
SENA DWAR ĦLASIJIET MILL-
PAGATUR
Il-pagatur jonqos milli jippreżenta
lill-Kummissarju, Rikonċiljazjoni Ta’
Kull Sena dwar Ħlasijiet mill-Pagatur
flimkien ma’ l-oriġinal ta’ kull
Dikjarazzjoni ta’ Qligħ tal-Payee kif
meħtieġ taħt ir-regola 22 ta’ dawn ir-
regoli.
1% fix-xahar, jew parti minnu,
għal dak iż-żmien li matulu
jkompli n-nuqqas maħdum fuq l-
ammont totali ta’ taxxa li għandha
titnaqqas għal dik is-sena
JEW
Lm20, skond liema jkun l-aktar
għoli.
Regola 22
5. TNAQQIS TA’ TAXXA U RIMESSA
TA’ TAXXA
Il-pagatur jonqos milli jagħti lill-
Kummissarju, kif provdut fir-Regola
15 ta’ dawn ir-regoli, l-ammont totali
ta’ taxxa imnaqqsa ta’ kull xahar
skond ir-regoli 6 u 10 ta’ dawn ir-
regoli, jew li kellha hekk titnaqqas
minn pagamenti ta’ emolumenti
minnu magħmula.
1% fix-xahar, jew parti minnu,
għaż-żmien li fih l-ammont ta’
taxxa jitħallas tard jew jibqa’ ma
jithallasx, maħdum fuq l-ammont
totali ta’ kull xahar li għandu
jintbagħat skond ir-regola 15(1)
ta’ dawn ir-regoli jew fuq l-
ammont stabbilit mill-
Kummissarju skond il-paragrafu
(3) ta’ dik ir-regola, skond il-każ,
JEW
Lm5, skond liema jkun l-aktar
għoli.
Regola 6,
Regola 10 u
Regola 15
BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
Il-Pagatur jonqos milli jinkludi jew li
jinkludi sew il-valur ta’ benefiċċju
minn kariga jew impieg
f’Dikjarazzjoni ta’ Qligħ tal-Payee
kif meħtieġ skond ir-regola 21(1)(b).
Lm200 jew ammont daqs il-valur
tal-benefiċċju relattiv, skond liema
jkun l-inqas, għal kull benefiċċju
separat li l-valur tiegħu ma jkunx
ġie inkluż jew inkluż sew (u għal
dan il-għan benefiċċji minn kariga
jew impieg għandhom jitqiesu li
jkunu separati jekk dawn
jingħataw lil benefiċjarji differenti
jew jekk ikunu jaqgħu taħt
disposizzjonijiet differenti tar-
Regoli dwar Benefiċċji minn
Impieg jew Kariga).
Regola
21(1)(b)
NUQQAS IMPOŻIZZJONI TA’
TAXXA ADDIZZJONALI FSS
(Suġġetta għal massimu ta’ Lm200 
għal kull nuqqas skond l-artikolu 
23 ta’ l-Att)
REFERENZA 
GĦAR-
REGOLA 
TAL-FSS
