EŻENZJONI MINN PROSPETT TA’ TAXXA FUQ L-INCOME ġ L.S.372.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.15
ORDNI DWAR EŻENZJONI MINN PROSPETT TA’ 
TAXXA FUQ L-INCOME
7 ta’ Mejju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 75 ta’ l-1999.
Titolu.
Prospett ta’ Taxxa fuq l-Income.
L-Att dwar l-
Amministrazzjoni 
tat-Taxxa ma 
japplikax.
Kap. 372.
2. Dawk l-individwi li għalihom japplika dan l-Ordni
għandhom, għas-sena ta’ stima 1999, ikunu eżenti mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10 u 11 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, bla ħsara għall-patti u l-
kondizzjonijiet ta’ dan l-Ordni.
Applikabilità  ta’ l-
Ordni.
3. Dan l-Ordni japplika għal:
Kap. 123.
(a) individwu li jkun residenti f’Malta li l-income tiegħu
matul l-1998 (eskluż kull income li dak l-individwu
jkollu għażla li jikxef jew li ma jikxifx skond xi
disposizzjoni ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income) ma
kien jinkludi ebda income imsemmi fl-artikolu 4(1)(a)
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u ma kienx
jeċċedi l-ammont li għalih tapplika rata nil ta’ taxxa
skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikolu 56(1)
ta’ dak l-Att;
Kap. 123.
L.S. 372.14
(b) individwu li jkun residenti f’Malta li l-income tiegħu
matul l-1998 (eskluż kull income li dak l-individwu
jkollu għażla li jikxef jew li ma jikxifx skond xi
disposizzjoni ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income)
kien jikkonsisti unikament f’income li kien suġġett
għal tnaqqis minn ras il-għajn, inkluż income suġġett
għal rata nil ta’ tnaqqis, skond ir-Regoli dwar Final
Settlement System (FSS) u għalkollox rappurtat
f’dikjarazzjoni jew f’dikjarazzjonijiet ta’ qligħ
imħejjija skond dawk ir-Regoli u miżmum fil-pussess
tiegħu:
Iżda dan l-Ordni m’għandux japplika għal xi individwu li
ma jibgħatx lill-Kummissarju sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-
15 ta’ Ġunju, 1999 dikjarazzjoni ffirmata fuq il-formula murija fl-
Iskeda.
Individwu 
miżżewweġ li jkun 
qed jgħix mal-
konjuġi rispettiv.
4. Għar-rigward ta’ individwu miżżewweġ li jkun qed jgħix
mal-konjuġi rispettiv kull riferenza f’dan l-Ordni għal individwu
għandha tiftiehem bħala riferenza għall-konjuġi responsabbli u kull
riferenza għall-income ta’ individwu għandha tiftiehem bħala
riferenza għall-income taż-żewġ konjuġi.
Kalkolu separat.
Kap. 123.
5. Meta persuna li għaliha japplika dan l-Ordni tkun eliġibbli
li tagħmel għażla ta’ kalkolu separat taħt l-artikolu 50 ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, dik il-persuna tkun eżenti, għar-
rigward tas-sena ta’ stima 1999, mill-ħtieġa li tagħmel dik l-għażla
2 L.S.372.15 ħ EŻENZJONI MINN PROSPETT TA’ TAXXA FUQ L-INCOME
bil-miktub u għandha titqies bħala li tkun għamlet l-għażla l-iktar
vantaġġuża taħt dak l-artikolu skond iċ-ċirkostanzi partikolari
tagħha.
Income. 6. Kull income li persuna li għaliha japplika dan l-Ordni
kienet tkun meħtieġa li ssemmi f’dikjarazzjoni ta’ taxxa li kieku ma
kienx għal dan l-Ordni għandu jkun parti mill-income totali tagħha.
Taxxa imposta.
Kap. 372.
7. Ebda ħaġa f’dan l-Ordni m’għandha tiftiehem bħala li
tolqot it-taxxa imposta fuq l-income totali ta’ xi individwu li għalih
japplika dan l-Ordni jew l-obbligui li huwa għandu li jżomm jew li
jibgħat prospetti, dokumenti jew informazzjoni taħt xi
disposizzjoni ta’ l-Atti dwar it-Taxxi minbarra d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikoli 10 u 11 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
EŻENZJONI MINN PROSPETT TA’ TAXXA FUQ L-INCOME ġ L.S.372.15 3
SKEDA
