DATI STATUTORJI ġ L.S.372.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.16
REGOLAMENTI DWAR DATI STATUTORJI
27 ta’ Lulju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-1999.
Titolu.
Statutorji.
Data tal-prospett 
ta’ taxxa.
Kap. 372.
2. Id-data sa meta prospett ta’ l-income hu meħtieġ li
jintbagħat skond l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att", ("data tal-
prospett ta’ taxxa") għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) dwar prospett ta’ l-income li jirrigwarda xi sena ta’
stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 1999, id-data tal-
prospett ta’ taxxa hija t-tletin ta’ Ġunju tas-sena ta’
stima relattiva;
(b) dwar prospett ta’ l-income li jirrigwarda s-sena ta’
stima 1999 -
Kap. 123.
(i) fil-każ ta’ persuna li għaliha japplika l-artikolu
11(2) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, id-
data tal-prospett ta’ taxxa hija t-tletin ta’
Settembru, 1999; u
(ii) f’kull każ ieħor, id-data tal-prospett ta’ taxxa
hija l-wieħed u tletin ta’ Awissu, 1999; u
(ċ) dwar prospett ta’ l-income li jirrigwarda s-sena ta’
stima 2000 jew xi sena ta’ stima li tiġi wara -
Kap. 123.
(i) fil-każ ta’ persuna li għaliha japplika l-artikolu
11(2) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, id-
data tal-prospett ta’ taxxa hija l-aħħar jum tad-
disa’ xahar li jiġi wara dak li fih ikunu jagħlqu l-
kontijiet għall-perijodu finanzjarju relattiv jew
il-wieħed u tletin ta’ Marzu tas-sena ta’ stima
relattiva, skond liema jiġi l-iktar tard; u
(ii) f’kull każ ieħor, id-data tal-prospett ta’ taxxa
hija t-tletin ta’ Ġunju tas-sena ta’ stima relattiva.
Meta persuna ma 
tirċevix avviż.
3. Meta persuna suġġetta għat-taxxa ma tkunx irċeviet l-avviż
imsemmi fl-artikolu 10(1) ta’ l-Att għar-rigward ta’ xi sena ta’
stima li dwarha huwa jkun ħekk suġġett għat-taxxa sa l-ewwel jum
tax-xahar li jiġi qabel dak li matulu taħbat id-data tal-prospett ta’
taxxa relattiva skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 10 ta’ l-Att
għandhom għaldaqstant japplikaw għal dik il-persuna bħallikieku
kienet notifikata kif dovut b’avviż sabiex tagħti prospett u stima
personali taħt is-subartikoli (1) u (2) ta’ l-imsemmi artikolu.
Data għall-għemil 
ta’ għażla taħt l-
artikolu 12 ta’ l-
Att.
4. Id-data sa meta tista’ ssir għażla taħt l-artikolu 12 ta’ l-Att
hija:
(a) dwar is-sena ta’ stima 1999, il-ħmistax ta’ Ġunju,
1999;
2 L.S.372.16 ħ DATI STATUTORJI
(b) dwar is-sena ta’ stima 2000 jew xi sena ta’ stima li tiġi
wara, it-tletin ta’ April tas-sena relattiva.
Data ta’ settlement 
ta’ taxxa.
5. Id-data meta t-taxxa għas-sena ta’ stima 1999 u kull sena li
tiġi wara ssir dovuta u jkollha titħallas minn xi persuna ("data ta’
settlement ta’ taxxa") għandha tiġi determinata kif ġej:
(a) fil-każ ta’ persuna li dwarha japplika l-artikolu 12 ta’
l-Att u li tagħmel għażla għas-sena ta’ stima relattiva
taħt u skond dak l-artikolu, u suġġett għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(2B)(a) ta’ l-Att, id-
data ta’ settlement ta’ taxxa għandha tkun l-aħħar jum
tax-xahar li jiġi wara dak li matulu avviż bil-miktub li
bih issir talba għall-ħlas tat-taxxa relattiva jingħata
mill-Kummissarju lil dik il-persuna jew xi data aktar
tard kif jista’ jiġi speċifikat f’dak l-avviż:
Iżda d-data ta’ settlement ta’ taxxa fil-każ ta’ dik
il-persuna fl-ebda każ ma tkun aktar kmieni mid-data
tal-prospett ta’ taxxa għas-sena relattiva kif determinat
taħt il-paragrafu (b)(ii) jew il-paragrafu (ċ)(ii) tar-
regolament 2; u
(b) f’kull każ ieħor, id-data ta’ settlement ta’ taxxa
għandha tkun dik id-data li taħbat mad-data tal-
prospett ta’ taxxa kif din tapplika għal dik il-persuna
għas-sena relattiva kif determinat taħt ir-regolament 2.
Data għall-għemil 
ta’ rifużjoni.
6. Bla ħsara għad-disposiżzjonijiet ta’ l- artikolu 48(2B) ta’ l-
Att, u suġġett għas-subartikolu (2B) ta’ dak l-artikolu, kull taxxa li
tiġi determinata bħala li għandha ssir rifużjoni tagħha lil xi persuna
taħt is-subartikolu (1) jew (2) ta’ dak l-artikolu għandha ssir dovuta
jew għandha titqies li saret dovuta, skond il-każ, f’data (hawnhekk
iżjed ’il quddiem f’dan il-paragrafu msemmija "id-data tar-
rifużjoni") determinata kif ġej:
Kap. 123.
(a) fil-każ ta’ persuna li dwarha japplika l-artikolu 11(2)
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income:
(i) dwar taxxa li fuqha ssir rifużjoni għas-sena ta’
stima 1999 id-data ta’ rifużjoni tkun l-ewwel ta’
April 2000;
(ii) dwar taxxa li fuqha ssir rifużjoni għas-sena ta’
stima 2000 jew kull sena ta’ stima li tiġi wara d-
data ta’ rifużjoni tkun l-aħħar jum tas-sitt xahar
li jiġi wara d-data tal-prospett ta’ taxxa li tkun
tapplika għal dik il-persuna għas-sena relattiva
kif determinat taħt ir-regolament 2; u
(b) fil-każ ta’ kull persuna oħra:
(i) dwar taxxa li fuqha ssir rifużjoni għas-sena ta’
stima 1999, id-data tar-rifużjoni tkun l-ewwel
ta’ Marzu, 2000; u
(ii) dwar taxxa li fuqha ssir rifużjoni għas-sena ta’
stima 2000 jew kull sena ta’ stima li tiġi wara,
id-data tar-rifużjoni tkun l-ewwel ta’ Jannar tas-
sena li tiġi minnufih wara s-sena ta’ stima
rispettiva.
