TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.) ġ L.S.372.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.18
REGOLI DWAR IT-TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.)
21 ta’ Marzu, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 48 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 204 u 268
ta’ l-2002.
Titolu.
Provviżorja (P.T.).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 372.
"benchmark tal-P.T." tfisser l-ammont stabbilit skond ir-regola
6, 7, 8 jew 9, skond liema minnhom tkun applikabbli;
"ħlas tal-P.T." tfisser ħlas ta’ taxxa provviżorja li hu meħtieġ li
jsir skond ir-regola 3;
Kap. 123.
"perijodu bażi" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa fil-31
ta’ Diċembru jew, f’każ ta’ persuna li tħallas it-taxxa provviżorja li
jkun ingħatalha permess li tagħlaq il-kontijiet tagħha sa xi data
oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(2) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, f’dik id-data l-oħra;
"persuna li tħallas it-taxxa provviżorja" tfisser u tinkludi, kemm-
il darba l-Kummissarju ma jiddeċidix mod ieħor permezz ta’ avviż
bil-miktub, kull persuna li matul il-perijodu bażi tkun:
(a) kumpannija;
(b) individwu li kien soġġett għat-taxxa f’Malta għas-sena
ta’ stima benchmark relattiva iżda eżkluż kull
individwu li kien jikkwalifika għall-għazla skond l-
artikolu 12 ta’ l-Att dwar is-sena ta’ stima benchmark;
(ċ) persuna li ma hix kumpannija jew individwu;
"sena ta’ stima benchmark" għar-rigward ta’ perijodu bażi tfisser
dik li tkun l-aktar tard minn:
(a) is-sena ta’ stima 1999; u
(b) l-aħħar sena ta’ stima li kellu jintbagħat prospett ta’
taxxa dwarha qabel il-bidu tas-sena kalendarja li fiha
jkun dovut l-ewwel ħlas tal-P.T. għal dak il-perijodu
bażi;
"taxxa provviżorja" tfisser it-taxxa provviżorja mħallsa jew li
għandħa titħallas skond dawn ir-Regoli jew skond ir-Regoli ta’ l-
1973 dwar il-ħlas ta’ Taxxa Provviżorja (P.T.).
Kap. 123.
(2) Ħlief meta jkun provdut xort’oħra, u kemm-il darba r-rabta
tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, kliem u espressjonijiet użati
f’dawn ir-regoli għandhom l-istess tifsiriet u interpretazzjonijiet li
għandħom skond l-Att u l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
2 L.S.372.18 ħ TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.)
Responsabbilità  
għat-taxxa 
provviżorja.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
3. (1) Kull persuna li thallas it-taxxa provviżorja għandha
tagħmel ħlasijiet ta’ taxxa provviżorja matul kull perijodu bażi li
jispiċċa fil-31 ta' Jannar, 2000 jew wara akkont tar-responsabbiltà
tagħha għat-taxxa għas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar tas-
sena li tiġi minnufih wara dik li fiha jagħlaq il-perijodu bażi
msemmi.
Kap. 123.
(2) Ħlasijiet tal-P.T. għandhom isiru fl-ammonti u fiż-żminijiet
stabbiliti f’dawn ir-regoli jew kif notifikat mill-Kummissarju taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(4) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income.
(3) L-ammont ta’ kull ħlas tal-P.T. dovut taħt dawn ir-regoli
għandu jkun l-ammont stabbilit skond id-disposizzjonijiet
applikabbli miżjud jew imnaqqas għad-dritt lejn l-eqreb lira.
Dati meta jkun 
dovut il-ħlas.
4. (1) Ħlasijiet tal-P.T. huma dovuti fit-30 ta’ April, fil-31 ta’
Awissu u fil-21 ta’ Diċembru ta’ kull perijodu bażi.
(2) L-ewwel ħlas tal-P.T. għal perijodu bażi ta’ persuna li
tħallas it-taxxa provviżorja huwa dak li jkun dovut f’dik id-data
minn dawk it-tlieta msemmija li tiġi l-ewwel matul dak il-perijodu
bażi u l-ordni tal-ħlasijiet l-oħra tal-P.T. jiġi stabbilit b’dan il-mod.
Ammont ta’ taxxa 
provviżorja.
Sostitwit:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
5. Salv kif xort’oħra provdut f’dawn ir-regoli t-total tal-
ħlasijiet tal-P.T. matul perjodu bażi ma għandux ikun inqas mill-
benchmark tal-P.T. li jkun japplika f’dak iż-żmien meta jkun dovut
it-tielet ħlas tal-P.T. u għandu jithallas kif ġej:
(a) mill-anqas għoxrin fil-mija tal-benchmark tal-P.T.
għandhom jitħallsu sad-data li fiha jkun dovut l-ewwel
ħlas tal-P.T.;
(b) mill-anqas tletin fil-mija oħra tal-benchmark tal-P.T.
għandhom jitħallsu sad-data li fiha jkun dovut it-tieni
ħlas tal-P.T.:
Iżda fejn il-benchmark tal-P.T. li jirriżulta mit-
tħaddim tar-regola 6(3) jew ir-regola 6(4) huwa ogħla
minn dak li kien ġie determinat skond ir-regola 6(1)
jew ir-regola 7, l-ammont ta’ taxxa provviżorja li
għandu jitħallas sad-data li fiha jkun dovut it-tieni ħlas
tal-P.T. għandu jkun mill-anqas ħamsin fil-mija tal-
benchmark tal-P.T. kif maħdum skond ir-regola 6(3)
jew ir-regola 6(4) iżda bi tnaqqis minnu ta’ kull
pagament ta’ P.T. diġà  magħmul għall-perijodu bażi;
(ċ) mill-anqas ħamsin fil-mija oħra tal-benchmark tal-P.T.
għandħom jitħallsu sad-data li fiha jkun dovut it-tielet
ħlas tal-P.T:
Iżda meta l-benchmark tal-P.T. li jirriżulta mit-
tħaddim tar-regola 6(3) jew ir-regola 6(4) jkun ogħla
minn dak li jkun ġie determinat skond ir-regola 6(1)
jew ir-regola 7, l-ammont ta’ taxxa provviżorja li
għandu jitħallas sad-data li fiha jkun dovut it-tielet
ħlas tal-P.T. għandu jkun il-benchmark tal-P.T. kollu
kif maħdum skond ir-regola 6(3) jew ir-regola 6(4) bi
tnaqqis minnu ta’ kull pagament ta’ P.T. diġà
magħmul għall-perjodu bażi.
TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.) ġ L.S.372.18 3
Benchmark tal-P.T.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002;
A.L. 268 ta’ l-
2002.
6. (1) Ħlief meta hu provdut xort’oħra f’dawn ir-regoli il-
benchmark tal-P.T. ta’ persuna li tħallas it-taxxa provviżorja għal
perijodu bażi jiġi stabbilit billi jittieħed l-ammont ta’ taxxa li
għandu jitħallas, jekk ikun hemm, għas-sena ta’ stima benchmark
kif muri fl-istima personali ta’ dik il-persuna li tħallas it-taxxa
provviżorja għal dik is-sena u kkalkolat skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 10(2) ta' l-Att u tingħadd lura t-taxxa provviżorja
meqjusa fl-imsemmija stima personali.
(2) Għall-fini tas-subregola (1) ma jitteħidx kont ta’ kull
prospett ieħor mibgħut skond l-artikolu 13 ta’ l-Att wara l-bidu tax-
xahar li jiġi minnufih qabel dak li fih ikun dovut l-ewwel ħlas tal-
P.T. għal dak il-perijodu.
(3) Meta l-Kummissarju jkun għamel stima ta’ l-income
taxxabbli ta’ persuna li tħallas it-taxxa provviżorja skond ma hemm
fl-artikolu 31(5) ta’ l-Att għal xi sena ta’ stima benchmark u jkun ta
avviż ta’ dik l-istima lil dik il-persuna li tħallas it-taxxa provviżorja
qabel il-bidu tax-xahar li fih ikun dovut ħlas tal-P.T., il-benchmark
tal-P.T. għandu jiġi stabbilit billi jittieħed l-ammont ta’ taxxa li
jidher li għandu jitħallas skond dik l-istima u tingħadd lura kull
taxxa provviżorja li jista’ jkun hemm u li tkun ġiet meqjusa f’dik l-
istima.
(4) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regoli, meta
lill-Kummissarju jkun jidhirlu li l-benchmark tal-P.T. ta’ persuna li
tħallas it-taxxa provviżorja kif jirriżulta mir-regola 6(1) jew ir-
regola 7 jkun sostanzjalment inqas mill-ammont li fl-opinjoni
tiegħu għandu jiġi mħallas għal dak il-perjodu mill-imsemmija
persuna li thallas it-taxxa provviżorja, il-Kummissarju jista’ f’kull
żmien jistabbilixxi benchmark li tkun tapplika u jinforma b’dan
lill-persuna li tħallas it-taxxa provviżorja permezz ta’ avviż bil-
miktub, u meta dak l-avviż jiġi mogħti qabel il-bidu tax-xahar li fih
ikun dovut xi ħlas tal-P.T., il-benchmark tal-P.T. ikun ekwivalenti
għall-ammont muri f’dak l-avviż:
Iżda meta l-avviż imsemmi f’din is-subregola jiġi mogħti
fix-xahar li fih ikun dovut xi ħlas tal-P.T. jew f’xi xahar ta’ wara fl-
istess perijodu bażi, il-benchmark tal-P.T. kif stabbilit mill-
Kummissarju skond din is-subregola għandu xorta jibqa’ japplika u
l-ħlas jew ħlasijiet tal-P.T. ibbażati fuq l-imsemmi benchmark
għandhom, minkejja d-disposizzjonijiet tar-regola 4 iżda mingħajr
preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-regola 10, jkunu mħallsa sa
l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih ikun ingħata l-avviż jew f’data oħra
aktar tard fl-istess perijodu bażi kif jista’ jistabbilixxi l-
Kummissarju.
Il-benchmark tal-
P.T. f’kaz fejn ma 
tkunx intbagħtet 
stima personali.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
7. (1) Meta persuna li tħallas it-taxxa provviżorja ma tkunx
bagħtet, qabel il-bidu tax-xahar li jigi minnufih qabel dak li fih
ikun dovut ħlas tal-P.T., stima personali għas-sena ta’ stima
benchmark relattiva il-benchmark tal-P.T. għal dak il-ħlas
partikolari jiġi stabbilit kif gej:
(a) jekk il-Kummissarju jkun għamel determinazzjoni
dwar it-taxxa li għandha titħallas minn dik il-persuna
li tħallas it-taxxa provviżorja għas-sena ta’ stima
msemmija skond l-artiklu 31(3) ta’ l-Att u jkun ta
4 L.S.372.18 ħ TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.)
avviż ta’ dik id-determinazzjoni lil dik il-persuna li
tħallas it-taxxa provviżorja qabel il-bidu tax-xaħar li
fih ikun dovut l-imsemmi ħlas tal-P.T. il-benchmark
tal-P.T. għandu jiġi stabbilit billi jittieħed l-ammont li
jidher f’dik id-determinazzjoni bħala l-ammont ta’
taxxa li għandu jitħallas u tingħadd lura t-taxxa
provviżorja, jekk ikun hemm, li tkun ġiet meqjusa
f’dik id-determinazzjoni;
(b) jekk id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ma
japplikawx il-benchmark tal-P.T. għandu jkun ammont
stabbilit bil-mod imsemmi fir-regola 6 ħlief li r-
referenza f’dik ir-regola għas-sena ta’ stima
benchmark għandha tiftiehem bħala referenza għall-
aħħar sena ta’ stima li tkun intbagħtet stima personali
dwarha qabel il-bidu tax-xahar li jiġi minnufih qabel
dak li fih il-ħlas tal-P.T. in kwistjoni jkun dovut u li
tkun sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima
benchmark;
(ċ) jekk il-Kummissarju ma jkunx għamel
determinazzjoni li għaliha japplika l-paragrafu (a) u l-
persuna li tħallas it-taxxa provviżorja ma tkunx
bagħtet stima personali li għaliha japplika l-paragrafu
(b) il-benchmark tal-P.T. jkun xejn;
(d) jekk, wara li jkun għamel determinazzjoni skond l-
artikolu 31(3) ta’ l-Att, dwar it-taxxa li għandha
titħallas għas-sena ta’ stima inkwistjoni, il-
Kummissarju jkun għamel stima skond l-artikolu 31(5)
ta’ l-Att u jkun ta avviż ta’ dik l-istima lil dik il-
persuna li tħallas it-taxxa provviżorja, il-benchmark
tal-P.T. għandu jiġi stabbilit bil-mod speċifikat fir-
regola 6(3).
(2) Meta l-benchmark tal-P.T. dwar xi ħlas tal-P.T. li kien
dovut matul perijodu bażi jkun ġie stabbilit skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet tas-subregola (1) u minħabba li tkun intbagħtet
stima personali dik is-subregola ma jkunx applikabbli għal ħlas tal-
P.T. li jkun dovut iktar tard fl-istess perijodu, il-benchmark tal-P.T.
għal dak il-perijodu għandu jigi kkalkolat mill-ġdid fuq il-bażi ta’
dik l-istima personali kif provdut fir-regola 6. Il-benchmark tal-
P.T. li jkun ġie kkalkolat mill-ġdid għandu japplika u jitqies li
dejjem kien japplika għall-finijiet kollha ta’ dawn ir-regoli, iżda
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regola 10, dwar il-ħlasijiet
kollha tal-P.T. għal dak il-perijodu.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ hawn aktar qabel ta’ din ir-regola
huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissarju li jieħu passi għall-
ġbir ta’ taxxa provviżorja li tkun dovuta f’ammont ikkalkolat taħt
id-disposizzjonijiet tas-subregola (1) qabel ma jkun dovut li jsir
kalkolu mill-ġdid skond is-subregola (2).
Persuni ġodda li 
jħallsu t-taxxa.
8. (1) Il-benchmark tal-P.T. dwar taxxa provviżorja li
għandha titħallas akkont ta’l-ewwel sena ta’ stima ta’ persuna li
tħallas it-taxxa provviżorja li ma tkunx individwu huwa xejn.
(2) Il-benchmark tal-P.T. dwar taxxa provviżorja li għandha
TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.) ġ L.S.372.18 5
titħallas akkont tat-tieni sena ta’ stima ta’ persuna li tħallas it-taxxa
provviżorja li ma tkunx individwu jiġi stabbilit bil-mod imsemmi
fir-regola 6 ħlief li:
(a) ir-referenza għas-sena ta’ stima benchmark għandha
tiftiehem bħala referenza għall-ewwel sena ta’ stima
ta’ dik il-persuna li tħallas it-taxxa provviżorja; u
(b) ir-referenzi għal stima personali għandhom jiftiehmu
bħala referenzi għal kalkolu magħmul minn dik il-
persuna li tħallas it-taxxa provviżorja fuq il-bażi tal-
kotba tagħha bl-istess mod ta’ kif tiġi kkalkolata stima
personali.
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jistabbilixxi l-
benchmark tal-P.T. 
f’każ ta’ 
amalgamazzjoni-
jiet u qsim ta’ 
kumpanniji.
9. (1) Meta l-Kummissarju jidhirlu li b’riżultat ta’
amalgamazzjoni ta’ kumpanniji jew qsim ta’ kumpannija it-total
tal-benchmarks tal-P.T. għal perijodu jew perijodi bażi tal-
kumpanniji involuti fl-amalgamazzjoni jew il-qsim ikkalkolati
skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regoli ikun, jew se
jkun, inqas mill-ammont li kien jirriżulta kieku dik l-
amalgamazzjoni ma saretx jew ma ssirx jew dak il-qsim ma sarx
jew ma jsirx huwa jista’ b’ordni bil-miktub jistabbilixxi l-
benchmark tal-P.T. għal kull waħda minn dawk il-kumpanniji jew
għalihom kollha għall-perijodu jew perijodi bażi in kwistjoni
f’ammonti li fil-fehma tiegħu jikkumpensaw għal dak in-nuqqas.
(2) Minkejja dak kollu li jinsab f’dawn ir-regoli, iżda bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tar-regola 10, il-benchmark tal-P.T. stabbilit
skond is-subregola (1) għandu japplika matul il-perijodu jew
perijodi bażi in kwistjoni mid-data li fiha jingħata avviż ta’ dak l-
ordni lill-kumpannija rispettiva.
Tnaqqis fil-
benchmark tal-P.T.
10. (1) Meta persuna li tħallas it-taxxa provviżorja jidħrilha li
t-taxxa li għandha titħallas għal sena ta’ stima (hawn iżjed ’l isfel
f’dawn ir-regoli msejħa "t-taxxa għas-sena kurrenti") tkun inqas
mill-benchmark tal-P.T. għall-perijodu bażi relattiv, hija tista’
tagħżel li tnaqqas l-ammont li għandu jitħallas bħala taxxa
provviżorja matul dak il-perijodu bażi sa ammont li ma jkunx inqas
mit-taxxa għas-sena kurrenti.
(2) L-għażla msemmija fis-subregola (1) għandha ssir billi
tintbagħat lill-Kummissarju l-formola preskritta fl-Iskeda u tista’
ssir iżjed minn darba fl-istess perijodu bażi.
(3) L-ammont ta’ kull ħlas tal-P.T. li jkun dovut matul perijodu
bażi wara li tkun saret għażla kif jingħad hawn aktar qabel dwar
dak il-perijodu għandu jkun l-inqas minn:
(a) l-ammont dovut skond ir-regola 5; u
(b) l-ammont li bih it-taxxa għas-sena kurrenti teċċedi,
jekk ikun il-każ, it-total tat-taxxa provviżorja li tkun
tħallset qabel għall-perijodu bażi in kwistjoni.
Stima tat-taxxa li 
għandha titħallas 
mill-persuna li 
tħallas it-taxxa 
provviżorja.
11. Għall-fini tar-regola 10 u bla ħsara għad-disposizzjonijiet
tar-regola 12 it-taxxa għas-sena kurrenti għandha provviżorjament
titqies li tkun ammont stabbilit bil-mod imsemmi fir-regola 6 ħlief
li:
6 L.S.372.18 ħ TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.)
(a) ir-referenza għas-sena ta’ stima benchmark għandha
tiftiehem bħala referenza għas-sena ta’ stima li jkun
dovut akkont tagħha l-ħlas tal-P.T. in kwistjoni;
(b) ir-referenzi għal stima personali għandhom jiftiehmu
bħala referenzi għal kalkolu magħmul fuq stima ta’ dik
il-persuna li tħallas it-taxxa provviżorja fiż-żmien li
ssir l-għazla.
Reviżjoni ta’ 
stima.
12. (1) L-ammont li jitqies provviżorjament bħala t-taxxa
għas-sena kurrenti skond ir-regola 11 għandu jiġi rivedut bil-mod
provdut fis-subregola (2) meta:
(a) tintbagħat stima personali lill-Kummissarju għas-sena
ta’ stima in kwistjoni; jew
(b) il-Kummissarju jagħmel determinazzjoni skond l-
artikolu 31(3) ta’ l-Att dwar it-taxxa li għandha
titħallas għas-sena ta’ stima in kwistjoni u jagħti avviż
ta’ dik id-determinazzjoni lill-persuna li tħallas it-
taxxa provviżorja.
(2) Meta tkun trid issir reviżjoni skond is-subregola (1) it-taxxa
għas-sena kurrenti għall-finijiet tar-regola 10 għandħa titqies li
tkun, u li dejjem kienet, l-ammont li jirriżulta bħala l-ammont li
għandu jitħallas skond l-istima personali jew id-determinazzjoni,
skond ma jkun il-każ, u d-disposizzjonijiet tar-regola 14 għandhom
jiftieħmu b’dan il-mod.
Imputazzjoni ta’ 
ħlasijiet, tpaċija u 
ħlas lura ta’ taxxa 
provviżorja.
13. (1) It-taxxa provviżorja li titħallas għal perijodu bażi
għandħa tmur għall-ħlas ta’ kull taxxa provviżorja għal dak il-
perijodu li jkun qabel dovut u kull ammont żejjed għandu jmur
għall-ħlas ta’ taxxa provviżorja għal dak il-perijodu li jkun għadu
mhux dovut.
(2) It-taxxa provviżorja li titħallas minn persuna li tħallas it-
taxxa provviżorja akkont tar-responsabbiltà  tagħha għal sena ta’
stima għandha titpatta għall-fini tal-ġbir mat-taxxa imposta għas-
sena ta’ stima msemmija u jekk ikun hemm xi ammont żejjed wara
li ssir dik it-tpaċija dak iż-żejjed għandu jitħallas lura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48 ta’ l-Att.
Taxxa 
addizzjonali.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
14. (1) Meta xi taxxa provviżorja li għandħa titħallas skond
dawn ir-regoli ma titħallasx fiż-żmien meta tkun dovuta, għandha
tiġi imposta taxxa addizzjonali kif provdut fl-artikolu 44 ta’ l-Att
f’ammont ta’ wieħed fil-mija tat-taxxa provviżorja li ma tkunx
tħallset għall kull xahar jew parti minn xahar li fih dik it-taxxa
tibqa’ mhux imħallsa:
Iżda meta t-taxxa għall-perjodu bażi li tkun ser tirriżulta
mill-istima personali ta’ persuna li tħallas it-taxxa prowiżorja tkun
inqas minn dik li tirriżulta mill-benchmark tal-P.T., it-taxxa
addizzjonali li għandha titħallas fuq din id-differenza għandha tiġi
mnaqqsa b’disgħin fil-mija.
(2) Ma tiġix imposta aktar taxxa addizzjonali fuq taxxa
provviżorja li ma tkunx tħallset għal kull xahar li jibda wara d-data
ta’ settlement tat-taxxa għas-sena ta’ stima li kienet dovuta akkont
tagħha dik it-taxxa provviżorja.
TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.) ġ L.S.372.18 7
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regola 13 l-ammont ta’
taxxa provviżorja li kien ikun jista’ jitpatta skond is-subregola (2)
ta’ dik ir-regola mat-taxxa imposta għal sena ta’ stima għandu l-
ewwel imur għall-ħlas tat-taxxa addizzjonali, jekk ikun hemm,
dovuta fid-data u sad-data ta’ settlement tat-taxxa dwar dik is-sena
ta’ stima u l-ammont li jkun jista’ jitpatta għandu jitnaqqas b’dak
il-mod.
(4) Kull taxxa addizzjonali fuq taxxa provviżorja li ma
titħallasx kif provdut fis-subregola (3) għandha titqies bħala taxxa
dovuta għas-sena ta’ stima li tkun dovuta akkont tagħha it-taxxa
provviżorja msemmija u d-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxa
fuq l-Income dwar il-ġbir u l-ħlas tat-taxxa għandhom japplikaw
għall-ġbir u l-ħlas ta’ dik it-taxxa addizzjonali.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din ir-regola huma bla
ħsara għas-setgħat tal-Kummissarju li jieħu passi għall-ġbir ta’ kull
taxxa addizzjonali qabel id-data ta’ settlement tat-taxxa msemmija
fis-subregola (2).
Setgħat tal-
Kummissarju f’każ 
ta’ bdil fid-data li 
fiha jingħalqu l-
kontijiet.
Kap. 123.
15. Xejn minn dak li jinsab f’dawn ir-regoli ma għandu
jiftiehem li b’xi mod inaqqas is-setgħat mogħtija lill-Kummissarju
taħt l-artikolu 11(4) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Disposizzjoni 
transitorja.
16. Meta, skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regoli,
d-data li fiha jkun dovut xi ħlas tal-P.T. għal perijodu bażi li
jagħlaq fl-2000 tkun data li tiġi fl-1999 dak il-ħlas għandu jitqies,
sa kemm ma jkunx sar qabel, bħala dovut fit-30 ta’ April, 2000
b’żieda ma’ kull ħlas ieħor li jkun dovut f’dik id-data.
Riserva.
(P.T.), revokati b’dawn ir-Regoli, għandhom jibqgħu japplikaw
bis-sħiħ għar-rigward ta’ kull ħlas ta’ taxxa provviżorja li sar jew li
kellu jsir akkont ta’ taxxa imposta għal kull sena ta’ stima li tiġi
qabel is-sena ta’ stima 2001.
8 L.S.372.18 ħ TAXXA PROVVIŻORJA (P.T.)
SKEDA
(Regola 10)
FORMOLA GĦAL TNAQQIS FIL-P.T.
Skond ir-regola 10 tar-Regoli dwar Ħlas ta’ Taxxa Provviżorja, jiena nagħżel li
nnaqqas l-ammont li għandu jitħallas bħala taxxa provviżorja għall-perijodu bażi li
jagħlaq fi ................................. .
Jiena nistma li l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas għall-perijodu bażi se jkun
ta’ Lm ........................ .
Niddikjara li naf bid-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija regoli u nifhem li nkun
suġġett għal taxxa addizzjonali ta’ 1% fuq l-ammont ta’ P.T. li jibqa’ mhux imħallas
għal kull xahar kalendarju jew parti minnu li matulu t-taxxa provviżorja tibqa’ mhux
imħallsa.
Isem tat-taxpayer provviżorju
Nru. ta’ Referenza, Karta ta’ l-Identità
Indirizz
Data
Firma
Nru. tal-Permess*
*(fil-każ biss ta’ persuni li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(2) ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, għandhom il-permess li jagħlqu l-kontijiet tagħhom
f’data li mhix il-31 ta’ Diċembru)
