KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME) ġ L.S.372.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.23
REGOLAMENTI DWAR KOMUNIKAZZJONIJIET 
ELETTRONIĊI (TAXXA FUQ L-INCOME)
13 ta’ Awissu, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 232 ta’ l-2002.
Titolu.
Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Taxxa fuq l-Income).
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 372.
"sistema tal-kompjuter uffiċjali" tfisser is-sistema tal-kompjuter
miżmuma minn jew għall-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
Kap. 281.
maħruġ taħt l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy jew li tkun
membru tal-Malta Institute of Taxation u li tkun reġistrata mal-
Kummissarju taħt id-disposizzjonijiet tar-regolament 5 bħala
fornitur ta’ servizzi elettroniċi permezz ta’ l-internet kif speċifikat
fir-regolament 3;
"tax representative" tfisser persuna li tkun tax practitioner kif
definita f’dawn ir-regolamenti u li tkun awtorizzata minn
kumpannija taħt id-disposizzjonijiet tar-regolament 6 li taġixxi
f’isimha dwar xi servizz elettroniku permezz ta’ l-internet kif
speċifikat fir-regolament 3.
Skop.
regolamenti huma dawn li ġejjin:
(a) illi jimtela’ u jintbagħat lill-Kummissarju permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi, prospett tat-taxxa
magħmul skond l-artikolu 10 ta’ l-Att;
L.S. 372.18
(b) illi timtela u tintbagħat lill-Kummissarju permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi, il-formola preskritta fl-
Iskeda li hemm mar-Regoli dwar it-Taxxa Provviżorja
(P.T.);
(ċ) illi timtela u tintbagħat lill-Kummissarju permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi, kull formola oħra kif
jista’ jiġi speċifikat fl-Iskeda D.
Applikabilità .
Kap. 123.
4. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal kumpanniji
kif definiti fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income li jkunu residenti
f’Malta iżda ma għandhomx japplikaw għal:
(a) trust;
Kap. 371.
dwar il-Kummerċ Bankarju;
Kap. 403.
(ċ) kumpannija li tmexxi l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
(d) kumpannija li tkun proprjetà  ta’, u direttament jew
2 L.S.372.23 ħ
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME)
indirettament ikkontrollata minn, xi kumpannija kif
msemmija fil-paragrafi (b) u (ċ);
Kap. 330.
(e) kumpannija li tkun reġistrata skond l-artikolu 24 ta’ l-
Att dwar l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta.
Reġistrazzjoni 
bħala tax 
practitioner.
5. (1) Reġistrazzjoni bħala tax practitioner mal-Kummissarju
trid issir billi timtela u tintbagħat lill-Kummissarju l-formola
preskritta fl-Iskeda A.
(2) Meta r-reġistrazzjoni bħala tax practitioner issir minn ditta,
din ir-reġistrazzjoni għandħa ssir ukoll fuq il-formola preskritta fl-
Iskeda Ċ, bl-ismijiet ta’ mhux aktar minn ħames membri tad-ditta
indikati bħala dawk li jutilizzaw is-servizzi tal-Kummissarju
permezz ta’ l-internet, u inkluż l-isem ta’ utilizzatur wieħed maħtur
mid-ditta sabiex jamministra fid-ditta l-aċċess għas-servizzi
elettroniċi mill-utilizzaturi l-oħra:
Iżda xejn f’dan is-subregolament ma għandu jiġi interpretat
bħala li jimponi xi obbligazzjoni fuq il-Kummissarju li jaċċetta lil
xi individwu bħala utilizzatur jew li jaċċetta kull għadd ta’
utilizzaturi minn xi ditta li tirreġistra.
(3) Reġistrazzjoni skond is-subregolamenti (1) u (2) tkun
suġġetta għal dawk it-termini u kondizzjonijiet li l-Kummissarju
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(4) Aċċettazzjoni tar-reġistrazzjoni skond is-subregolamenti
(1) u (2) tkun notifikata mill-Kummissarju lill-persuna jew ditta li
talbet din ir-reġistrazzjoni.
(5) Meta persuna jew ditta li tkun reġistrata taħt is-
subregolament (1) mal-Kummissarju tkun tixtieq tikkanċella din ir-
reġistrazzjoni, hija għandha tagħmel talba bil-miktub biex ir-
reġistrazzjoni tagħha tiġi kanċellata.
(6) Il-kanċellament tar-reġistrazzjoni ta’ persuna jew ditta
msemmija fis-subregolament (3) ma teżonerax lil dik il-persuna
jew ditta minn xi obbligu li kellha qabel id-data tal-kanċellament
jew minħabba xi ħaġa li tkun saret jew naqset milli ssir qabel dik
id-data.
Awtorizzazzjoni 
ta’ tax 
representative 
minn kumpannija.
6. (1) Kumpannija li għaliha japplikaw dawn ir-regolamenti
tista’ tawtorizza tax practitioner biex jaġixxi bħala tax
representative tagħha dwar kull jew xi servizz elettroniku
speċifikat fir-regolament 3 jew faċilità  speċifikata fir-regolament 7.
(2) L-awtorizzazzjoni msemmija fis-subregolament (1)
għandha ssir fuq il-formola preskritta fl-Iskeda B.
(3) Kemm-il darba l-Kummissarju ma jawtorizzax
speċifikament bil-miktub, kumpannija li għaliha japplikaw dawn ir-
regolamenti ma tistax tawtorizza aktar minn tax practitioner
wieħed f’xi waqt biex jaġixxi bħala tax representative tagħha dwar
is-servizz imsemmi fir-regolament 3(a).
(4) Il-Kummissarju jista’, minkejja kull ħaġa li tinsab fid-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, jagħti lil xi
kumpannija li għaliha japplikaw dawn ir-regolamenti,
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME) ġ L.S.372.23 3
awtorizzazzjoni biex taġixxi bħala tax representative tagħha
nnifisha wara applikazzjoni bil-miktub minn dik il-kumpannija.
(5) L-awtorizzazzjoni msemmija fis-subregolament (1) tista’,
f’kull żmien, tiġi kanċellata mill-kumpannija b’avviż bil-miktub
lill-Kummissarju.
Aċċess għall-
faċilitajiet.
7. Il-Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti
permess lil tax practitioner li jkun qiegħed jaġixxi f’isem
kumpannija u li jkun reġistrat kif imiss taħt ir-regolament 6, li
jkollu aċċess elettroniku għal kull jew xi faċilità  mniżżla fl-Iskeda
E.
Kanċellament ta’ 
reġistrazzjoni.
8. (1) Il-Kummissarju jista’, f’kull żmien u għal kull raġuni li
jidhirlu xierqa, jikkanċella r-reġistrazzjoni msemmija fir-
regolament 5 jew il-faċilità  msemmija fir-regolament 7.
(2) Il-Kummissarju għandu jibgħat avviż lill-persuna jew ditta
li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet kanċellata skond is-
subregolament (1), fejn jindika d-data meta r-reġistrazzjoni jew il-
faċilità  tkun ġiet kanċellata.
Informazzjoni 
mibgħuta b’mezzi 
elettroniċi titqies 
bħala mibgħuta kif 
meħtieġ bl-Atti 
dwar it-Taxxa.
Kap. 123.
Kap. 372.
9. (1) Prospetti, formoli u dokumenti oħra li għalihom
japplikaw dawn ir-regolamenti u li jiġu mibgħuta permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi jiġu meqjusa bħala mibgħuta, fil-
forma meħtieġa skond kull disposizzjoni ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income jew ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa,
skond il-każ, jew ta’ regolamenti magħmulin taħthom sakemm
ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha magħmula b’dawn ir-
regolamenti u disposizzjonijiet oħra applikabbli.
Kap. 123.
Kap. 372.
(2) Meta kumpannija kellha l-prospett tat-taxxa mibgħut
permezz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi din għandha, fi żmien
tmienja u erbgħin siegħa minn meta ssirilha talba ta’ din ix-xorta
mill-Kummissarju, tibgħat lill-Kummissarju kopja fuq karta ta’ dak
il-prospett u tad-dokumenti meħtieġa li jkunu mehmuża miegħu
taħt kull disposizzjoni ta’, jew regoli magħmulin taħt, l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income jew l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
(3) Prospett tat-taxxa, formola jew dokument ieħor mibgħut
lill-Kummissarju u riċevut fuq is-sistema tal-kompjuter uffiċjali
skond dawn ir-regolamenti, ma jkunx jeħtieġ li jkollu l-firma fiżika
tal-persuna li għandha tibgħat dak il-prospett, formola jew
dokument ieħor.
Prova ta’ l-identità  
ta’ min jibgħat jew 
jirċievi l-
informazzjoni.
10. Ghall-fini ta’ dawn ir-regolamenti -
(a) min jibgħat prospett, dokument jew formola msemmija
fir-regolament 3, permezz ta’ komunikazzjonijiet
elettroniċi lis-sistema tal-kompjuter uffiċjali, jiġi
meqjus, sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra, li jkun il-
persuna reġistrata bħala tali fuq is-sistema tal-
kompjuter uffiċjali;
(b) min jierċievi xi informazzjoni msemmija fir-
regolament 7, li tintbagħtlu permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi mis-sistema tal-
kompjuter uffiċjali, għandu jiġi meqjus, sakemm ma
jiġix ippruvat xort’oħra, li jkun il-persuna reġistrata
4 L.S.372.23 ħ
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME)
bħala tali fuq is-sistema tal-kompjuter uffiċjali.
Prova tal-konsenja 
ta’ l-informazzjoni.
11. (1) Jekk għal xi raġuni ikun meħtieġ li tinġieb prova li xi
informazzjoni tkun ġiet konsenjata bl-użu ta’ komunikazzjonijiet
elettroniċi, dan għandu jkun preżunt b’mod definittiv -
(a) li din tkun ġiet konsenjata lill-Kummissarju, jekk il-
konsenja ta’ l-informazzjoni tkun ġiet reġistrata fuq is-
sistema tal-kompjuter uffiċjali;
(b) li din tkun ġiet konsenjata mill-Kummissarju, jekk id-
dispaċċ ta’ dik l-informazzjoni tkun ġiet reġistrata fuq
is-sistema tal-kompjuter uffiċjali;
(ċ) li la ġrajja waħda u lanqas l-oħra msemmija fil-
paragrafu (a) jew (b) ma jkunu ġraw jekk il-konsenja
ma tkunx ġiet hekk reġistrata.
(2) Jekk għal kull skop li jkun, tkun meħtieġa prova ta’ meta
tkun ġiet riċevuta xi informazzjoni mibgħuta permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi, il-ħin tal-wasla għandu jkun
preżunt, sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra, li jkun dak reġistrat
fuq is-sistema tal-kompjuter uffiċjali.
(3) F’każ bil-provi ta’ diffikultajiet tekniċi fis-sistema tal-
kompjuter uffiċjali, il-Kummissarju jista’ jordna li kull prospett,
formola jew dokument ieħor mibgħuta permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiġu meqjusa bħala li
jkunu ġew mibgħuta f’data differenti minn dik reġistrata fuq is-
sistema tal-kompjuter uffiċjali.
Prova tal-kontenut 
ta’ l-informazzjoni.
12. Jekk għal kull skop li jkun, tkun meħtieġa prova tal-
kontenut ta’ xi informazzjoni mibgħuta permezz ta’
komunikazzjonijiet elettroniċi, il-kontenut għandu jkun preżunt,
sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra, li jkun dak reġistrat fuq is-
sistema tal-kompjuter uffiċjali.
Riserva. 13. Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma teħles lil xi persuna
minn xi obbligu jew responsabbiltà  imposti bl-artikolu 7 ta’ l-Att.
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME) ġ L.S.372.23 5
SKEDA A
(Regolament 5(1))
6 L.S.372.23 ħ
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME)
SKEDA B
(Regolament 6(2))
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME) ġ L.S.372.23 7
SKEDA Ċ
(Regolament 5(2))
8 L.S.372.23 ħ
KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI 
(TAXXA FUQ L-INCOME)
SKEDA E
(Regolament 7)
Lista ta’ faċilitajiet li għalihom tax representative jista’ jingħata
aċċess elettroniku mill-Kummissarju
1. Aċċess (view) għall-istatements ta’ taxxa u ta’ pagamenti tal-kumpannija.
2. Aċċess (view) għall-verifika ta’ jekk il-prospetti ta’ kumpannija ntbagħtux.
