MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 373.01
REGOLAMENTI KONTRA MONEY LAUNDERING
12 ta’Awissu, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 199 ta’ l-2003.
Titolu.
Money Laundering.
Tifsir.
''applikant għall-kummerċ'' tfisser persuna ġuridika jew naturali,
kemm jekk ikun qed taġixxi bħala prinċipal jew aġent, li tkun qed
tfittex li tifforma relazzjoni kummerċjali, jew li tagħmel xi
operazzjoni ma’ persuna li tkun qed taġixxi fil-kors jew ta’
kummerċ finanzjarju rilevanti jew ta’ attività  rilevanti;
Kap. 373.
''attività  kriminali'' għandha l-istess tifsir kif mogħti lill-frażi fl-
Att kontra Money Laundering;
''attività  rilevanti'' tfisser l-attività  ta’ dawn il-persuni ġuridiċi
jew naturali li ġejjin meta jkunu qegħdin jeżerċitaw il-professjoni
tagħhom:
(a) awdituri, accountants esterni u konsulenti dwar it-
taxxa;
(b) aġenti tal-proprjetà  immobbli;
(ċ) nutara u professjonisti legali indipendenti oħra għar-
rigward ta’ l-assistenza li jagħtu fl-ippjanar jew l-
eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet għall-klijenti tagħhom
dwar:
(i) ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli jew
entitajiet kummerċjali;
Kap. 370.
(ii) l-amministrazzjoni tal-flus, titoli jew kull attiv
ieħor tal-klijenti, kemm-il darba l-attività  ma
ssirx taħt liċenza maħruġa taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment;
(iii) il-ftuħ jew l-amministrazzjoni ta’ kontijiet tal-
bank, tifdil jew titoli;
(iv) l-organizzazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet meħtieġa
għall-ħolqien, it-tħaddim jew it-tmexxija ta’
kumpanniji;
(v) il-ħolqien, it-tħaddim jew it-tmexxija ta’ trusts,
kumpanniji jew strutturi bħal dawk;
jew billi jaġixxu f’isem u għall-klijent tagħhom f’xi
operazzjoni finanzjarja jew li tirrigwarda proprjetà
immobbli:
Iżda meta persuna naturali tkun qed twettaq xi
waħda mill-attivitajiet professjonali hawn qabel
imsemmija bħala impjegata ta’ persuna ġuridika, l-
obbligi taħt dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw
2 L.S.373.01 ħ MONEY LAUNDERING
għal dik il-persuna ġuridika;
Kap. 330.
(d) kumpanniji nominee u nominees li jkollhom liċenza li
jagħmluha ta’ attivisti jew trustees nominee,
awtorizzati taħt l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta;
(e) kummerċjanti ta’ ħaġar jew metall prezzjuż, jew
xogħlijiet ta’ l-arti jew oġġetti bħal dawk u rkantaturi
ġaladarba l-ħlas isir bi flus kontanti f’ammont daqs
ħamest elef lira Maltija (Lm 5,000) jew iżjed;
(f) xi attività  assoċjata ma’ attività  taħt il-paragrafi (a) sa
(d);
''awtorità  ta’ sorveljanza'' tfisser -
(a) il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
(b) l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta;
Kap. 371.
Kap. 376.
Kap. 370.
Kap. 403.
Kap. 404.
(ċ) l-awtorità  kompetenti nominata taħt l-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju, l-Att dwar Istituzzjonijiet
Finanzjarji, l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, l-Att
dwar l-Impriża ta’ l-Assigurazzjoni, jew l-Att dwar
Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjari Oħra;
Kap. 168.
Kap. 386.
(d) ir-Reġistratur tas-Soċjetajiet li jkun qed jaġixxi taħt l-
artikolu 193 ta’ l-Ordinanza dwar Soċjetajiet
Kummerċjali u taħt l-artikoli 403 sa 423 ta’ l-Att dwar
il-Kumpanniji;
Kap. 403. (e) spettur maħtur taħt l-artikolu 30 ta’ l-Att dwar l-
Impriża ta’ l-Assigurazzjoni;
Kap. 371.
(f) persuna maħtura taħt l-artikolu 20 jew l-artikolu 22 ta’
l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;
Kap. 376.
(g) persuna maħtura taħt l-artikolu 14 jew l-artikolu 15 ta’
l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji;
Kap. 370.
(h) persuna maħtura taħt l-artikolu 13 jew l-artikolu 14 ta’
l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 438.
Kap. 400.
L.S. 400.01
(i) l-Awtorità  dwar il-Lotteriji u l-Logħob taħt l-Att dwar
Lotteriji u Logħob Ieħor u l-Att dwar il-Logħob, ir-
Regolamenti dwar l-Att dwar il-Logħob, u r-
regolamenti kollha maħruġin taħt dawk l-Atti; u
Kap. 438. (j) spettur maħtur taħt l-artikolu 17 ta’ l-Att dwar Lotteriji
u Logħob Ieħor;
''ġurisdizzjoni ta’ fama'' tfisser kull pajjiż li jkollu miżuri
leġislattivi adatti għall-prevenzjoni ta’ money laundering, fil-qies
tas-sħubija ta’ dak il-pajjiż fi, jew kull dikjarazzjoni jew
akkreditament minn, organizzazzjoni internazzjonali rikonoxxuta
bħala li tistabbilixxi standards li jiġu aċċettati internazzjonalment
għall-prevenzjoni ta’ money laundering;
Kap. 386.
''grupp ta’ kumpanniji'' għandha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
lill-frażi ''kumpannija minn grupp'' fl-Att dwar il-Kumpanniji,
b’dan li għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti, għandha tinkludi
wkoll lil kull korp ġuridiku ieħor li jkun reġistrat jew li jopera
f’ġurisdizzjoni ta’ fama u li jkun jagħmel parti mill-grupp ta’
MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 3
kumpanniji u li jkollu iktar minn hekk il-liċenza jew ikun xort’oħra
awtorizzat taħt il-liġijiet ta’ dik il-ġurisdizzjoni li jiġġestixxi kull
attività  ekwivalenti jew għal kummerċ finanzjarju rilevanti jew
għal attività  rilevanti;
''Każ 1'' (negozjati) tfisser kull każ fejn in-negozjati jsiru bejn il-
partijiet bil-għan li tiġi ffurmata relazzjoni kummerċjali bejnithom;
''Każ 2'' (suspetti) tfisser kull każ fejn, għar-rigward ta’ xi
operazzjoni, persuna li tkun qed tittratta l-operazzjoni tkun taf jew
ikollha suspett li l-applikant għall-kummerċ ikun, jew jista’ jkun,
qed jagħmel money laundering, jew li l-operazzjoni tkun qegħda
ssir għal xi persuna oħra li tkun, jew tista’ tkun qed tagħmel money
laundering;
''Każ 3'' (operazzjoni kbira singola) tfisser kull każ fejn, għar-
rigward ta’ xi operazzjoni, ikun irid isir ħlas minn jew lill-
applikant għall-kummerċ fl-ammont ta’ ħamest elef lira Maltija
(Lm 5,000) jew iżjed;
''Każ 4'' (serje ta’ operazzjonijiet) tfisser kull każ fejn, għar-
rigward ta’ żewġ operazzjonijiet jew aktar -
(a) ikun jidher sa mill-bidu lil persuna li tkun qed tittratta
xi waħda mill-operazzjonijiet li -
(i) l-operazzjonijiet ikunu qed isiru mill-istess
persuna u jkunu ta’ l-istess xorta, u
(ii) l-ammont totali, għar-rigward ta’ l-
operazzjonijiet kollha, li jkun irid jitħallas minn
jew lill-applikant għall-kummerċ ikun ta’
ħamest elef lira (Lm 5,000) jew aktar; jew
(b) f’xi stadju aktar tard ikun jidher lil dik il-persuna li d-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (a)(i) u (ii) ikunu
twettqu;
Kap. 373.
''Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja'' għandha l-
istess tifsir kif inhu mogħti lill-frażi fl-Att konra Money
Laundering;
''kummerċ finanzjarju rilevanti'' tfisser -
Kap. 371.
(a) kull kummerċ bankarju jew kull kummerċ ta’
istituzzjoni monetarja elettronika, ġestit minn xi
persuna jew istituzzjoni li f’dak iż-żmien tkun
awtorizzata, jew meħtieġa li tkun awtorizzata, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;
Kap. 376.
(b) kull attività  ġestita minn persuna jew istituzzjoni li
f’dak iż-żmien tkun awtorizzata, jew meħtieġa li tkun
awtorizzata, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Istituzzjonijiet Finanzjarji;
Kap. 403.
Kap. 404.
(ċ) impriża ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja ġestita minn
persuna jew istituzzjoni li f’dak iż-żmien tkun
awtorizzata, jew meħtieġa li tkun awtorizzata, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Impriża ta’ l-
Assigurazzjoni, jew ta’ l-Att dwar Brokers fl-
Assigurazzjoni u Intermedjari Oħra;
4 L.S.373.01 ħ MONEY LAUNDERING
Kap. 370.
(d) kummerċ ta’ investiment ġestit minn persuna jew
istituzzjoni, li jkollha liċenza jew li tkun meħtieġa li
jkollha liċenza, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 370.
(e) skema ta’ investimet kollettiv li jkollha liċenza, jew li
tkun meħtieġa li jkollha liċenza, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment;
Kap. 370.
(f) kull attività  ġestita minn persuna konformement ma’
liċenza ta’ stockbroker valida maħruġa taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment;
Kap. 345.
(g) kull attività  ġestita minn persuna konformement ma’
liċenza valida ta’ Borża ta’ l-Investiment Rikonoxxuta
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq
Finanzjarji;
(h) kull attività  assoċjata ma’ kummerċ li jaqa’ taħt il-
paragrafi (a) sa (g);
Kap. 373.
''money laundering'' tfisser l-għemil ta’ xi att li jikkostitwixxi
reat taħt l-Att kontra Money Laundering, jew fil-każ ta’ att
magħmul xort’oħra milli f’Malta, ikun jikkostitwixxi dak ir-reat li
kieku kellu jsir f’Malta;
''persuna indikata'' tfisser persuna ġuridika jew naturali li tkun
jew qegħda twettaq kummerċ finanzjarju rilevanti jew attività
rilevanti;
''relazzjoni kummerċjali'' tfisser kull arranġament bejn żewġ
persuni jew iżjed, li għall-inqas wieħed minnhom ikun qed jaġixxi
fil-kors jew ta’ kummerċ finanzjarju rilevanti jew ta’ attività
rilevanti, meta -
(a) l-iskop jew l-effett ta’ l-arranġament ikun li jiffaċilita
kors ta’ trattativi frekwenti jew tas-soltu bejn il-
persuni involuti; u
(b) l-ammont totali ta’ xi pagament jew pagamenti li jkun
se jsir minn xi persuna lil xi persuna oħra fil-kors ta’
dak l-arranġament ma jkunx magħruf jew ma jkunx
jista’ jiġi aċċertat fiż-żmien li fih isir l-arranġament;
''relazzjoni kummerċjali stabbilita'' tfisser relazzjoni
kummerċjali iffurmata minn persuna li tkun qed taġixxi fil-kors jew
ta’ kummerċ finanzjarju rilevanti jew ta’ attività  rilevanti meta dik
il-persuna tkun akkwistat, taħt il-proċeduri minnha adottati skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, provi sodisfaċenti ta’
l-identità  tal-persuna li, relattivament għall-formazzjoni ta’ dik ir-
relazzjoni kummerċjali, kienet l-applikant għall-kummerċ;
Kap. 370.
''skema ta’ investiment kollettiv'', ''parteċipanti'' u ''units''
għandhom l-istess tifsir kif mogħti lil dawn il-frażijiet
rispettivament fl-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
''operazzjoni ta’ darba biss'' tfisser operazzjoni (inkluż il-ftuħ ta’
kont u faċilità  ta’ kustodja sigura) li ma tkunx operazzjoni li ssir
fit-twettiq ta’ xi relazzjoni kummerċjali stabbilita ffurmata minn
MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 5
persuna li tkun jew qegħda taġixxi filwaqt li tkun qed tagħmel xi
kummerċ finanzjarju rilevanti jew filwaqt ta’ xi attività  rilevanti.
Sistemi u taħriġ 
kontra money 
laundering.
3. (1) Ebda persuna indikata ma għandha tifforma relazzjoni
kummerċjali jew tagħmel xi operazzjoni ta’ darba biss ma’
applikant għall-kummerċ kemm-il darba dik il-persuna indikata:
(a) ma tadottax dawn il-proċeduri li ġejjin stabbiliti
relattivament għal dak il-kummerċ:
(i) proċeduri ta’ identifikazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
(ii) proċeduri ta’ żamma ta’ records skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti; u
(iii) proċeduri ta’ rapporti interni skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 10;
(b) ma tieħux miżuri adatti minn żmien għal żmien bil-
għan li l-impjegati jkunu konxji:
(i) mill-proċeduri taħt id-disposizzjoni tal-
paragrafu (a), u ta’ kull policy rilevanti oħra
adottata minnha; u
Kap. 373.
Laundering u ta’ dawn ir-regolamenti; u
(ċ) ma tipprovdix lill-impjegati minn żmien għal żmien
b’taħriġ fl-għarfien u l-immaniġġar ta’ operazzjonijiet
magħmula minn, jew f’isem, xi persuna li tkun, jew li
tidher li tkun, qed tagħmel money laundering.
(2) Persuna indikata li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux iżjed minn għoxrin elf lira Maltija (Lm 20,000) jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(3) Sabiex jiġi stabbilit jekk persuna indikata tkunx ħarset xi
waħda mill-ħtiġiet tas-subregolament (1), il-qorti tista’ tqis:
(a) kull linja direttiva jew proċedura rilevanti, maħruġa
jew adottata mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni
Finanzjarja bi ftehim ma’ awtorità  ta’ sorveljanza, li
tkun tapplika għal din il-persuna indikata; u
(b) fil-każ meta ma tkun tapplika ebda direzzjoni jew
proċedura li taqa’ taħt id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (a), kull linja direttiva oħra maħruġa minn
korp li jirregola, jew li jirrappreżenta, xi sengħa,
professjoni, kummerċ jew impieg ġestit mill-persuna
indikata.
(4) Fi proċedimenti kontra persuna indikata għal reat kontra
dan ir-regolament, dik il-persuna tista’ tiddefendi ruħha billi turi li
tkun ħadet il-miżuri raġonevoli kollha u wettqet kull diliġenza
xierqa sabiex jiġi evitat l-għemil ta’ dak ir-reat.
(5) F’dan ir-regolament, il-frażi ''impjegati'' tfisser impjegati li
d-dmirijiet tagħhom jinkludu ħidma konnessa jew ma’ kummerċ
finanzjarju rilevanti jew ma’ attività  rilevanti.
6 L.S.373.01 ħ MONEY LAUNDERING
Reati minn korpi 
korporati u 
ghaqdiet mhux 
korporati.
4. Meta jsir reat kontra d-disposizzjonijiet tar-regolament 3
minn korp jew għaqda oħra ta’ persuni, sew jekk dak il-korp jew
għaqda jkunu korporati sew jekk le, kull persuna li fiż-żmien tar-
reat kienet direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dak
ta’ dak il-korp jew għaqda, jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-
kariga, tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma ġġibx prova li r-
reat ikun sar mingħajr l-għarfien tagħha u li hija tkun eżerċitat kull
diliġenza xierqa biex ma tħallix ir-reat isir.
Proċeduri ta’ 
identifikazzjoni, 
relazzjonijiet 
kummerċjali u 
operazzjonijiet.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 6 u 8,
il-proċeduri ta’ identifikazzjoni li jsiru minn persuna indikata
għandhom jitqiesu li jkunu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament jekk fil-Każijiet 1 sa 4 jkunu jeħtieġu, kemm jista’ jkun
prattikament malajr wara li qabel ikun sar kuntatt bejn dik il-
persuna indikata u applikant għall-kummerċ dwar xi relazzjoni
kummerċjali partikolari jew transazzjoni ta’ darba biss -
(a) il-produzzjoni mill-applikant għall-kummerċ ta’ prova
sodisfaċenti ta’ l-identità  tiegħu; jew
(b) it-teħid ta’ dawk il-miżuri speċifikati fil-proċeduri li
jipproduċu dawk il-provi ta’ identità  u meta dawk il-
provi ma jinkisbux, il-proċeduri għandhom jeħtieġu li
l-kummerċ in kwistjoni ma għandux jimxi ’il quddiem
jew għandu jimxi ’il quddiem biss skond kull ordni li
tista’ tingħata mill-Korp għall-Analisi ta’
Informazzjoni Finanzjarja.
Mingħajr ebda preġudizzju għal dak hawn qabel imsemmi,
meta li tiddeżisti f’dik il-manjiera jkun impossibbli jew jista’
jfixkel sforzi ta’ investigazzjoni ta’ suspett ta’ xi operazzjoni ta’
money laundering, dak il-kummerċ għandu jimxi ’il quddiem bil-
kondizzjoni li minnufih isir rapport lill-Korp għall-Analisi ta’
Informazzjoni Finanzjarja skond ir-regolament 11.
(2) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti il-provi ta’ identità
għandhom jitqiesu li jkunu sodisfaċenti jekk -
(a) il-provi jkunu jistgħu raġonevolment jistabbilixxu li l-
applikant ikun il-persuna li huwa jgħid li hu; u
(b) il-persuna li tikseb il-provi tkun sodisfatta, skond il-
proċeduri u l-policies interni stabbiliti tal-kummerċ in
kwistjoni, illi hija tistabbilixxi dak il-fatt.
(3) Sabiex jiġi stabbilit għall-finijiet a’ dawn ir-regolamenti
x’ikun raġonevolment prattikabbli relattivament għal xi relazzjoni
kummerċjali jew operazzjoni ta’ darba biss, għandhom jitqiesu ċ-
ċirkostanzi kollha inklużi, b’mod partikolari:
(a) ix-xorta tar-relazzjoni kummerċjali jew ta’ l-
operazzjoni in kwistjoni hekk li persuna indikata tkun
tista’ tistabbilixxi l-profil kummerċjali ta’ l-applikant
għall-kummerċ;
(b) jekk ikunx possibbli li jinkisbu provi qabel ma jsiru xi
impenji bejn iż-żewġ partijiet jew qabel il-bdil ta’ flus;
u
(ċ) relattivament għall-Każ 3 (operazzjoni kbira singola)
jew għall-Każ 4 (serje ta’ operazzjonijiet kbar), l-
MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 7
istadju l-aktar bikri li fih ikun hemm tassew għaliex
persuna tissoponi li l-ammont totali li jitħallas minn
applikant għall-kummerċ ikun ta’ ħamest elef lira
Maltija (Lm 5,000) jew iżjed.
(4) Meta, wara l-proċeduri ta’ identifikazzjoni taħt dawn ir-
regolamenti, f’relazzjoni kummerċjali stabbilita, ikun hemm dubji
jew isiru bidliet fiċ-ċirkostanzi li jkunu jipprevalu f’dik ir-
relazzjoni kummerċjali stabbilita, għaldaqstant il-proċess ta’
identifikazzjoni għandu jiġi ripetut skond dawn ir-regolamenti.
(5) Persuni indikati għandhom jeżaminaw b’attenzjoni speċjali
kull operazzjoni komplessa jew kbira u kull operazzjoni li x’aktarx
ikollhom x’jaqsmu, mix-xorta tagħhom stess, mal-money
laundering.
Proceduri ta’ 
identifikazzjoni, 
ħlas, eċċ.
6. (1) Meta applikant għall-kummerċ ikun meħtieġ, minbarra
dan is-subregolament, taħt il-proċeduri ta’ identifikazzjoni skond
id-disposizzjonijiet tar-regolament 5, iġib provi dwar l-identità
tiegħu, imma -
(a) iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jkun irid isir ħlas mill-
applikant għall-kummerċ; u
(b) ikun fiċ-ċirkostanzi kollha raġonevoli -
(i) li l-ħlas jintbagħat bil-posta jew b’mezzi
elettroniċi li jkunu effettivi għat-trasferiment ta’
fondi; jew
(ii) li d-dettalji tal-ħlas jintbagħtu bil-posta,
jingħataw bit-telefon jew jingħataw b’xi mezz
elettroniku ieħor,
Kap. 371.
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (3), il-fatt li l-
ħlas ikun addebitat minn kont miżmum f’isem l-applikant
f’istituzzjoni ta’ kreditu fil-kuntest ta’ l-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar
il-Kummerċ Bankarju, ikun biżżejjed biex dan jikkostitwixxi l-
prova meħtieġa dwar l-identità .
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1)(b), ikun immaterjali
jekk il-ħlas jew id-dettalji tiegħu jintbagħtux jew jiġux mogħtija lil
persuna indikata jew lil xi persuna oħra li taġixxi f’ismu.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) ma jkollhomx
effett sal-limitu li:
(a) Każ 2 (suspett) ikun japplika għaċ-ċirkostanzi tal-ħlas;
jew
Kap. 371.
(b) il-ħlas isir minn persuna fil-kors ta’ ftuħ ta’ kont ma’
istituzzjoni ta’ kreditu fil-kuntest ta’ l-artikolu 2(1) ta’
l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju.
Proċeduri ta’ 
identifikazzjoni 
f’isem ħaddieħor.
7. (1) Bla ħsara għall-eżenzjonijiet li hemm provdut
dwarhom fir-regolament 8, id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament japplikaw għar-rigward ta’ persuna indikata meta
applikant għall-kummerċ ikun jew jidher li jkun qed jaġixxi
xort’oħra milli bħala prinċipal.
(2) Fil-proċeduri kollha ta’ identifikazzjoni adottati minn
persuna indikata, jitqies li jkun skond dan ir-regolament jekk, f’każ
8 L.S.373.01 ħ MONEY LAUNDERING
li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1):
(a) dawn ikunu jeħtieġu miżuri raġonevoli biex tiġi
stabbilita l-identità  ta’ xi persuna li l-applikant għall-
kummerċ ikun qed jaġixxi f’isimha b’żieda ma’ l-
identifikazzjoni ta’ l-applikant għall-kummerċ; u
(b) dawn ikunu jeħtieġu li, fejn dawk il-miżuri ma jkunux
jistgħu jittieħdu, ir-relazzjoni kummerċjali jew
operazzjoni timxi biss ’il quddiem bil-mod provdut
taħt ir-regolament 5(1).
(3) Sabiex jiġi stabbilit, għall-finijiet tas-subregolament (2),
x’jikkostitwixxi miżuri raġonevoli f’xi każ partikolari, għandha
titqies xi tkun l-aħjar prattika li, f’dak iż-żmien, għandha tkun
segwita fil-kamp tal-kummerċ rilevanti u li tkun applikabbli għaċ-
ċirkostanzi tal-każ.
(4) Għall-finijiet tas-subregolament (2), ikun raġonevoli għal
persuna indikata li tikseb mingħand l-applikant għall-kummerċ
dikjarazzjoni bil-miktub, li magħha jkun hemm prova
dokumentarja li ssostni dak li jkun qed jingħad, li fiha huwa jiżvela
identifikazzjoni sodisfaċenti tal-prinċipal tiegħu:
Iżda -
(i) meta l-prinċipal ikun korp magħqud, għandha
wkoll tiġi żvelata identifikazzjoni tad-diretturi
kollha u ta’ l-azzjonisti kwalifikanti. Għall-fini
ta’ dan ir-regolament shareholding kwalifikanti
tfisser shareholding b’10% jew iżjed mill-ishma
ta’ ekwità  tal-prinċipal;
(ii) l-applikant għall-kummerċ ikun awtorizzat kif
imiss bil-miktub mill-prinċipal.
(5) (a) Meta l-applikant għall-kummerċ ikun qed jaġixxi
f’isem korp magħqud, li jkollu shareholding li jinkludi
shareholding kwalifikanti kif imfisser fis-
subregolament (4) li jkun miżmum taħt arranġament ta’
nominee, trustee jew xi arranġament fiduċjarju ieħor,
persuna indikata ma għandhiex tidħol għal xi kummerċ
ma’, jew tipprovdi xi servizz lil, dak l-applikant għall-
kummerċ kemm-il darba dak l-applikant għall-
kummerċ ma jiżvelax l-identità  tas-sidien benefiċi jew
tal-benefiċjarji tax-shareholding kwalifikanti u jġib id-
dokumentazzjoni ta’ identifikazzjoni awtentikat
rilevanti. Dawk il-proċeduri ta’ żvelar għandhom ikunu
wkoll japplikaw fejn ikun hemm tibdiliet fis-sidien
benefiċi jew fil-benefiċjarji.
(b) Meta l-applikant għall-kummerċ ikun qiegħed jaġixxi
bħala azzjonist jew trustee nominee, jew taħt xi
arranġament fiduċjarju ieħor, persuna indikata ma
għandhiex tidħol għal xi kummerċ ma’ jew tipprovdi xi
servizz lil dak l-applikant għall-kummerċ kemm-il
darba dak l-applikant għall-kummerċ ma jiżvelax l-
identità  tas-sidien benefiċi ta’ l-ishma li huwa jkollu
jew tal-benefiċjarji tat-trust jew tal-prinċipal tiegħu,
MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 9
skond il-każ, u jipproduċi d-dokumentazzjoni ta’
identifikazzjoni awtentikata rilevanti. Dawk il-
proċeduri ta’ żvelar għandhom ukoll japplikaw fejn
ikun hemm bidliet fis-sidien benefiċi, fil-benefiċjarji
jew tal-prinċipal.
(6) Applikant għall-kummerċ li jagħmel dikjarazzjoni falza
għall-finijiet ta’ dan ir-regolament ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf lira Maltija
(Lm20,000) jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sentejn
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Proċeduri ta’ 
identifikazzjoni, 
eżenzjonijiet.
8. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2),
il-proċeduri ta’ identifikazzjoni taħt id-disposizzjonijet ta’ dawn ir-
regolamenti ma għandhomx jeħtieġu li jittieħdu xi miżuri biex
jinkisbu provi ta’ l-identità  ta’ xi persuna -
(a) meta jkun hemm raġunijiet biżżejjed li juru li l-
applikant għall-kummerċ ikun persuna li tkun
awtorizzata tiġġestixxi kummerċ finanzjarju rilevanti
jew tkun persuna li jkollha liċenza jew tkun xort’oħra
awtorizzata taħt il-liġijiet ta’ ġurisdizzjoni ta’ fama li
tiġġestixxi kull attività  li tkun ekwivalenti għal
kummerċ finanzjarju rilevanti;
(b) meta xi operazzjoni tiġi ġestita flimkien ma’ terza
parti konformement ma’ introduzzjoni li ssir minn
persuna li għar-rigward tagħha jkun hemm raġunijiet
biżżejjed li juru li dik il-persuna tkun awtorizzata
tiġġestixxi kummerċ finanzjarju rilevanti jew tkun
persuna li jkollha liċenza jew tkun xort’oħra
awtorizzata taħt il-liġijiet ta’ ġurisdizzjoni ta’ fama li
tiġġestixxi xi attività  li tkun ekwivalenti għal kummerċ
finanzjarju rilevanti, u li tipprovdi l-isem tat-terza
persuna u tagħti assigurazzjoni li tkun kisbet provi
dwar l-identità  tat-terza persuna:
Iżda l-persuna indikata għandha tiżgura li kull
dokumentazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ sostenn tkun
disponibbli jew tista’ ssir disponibbli jekk l-
awtoritajiet rilevanti hekk jeħtieġu;
(ċ) għar-rigward ta’ kummerċ ta’ assigurazzjoni fuq il-
ħajja li dwaru jitħallas premium f’daqqa ta’ ammont
ta’ mhux iżjed minn elf lira Maltija (Lm 1,000);
(d) għar-rigward ta’ kummerċ ta’ assigurazzjoni fuq il-
ħajja li dwaru jitħallas premium prejodiku u meta t-
total li jitħallas dwar xi sena kalendarja ma jkunx iżjed
minn ħames mitt lira Maltija (Lm 500); u
(e) għar-rigward ta’ poloz ta’ assigurazzjoni dwar skemi
tal-pensjoni li jsiru bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ impieg
jew minħabba fix-xogħol li jagħmel l-assigurat:
Iżda dawk il-poloz ma għandu jkun fihom ebda
klawżola ta’ ċessjoni u ma jistgħux jiġu użati bħala
kollaterali għal xi self.
(2) Ebda ħaġa li tinsab f’dan ir-regolament ma għandha
10 L.S.373.01 ħ MONEY LAUNDERING
tapplika f’ċirkostanzi li jaqgħu taħt Każ 2 (suspett).
Proċeduri ta’ 
żamma ta’ records.
9. (1) Il-proċeduri ta’ żamma ta’ records mantenuti minn
persuna indikata għandhom jitqiesu li jkunu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jekk ikunu jipprovdu għaż-
żamma, għall-perjodu preskritt, ta’ dawn ir-records li ġejjin:
(a) għar-rigward ta’ xi relazzjoni kummerċjali li tiġi
ffurmata jew ta’ operazzjoni ta’ darba biss li tiġi
ġestita, record li jkun jindika ix-xorta tal-prova ta’ l-
identità  ta’ persuna miksub taħt proċeduri mantenuti
skond dawn ir-regolamenti, u li jkun fih kopja tal-
provi ta’ l-identità  u li jkun jipprovdi informazzjoni
biżżejjed biex ikunu jistgħu jinkisbu mill-ġdid id-
dettalji dwar l-identità  ta’ persuni li jkunu jinsabu fil-
provi rilevanti;
(b) record li jkun fih dettalji dwar il-kummerċ kollu li
jkun sar minn dik il-persuna filwaqt li tkun għaddejja
relazzjoni kummerċjali stabbilita.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), il-perjodu ordnat
għandu jkun il-perjodu ta’ mill-inqas ħames snin li jibdew
għaddejin -
(a) relattivament għal dawk ir- records li hemm deskritti
fil-paragrafu (a), mid-data li fiha jkun tlesta l-
kummerċ rilevanti; u
(b) relattivament għal dawk ir- records li hemm deskritti
fil-paragrafu (b), mid-data li fiha jkunu tlestew it-
trattativi kollha li jkunu għaddejin filwaqt li tkun qed
issir l-operazzjoni in kwistjoni:
Iżda għar-rigward ta’ records relattivi għal operazzjoni ta’
darba biss jew serje ta’ operazzjonijiet ta’ darba biss, il-perjodu
hawn qabel imsemmi ta’ mill-inqas ħames snin għandu jibda
għaddej mid-data tat-tlestija ta’ l-operazzjoni ta’ darba biss jew l-
aħħar minn serje ta’ operazzjonijiet ta’ darba biss.
(3) Għall-finijiet tas-subregolament (2)(a) id-data meta jitlesta
l-kummerċ rilevanti għandha, skond il-każ, titqies bħala d-data
meta -
(a) f’ċirkostanzi li jaqgħu taħt Każ 1 (negozjati), it-tlestija
tar-relazzjoni kummerċjali li għar-rigward tal-
formazzjoni tagħha jkun inġabar ir- record taħt dan ir-
regolament, 
(b) f’ċirkostanzi li jaqgħu taħt Każ 2 (suspett) jew Każ 3
(operazzjoni kbira singola), l-għemil ta’ l-operazzjoni
ta’ darba biss jew l-aħħar minn serje ta’
operazzjonijiet ta’ darba biss li dwarha jkun inġabar ir-
record taħt dan ir-regolament, u
(ċ) f’ċirkostanzi li jaqgħu taħt Każ 4 (serje ta’
operazzjonijiet), l-għemil ta’ l-aħħar operazzjoni ta’
darba biss f’serje ta’ operazzjonijiet ta’ darba biss li
dwarha jkun inġabar ir-record taħt dan ir-regolament,
u meta l-formalitajiet meħtieġa biex titlesta relazzjoni kummerċjali
MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 11
ma jkunux ġew osservati, imma jkun skada żmien ta’ ħames snin
mid-data meta tkun saret l-aħħar operazzjoni filwaqt ta’ dik ir-
relazzjoni, għaldaqstant id-data ta’ dik it-operazzjoni għandha tiġi
ttrattata bħala d-data meta jkun tlesta l-kummerċ rilevanti.
Proċeduri ta’ 
rapporti interni.
10. (1) Il-proċeduri ta’ rapporti interni mantenuti minn
persuna indikata għandhom jitqiesu li jkunu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu jipprovdu
dwar -
(a) uffiċjal li jirrapporta li jkun impjegat minn persuna
indikata li għandu jsirilha rapport ta’ kull
informazzjoni jew ħaġ’oħra li twassal għall-għarfien
jew suspett li xi persuna oħra tkun qegħda tagħmel
money laundering;
(b) il-konsiderazzjoni ta’ dak ir-rapport mill-uffiċjal li
jirrapporta jew minn xi impjegat maħtur għaldaqstant
ieħor tal-persuna indikata, skond kull informazzjoni
rilevanti oħra, bil-għan li jiġi stabbilit jekk l-
informazzjoni jew ħaġ’oħra li tkun tinsab fir-rapport
tkunx twassal jew le għal għarfien jew suspett li
persuna oħra tkun qed tagħmel money laundering;
(ċ) l-aċċess raġonevoli li uffiċjal li jirrapporta jew
impjegat maħtur għaldaqstant ieħor ikollu għal
informazzjoni li tkun għand il-Persuna Indikata u li din
tista’ tkun ta’ għajnuna għall-finijiet ta’
konsiderazzjoni tar-rapport; u
(d) il-proċedura li biha kull għarfien jew suspett li persuna
oħra tkun qed tagħmel money laundering kif stabbilit
mill-uffiċjal li jirrapporta jew minn xi impjegat maħtur
għaldaqstant ieħor jiġi rrappurtat skond ir-regolament
11.
(2) Uffiċjal li jirrapporta jew impjegat maħtur għaldaqstant
ieħor tal-persuna indikata jista’ jiżvela informazzjoni li jkun kiseb
fil-kors ta’ proċeduri ta’ rapporti interni taħt dawn ir-regolamenti
lill-uffiċjal li jirrapporta jew lil impjegat maħtur għaldaqstant ieħor
ta’ persuna indikata oħra jew persuni indikati oħrajn li jkunu
jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji tal-persuna indikata
ta’ qabel.
(3) Għandha awtorità  ta’ sorveljanza tadotta proċeduri ta’
rapporti interni skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1).
Jekk awtorità  ta’ sorveljanza tonqos milli tadotta dawn il-proċeduri
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, dan ma jkunx
jikkostitwixxi reat imma jistgħu jittieħdu proċeduri dixxiplinari
kontra l-uffiċjali jew l-impjegati involuti.
(4) Kull uffiċjal jew impjegat ta’ persuna indikata jew awtorità
ta’ sorveljanza li jiżvela lill-persuna involuta jew lil xi terza parti li
ma jkunx l-uffiċjal li jirrpporta jew impjegat maħtur għaldaqstant
ieħor kif hemm imsemmi fis-subregolament (2) li tkun qed issir
investigazzjoni konformement mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament, jew li tkun ġiet mgħoddija informazzjoni lill-Korp
għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja konformement ma’ dan
ir-regolament jew mar-regolament 11, ikun ħati ta’ reat u jista’,
12 L.S.373.01 ħ MONEY LAUNDERING
meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf lira
Maltija (Lm 20,000) jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Rapportaġġ ta’ 
evidenza ta’ money 
laundering.
11. (1) Meta awtorità  ta’ sorveljanza, sew filwaqt li tkun
għaddejja bil-ħidma tagħha ta’ sorveljanza sew b’xi mod ieħor li
jkun, jew persuna indikata -
(a) tikseb xi informazzjoni, u
(b) tkun tal-fehma li dik l-informazzjoni tkun tindika li xi
persuna jkollha jew setgħet kienet qegħda tagħmel
money laundering, 
dik l-awtorità  ta’ sorveljanza jew persuna indikata għandha, kemm
jista’ jkun raġonevolment prattikabbli malajr, tiżvela dik l-
informazzjoni, bis-sostenn tad-dokumentazzjoni ta’
identifikazzjoni rilevanti, lill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni
Finanzjarja.
(2) Persuni identifikati li jkunu għaddejin b’attività  rilevanti
taħt il-paragrafu (a) jew il-paragrafu (ċ) tat-tifsira ta’ ''attività
rilevanti'' ma għandhomx ikunu marbuta bid-disposizzjonijiet tas-
subregolament (1) jekk dik l-informazzjoni tiġi riċevuta jew
miksuba filwaqt li tkun qegħda tiġi aċċertata l-pożizzjoni legali
għall-klijent tagħhom jew ikunu qegħdin jaqdu r-responsabbiltà
tagħhom li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi
proċeduri ġudizzjarji, jew f’dak li jirrigwardhom, inklużi pariri fuq
l-għemil jew l-evitar ta’ proċeduri, kemm jekk dik l-informazzjoni
tiġi riċevuta jew miksuba qabel, matul jew wara dawk il-proċeduri.
Użu ta’ 
informazzjoni 
żvelata.
12. Kull informazzjoni mikxufa taħt dawn ir-regolamenti
għandha tintuża biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’
investigazzjonijiet dwar attivitajiet ta’ money laundering.
Eżoneru mid-dmir 
ta’ segretezza 
professjonali.
13. Komunikazzjoni jew żvelar bonafidi li jsiru minn awtorità
ta’ sorveljanza jew minn persuna indikata jew minn impjegat jew
direttur ta’ awtorità  ta’ sorveljanza jew persuna indikata bħal dik
skond dawn ir-regolamenti ma għandhomx jiġu ttrattati bħala ksur
tad-dmir ta’ segretezza professjonali jew ta’ xi restrizzjoni oħra
(sew jekk imposta b’xi statut jew xort’oħra) dwar l-iżvelar ta’
informazzjoni u ma għandhiex tkun tinvolvi lil dik l-awtorità  ta’
sorveljanza jew persuna indikata jew lid-diretturi jew l-impjegati
ta’ dik l-awtorità  ta’ sorveljanza jew persuna indikata f’xi
responsabbiltà  ta’ liema xorta tkun.
Regolament ta’ 
proċeduri.
14. Il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja, bi
ftehim ma’ l-awtorità  ta’ sorveljanza rilevanti, jista’ jirregola l-
proċeduri skond ma jista’ jkun meħtieġ biex id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti jinġiebu fis-seħħ. Dawk il-proċeduri
għandhom jorbtu lil persuni li jkunu qegħdin jagħmlu xi kummerċ
finanzjarju rilevanti jew xi attività  rilevanti.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
15. Ebda ħaġa li tinsab f’dawn ir-regolamenti ma għandha
teħtieġ li persuna li tkun qegħda tagħmel xi attività  rilevanti
għandha tagħmel proċeduri skond dawn ir-regolamenti li jkunu
jeħtieġu li jinkisbu provi, relattivament għal xi relazzjoni
kummerċjali ffurmata minnha qabel id-data meta jibdew iseħħu
MONEY LAUNDERING ġ L.S.373.01 13
dawn ir-regolamenti, dwar l-identità  tal-persuna li magħha tkun
ġiet iffurmata dik ir-relazzjoni, u kull relazzjoni bħal dik għandha
tiġi trattata bħallikieku kienet relazzjoni kummerċjali stabbilita:
Iżda meta jkun hemm xi dubju jew ikunu saru tibdiliet fiċ-
ċirkostanzi li jinkwadraw fihom ir-relazzjoni kummerċjali
stabbilita, il-proċess ta’ identifikazzjoni għandu jsir skond dawn ir-
regolamenti.
