DRITTIJIET LI JITĦALLSU F’ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI ġ L.S.376.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 376.03
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET LI JITĦALLSU 
F’ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI
1 ta’ Jannar, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 217 ta’ l-2003.
Titolu.
Drittijiet li jitħallsu f’Istituzzjonijiet Finanzjarji.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 376.
u l-kliem u l-frażijiet li huma wkoll użati fl-Att għandhom ikollhom
l-istess tifsira kif għandhom fl-Att.
Dritt għall-
applikazzjoni u l-
ipproċessar ta’ l-
applikazzjoni.
3. Istituzzjoni finanzjarja li tapplika għand l-awtorità
kompetenti għal liċenza taħt l-Att għandha, meta tippreżenta l-
applikazzjoni, kemm jekk il-liċenza eventwalment tingħata u kemm
jekk ma tingħatax, tħallas lill-awtorità  kompetenti l-ammont ta’
Lm300 bħala dritt għall-applikazzjoni u l-ipproċessar tagħha.
Dritt għall-għoti ta’ 
liċenza.
4. Istituzzjoni finanzjarja li tingħata liċenza skond l-Att
għandha tħallas dritt għall-għoti ta’ liċenza ta’ Lm500 lill-awtorità
kompetenti meta tingħata dik il-liċenza.
Dritt għas-
superviżjoni.
5. Istituzzjoni finanzjarja li jkollha liċenza taħt l-Att għandha
ta’ kull sena tħallas lill-awtorità  kompetenti dritt għas-superviżjoni
ekwivalenti għal 0.000142 tat-total tal-partiti li jidhru fuq il-karta
tal-bilanċ kif rappurtati lill-awtorità  kompetenti skond id-Direttiva
Bankarja BD/06 fl-aħħar tas-sena li tippreċedi s-sena
immedjatament qabel dik meta għandu jitħallas id-dritt:
Iżda, l-ammont illi għandu jitħallas kull sena mill-
istituzzjoni finanzjarja bħala dritt għas-superviżjoni ma għandu, fl-
ebda każ, ikun inqas minn Lm750:
Iżda wkoll, l-ewwel ħlas tad-dritt għas-superviżjoni li
għandu jsir minn istituzzjoni finanzjarja illi tingħata liċenza wara l-
1 ta’ Jannar, 2004 għandu jkun ekwivalenti għal proporzjon ta’ dak
id-dritt li kien ikollu jitħallas ghas-sena kalendarja kollha meta
tkun ingħatat il-liċenza. Id-dritt li għandu jitħallas għandu jkun
proporzjonali skond il-perjodu ta’ żmien li jkun jifdal bejn id-data
ta’ meta tkun ingħatat il-liċenza u t-tmiem ta’ dik is-sena
kalendarja.
Ħlas tad-dritt għas-
superviżjoni.
6. Id-dritt ghas-superviżjoni dovut ta’ kull sena skond ir-
regolament 5 għandu jitħallas lill-awtorità  kompetenti fl-1 ta’
Jannar ta’ kull sena.
Disposizzjoni 
transitorja.
7. Meta jinħadem id-dritt għas-superviżjoni li għandu
jitħallas fl-ewwel sena, l-awtorità  kompetenti għandha takkredita
lill-istituzzjoni finanzjarja bi proporzjon tad-dritt annwali ta’
liċenza li tkun diġà  tħallset mill-istituzzjoni finanzjarja fl-2003 taħt
ir-regolamenti kif ikunu fis-seħħ matul dik is-sena. Il-proporzjon
2 L.S.376.03 ħ DRITTIJIET LI JITĦALLSU F’ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI
tad-dritt li jiġi akkreditat għandu jkun il-proporzjon tad-dritt hekk
imħallas għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awissu, 2004.
Ħlas lura ta’ 
drittijiet.
8. L-ebda wieħed mid-drittijiet li joħorġu mir-regolamenti 3,
4, u 5 ma għandhom, ġaladarba jitħallsu, f’ebda ċirkostanza
jitħallsu lura.
