TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 378.01
REGOLI DWAR IT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET 
TAL-KONSUMATURI
16 ta’ Jannar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 8 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 284 ta’ l-
2000.
Regola 1 - Titolu
Titolu.
Talbiet tal-Konsumaturi.
Regola 2 - Tifsiriet
2. F’dawn ir-regoli kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 378.
"Direttur" tfisser id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur;
"drittijiet preskritti" tfisser id-drittijiet li jkollhom jitħallsu minn
xi parti kif jista’ jiġi stabbilit fl-Ewwel Skeda jew kull regola oħra
li ssir skond ma hemm fl-Att;
"Formola" tfisser kull waħda minn dawk il-formoli li hemm
speċifikati fit-Tieni Skeda;
"intimat" huwa l-persuna, sew jekk konsumatur jew
kummerċjant, li kontrih issir it-talba;
"jiem" tfisser, kemm-il darba ma jingħadx mod ieħor, jiem wara
xulxin u tinkludi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-vaganzi pubbliċi kollha;
Kap. 12.
"kontro-talba" tfisser talba li ssir minn intimat kontra rikorrent;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
konsumatur;
"ordni ta’ inadempjenza" tfisser deċiżjoni tat-Tribunal fuq il-
kwistjonijiet li jkun hemm quddiemu wara li xi parti tonqos milli
twieġeb, jew tammetti, talba jew kontro-talba li tkun ġiet notifikata
bihom;
"qorti" tfisser kull qorti jew tribunal ieħor ta’ ġurisdizzjoni
ċivili;
"rikorrent" tfisser il-persuna, sew jekk konsumatur jew
kummerċjant, li tagħmel it-talba;
"Segretarju" tinkludi lil kull Deputat Segretarju maħtur skond l-
Att;
"Tribunal" tfisser Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi
mwaqqaf bis-saħħa ta’ l-Att.
2 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Regola 3 - Kif Tagħmel Talba
Kif timla avviż tat-
talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
3.1. Meta rikorrent jagħmel talba huwa għandu jimla Avviż tat-
Talba (Formola 1), skond id-direzzjonijiet mogħtija fl-istess
formola u jippreżentaha fir-Reġistru tat-Tribunal kompetenti. Ir-
rikorrent għandu flimkien ma’ l-Avviż tat-Talba jippreżenta nota
mid-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur jew minn għaqda ta’
konsumaturi reġistrata, skond il-każ, li fiha jiġi dikjarat li t-talba
tkun inġiebet quddiem id-Direttur jew quddiem l-għaqda ta’
konsumaturi reġistrata u li wara dan ma jkun intlaħaq ebda ftehim
dwar il-kwistjonijiet konċernati.
Ir-rikorrent jista’ 
jfittex lil aktar 
minn intimat 
wieħed.
3.2. Rikorrent jista’ fl-Avviż tat-Talba jfittex lil iktar minn
intimat wieħed kemm-il darba t-talba kontra kull wieħed mill-
intimati jkollha x’taqsam jew tkun tirrigwarda s-suġġett oriġinali
tat-talba.
Ir-rikorrent għandu 
jelenka x-xhieda 
tiegħu.
3.3. Fl-Avviż tat-Talba tiegħu ir-rikorrent għandu jelenka kull
xhud li jkun bi ħsiebu jitlob sabiex jixhed matul il-proċedimenti.
Jekk ir-rikorrent ikun irid jipproduċi xhud li ma jkunx qabel ġie
elenkat, huwa għandu jitlob lill-Arbitru billi juża Applikazzjoni
Vojta (Formola 7) sabiex jiġi awtorizzat jipproduċi lil dak ix-xhud.
Dik l-applikazzjoni għandha f’kull każ tiġi preżentata mill-inqas
sebat ijiem qabel il-jum meta jkollhom jibdew il-proċedimenti.
X’jiġri meta 
titwarrab parti mit-
talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
3.4. Meta l-valur ta’ talba jkun ta’ iktar minn elf u ħames mitt
lira, rikorrent jista’ jipproċedi bit-talba tiegħu quddiem Tribunal
jekk huwa jiddikjara fl-Avviż tat-Talba tiegħu li huwa jkun qiegħed
iwarrab dik il-parti mit-talba tiegħu li tkun teċċedi l-elf u ħames
mitt lira.
Liema dokumenti 
għandhom jiġu 
notifikati meta ssir 
talba.
3.5. Ir-rikorrent għandu jinnotifika permezz tas-Segretarju lil
kull wieħed mill-intimati msemmija fl-Avviż tat-Talba:
3.5.1. b’kopja ta’ l-Avviż tat-Talba; u
3.5.2. b’Risposta (Formola 2) vojta.
Regola 4 - Kif Twieġeb Talba
Żmien li matulu l-
intimat jista’ 
jwieġeb.
4.1. L-intimat għandu tmintax-il jum biex iwieġeb għal talba li
jibdew għaddejjin mill-jum meta huwa jiġi notifikat bl-Avviż tat-
Talba. Jekk l-intimat jonqos milli jwieġeb, ir-rikorrent jista’, skond
ir-regola 6, jirrikorri lejn it-Tribunal sabiex tinħareġ ordni ta’
inadempjenza kontra l-intimat.
X’għandu jagħmel 
l-intimat biex 
iwieġeb.
4.2. Meta jkun qed iwieġeb l-intimat għandu jimla Risposta
(Formola 2) skond id-direzzjonijiet mogħtija fuq il-formola. Ir-
Risposta mbagħad tiġi preżentata fir-Reġistru tat-Tribunal fejn ikun
ġie l-ewwel preżentat l-Avviż tat-Talba.
L-intimat għandu 
jelenka x-xhieda 
tiegħu.
4.3. Fir-Risposta tiegħu l-intimat għandu jelenka x-xhieda
kollha li jkun bi ħsiebu jipproduċi biex jixhdu matul il-
proċedimenti. Jekk ir-rikorrent ikun irid jipproduċi xhud li ma
jkunx qabel ġie elenkat, huwa għandu jitlob lill-Arbitru billi juża
Applikazzjoni Vojta (Formola 7) sabiex jiġi awtorizzat jipproduċi
lil dak ix-xhud. Dik l-applikazzjoni għandha f’kull każ tiġi
preżentata mill-inqas sebat ijiem qabel il-jum meta jkollhom
jibdew il-proċedimenti.
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 3
X’jiġri jekk l-
intimat jammetti t-
talba jew iħallas.
4.4. Jekk wara li jiġi notifikat bl-Avviż tat-Talba l-intimat
jammetti t-talba jew iħallas, huwa xorta jibqa’ responsabbli li
jħallas lir-rikorrent kull nefqa li r-rikorrent ikun għamel sabiex
iressaq it-talba tiegħu quddiem it-Tribunal.
Notifika tar-
risposta u jekk ikun 
hemm tal-kontro-
talba.
4.5. L-intimat għandu jinnotifika lir-rikorrent permezz tas-
Segretarju:
4.5.1. b’kopja tar-Risposta tiegħu; u
4.5.2. jekk l-intimat ikun għamel kontro-talba flimkien
mar-Risposta tiegħu skond ir-regola 5, b’kopja ta’
l-Avviż tat-Talba li tkun saret mill-intimat u
b’Risposta (Formola 2) vojta.
Regola 5 - Kif Tagħmel Kontro-Talba
Kif issir kontro-
talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
5.1. Flimkien mar-Risposta tiegħu intimat jista’ wkoll jagħmel
kontro-talba kontra r-rikorrent billi jimla’ Avviż tat-Talba
(Formola 1) skond id-direzzjonijiet mogħtija fuq il-formola. Il-
kontro-talba għandu jkollha x’taqsam jew tkun tirrigwarda t-talba li
tkun saret kontra l-intimat, u l-valur tal-kontro-talba ma għandux
ikun jeċċedi l-elf u ħames mitt lira.
Kif tiġi notifikata 
kontro-talba.
5.2. Ir-rikorrent jiġi notifikat b’kopja tar-Risposta flimkien ma’
l-Avviż tat-Talba li jkun sar mill-intimat, u dan skond ir-regola 4.5.
X’jiġri meta 
titwarrab parti 
mill-kontro-talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
5.3. Meta l-valur tal-kontro-talba jkun ta’ iktar minn elf u
ħames mitt lira, l-intimat jista’ jipproċedi bit-talba tiegħu quddiem
it-Tribunal jekk huwa jiddikjara fl-Avviż tat-Talba tiegħu li huwa
jkun qiegħed iwarrab dik il-parti mill-kontro-talba li tkun teċċedi l-
elf u ħames mitt lira.
Ir-risposta li ssir 
għal kontro-talba. 
5.4. Rikorrent iwieġeb għal kontro-talba billi jimla Risposta
(Formola 2), billi jimxi skond id-direzzjonijiet fuq il-formola u r-
regoli dwar kif jitwieġeb Avviż tat-Talba.
lt-Tribunal jista’ 
jħalli l-
proċedimenti għal 
jum ieħor.
5.5. Meta intimat jagħmel azzjoni kontra rikorrent quddiem
qorti, u dik l-azzjoni jkollha x’taqsam jew tkun tirrigwarda dik it-
talba li r-rikorrent ikun għamel kontra l-intimat quddiem it-
Tribunal, l-intimat jista’ jirrikorri lejn it-Tribunal bil-miktub billi
juża Applikazzjoni Vojta (Formola 7) sabiex tinħareġ ordni li tħalli
l-proċedimenti quddiem it-Tribunal għal jum ieħor.
Regola 6 - Ordnijiet ta’ Inadempjenza kontra Intimat
Meta ordni ta’ 
inadempjenza tista’ 
tintalab minn 
rikorrent.
6.1. Jekk l-intimat ma jippreżentax Risposta fiż-żmien stabbilit
fir-Regola 4.l, ir-rikorrent jista’ jitlob lit-Tribunal sabiex joħroġ
ordni ta’ inadempjenza kontra l-intimat.
Kif titlob il-ħruġ 
ta’ ordni ta’ 
inadempjenza.
6.2. Sabiex jitlob il-ħruġ ta’ ordni ta’ inadempjenza r-rikorrent
għandu:
6.2.1. jimla’ Applikazzjoni għal Ordni ta’ Inadempjenza
(Formola 3) billi jimxi skond id-direzzjonijiet fuq
dik il-formola, u jippreżentaha fir-Reġistru tat-
Tribunal fejn ikun ġie preżentat l-Avviż tat-Talba;
u
6.2.2. jikkonferma bil-ġurament quddiem is-Segretarju li
t-talba tiegħu għadha dovuta.
4 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Is-Segretarju 
għandu jirreferi 
ordni ta’ 
inadempjenza lill-
Arbitru.
6.3. Is-Segretarju għandu jirreferi kull Applikazzjoni għal
Ordni ta’ Inadempjenza lill-Arbitru, u jkun l-Arbitru li mbagħad
jiddeċiedi dwar jekk jilqax jew jiċħadx dik it-talba. 
Arbitru jista’ 
jagħmel seduta.
6.4. L-Arbitru jista’, meta jkun qiegħed jiddeċiedi dwar l-
Applikazzjoni għal Ordni ta’ Inadempjenza:
6.4.1. jekk l-intimat ikun naqas li jwieġeb, joħroġ ordni
ta’ inadempjenza kontra l-intimat li jkun naqas li
jwieġeb mingħajr ma jagħmel seduta; jew
6.4.2. jordna li ssir seduta skond dawk il-miżuri li l-
Arbitru jista’ jqis li jkunu xierqa qabel ma jgħaddi
biex jiddeċiedi dwar l-Applikazzjoni għal Ordni ta’
Inadempjenza.
Is-Segretarju 
għandu joħroġ 
notifika dwar is-
seduta.
6.5. Meta l-Arbitru jordna li għandha tinżamm seduta bis-saħħa
ta’ din ir-regola, huwa għandu jagħti direttiva lis-Segretarju sabiex
javża bil-miktub il-jum, il-ħin u l-lok tas-seduta billi jinnotifika lir-
rikorrent u lil kull persuna oħra li l-Arbitru jkun jista’ jeħtieġ li
tattendi. F’kull każ, l-intimat li tkun saret kontrih Applikazzjoni
għal Ordni ta’ Inadempjenza għandu jiġi wkoll notifikat b’dik is-
seduta.
Regola 7 - Ordnijiet ta’ Inadempjenza kontra Rikorrent
Meta r-rikorrent 
ma jweġibx għall-
kontro-talba l-
intimat jista’ jitlob 
il-ħruġ ta’ ordni ta’ 
inadempjenza.
7.1.  Meta rikorrent ma jippreżentax Risposta għal xi kontro-
talba li tkun saret kontrih skond ir-Regola 5.4, l-intimat li jkun qed
jagħmel il-kontro-talba jista’ jitlob għall-ħruġ ta’ ordni ta’
inadempjenza kontra dak ir-rikorrent.
Kif l-intimat jista’ 
jitlob il-ħruġ ta’ 
ordni ta’ 
inadempjenza.
7.2. L-intimat jista’ jitlob għall-ħruġ ta’ ordni ta’ inadempjenza
skond din ir-regola billi:
7.2.1. jimla’ Applikazzjoni għal Ordni ta’ Inadempjenza
(Formola 3) skond id-direzzjonijiet mogħtija fuq
dik il-formola u jippreżentaha fir-Reġistru fejn
ikun qabel ippreżenta l-kontro-talba tiegħu; jew
7.2.2. jagħmel talba verbali waqt is-seduta meta jkollhom
isiru l-proċedimenti dwar it-talba u l-kontro-talba.
Is-Segretarju 
għandu jirreferi 
talba għal ordni ta’ 
inadempjenza.
7.3. Is-Segretarju għandu jirreferi talba għall-ħruġ ta’ ordni ta’
inadempjenza skond ir-regola 7.2.1 lill-Arbitru li jkun inħatar biex
jisma’ u jiddeċiedi t-talba oriġinali magħmula kontra l-intimat li
jkun qed jitlob il-ħruġ ta’ ordni ta’ inadempjenza.
Deċiżjoni dwar 
ordni ta’ 
inadempjenza.
7.4.  L-Arbitru għandu jiddeċiedi sew it-talba kif ukoll l-
Applikazzjoni għal Ordni ta’ Inadempjenza magħmula skond din ir-
regola filwaqt li jkun għaddej b’dawk l-istess proċedimenti. Meta
jkun qed jagħmel dan l-Arbitru jista’ jadotta dawk il-miżuri li jqis
meħtieġa sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jkunu
jinsabu quddiemu.
L-intimat għandu 
jieħu ġurament.
7.5. F’kull każ qabel ma Arbitru jgħaddi biex jiddeċiedi dwar
Applikazzjoni għal Ordni ta’ Inadempjenza li tkun saret skond din
ir-regola, l-intimat li jkun qed jagħmel l-Applikazzjoni għal Ordni
ta’ Inadempjenza għandu jikkonferma bil-ġurament jew quddiem l-
Arbitru jew quddiem is-Segretarju li l-kontro-talba tkun għadha
dovuta.
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 5
Regola 8 - Kif Temenda jew Tirtira Talba, 
Risposta jew Kontro-Talba
Kull dokument 
preżentat jista’ jiġi 
emendat.
8.1. Parti tista’, mill-anqas sebat ijiem qabel il-jum stabbilit
għas-smigħ, titlob lit-Tribunal sabiex jemenda kull ma hu meħtieġ
fl-Avviż tat-Talba, fir-Risposta, jew f’kull rikors jew dokument
ieħor li jkun ġie preżentat minn dik l-istess parti.
L-Arbitru mbagħad 
jiddeċiedi.
8.2. Meta parti tkun qegħda titlob lit-Tribunal sabiex jemenda
xi att skond din ir-regola, dik il-parti għandha timla Applikazzjoni
Vojta (Formola 7) u tippreżentaha fir-Reġistru tat-Tribunal fejn l-
Avviż tat-Talba jkun l-ewwel ġie preżentat. Is-Segretarju għandu
jirreferi l-applikazzjoni lill-Arbitru li mbagħad jiddeċiedi liema
emendi, jekk ikun il-każ, huwa għandu jawtorizza.
Dmirijiet tas-
Segretarju dwar l-
emendi.
8.3. Is-Segretarju għandu jissottolinea, jinizjala u jniżżel id-
data ħdejn kull emenda li tista’ tkun awtorizzata li ssir minn
Arbitru.
Notifika tad-
dokument rivedut.
8.4. Is-Segretarju għandu, bi spejjeż tal-parti li tkun għamlet ir-
rikors, jinnotifika lill-partijiet b’kopja tad-dokument rivedut hekk
kif ikun awtorizzat mill-Arbitru.
Sew it-talba sew il-
kontro-talba 
jistgħu jiġu ċeduti.
8.5. Parti tista’ ċċedi talba jew kontro-talba f’kull waqt. Meta
jsir dan dik il-parti għandha tinnotifika lill-partijiet l-oħra biċ-
ċessjoni permezz tas-Segretarju. Ċessjoni tista’ wkoll issir
verbalment matul is-smigħ tal-proċedimenti quddiem l-Arbitru,
kemm-il darba l-partijiet kollha jkunu ġew notifikati b’avviż tas-
seduta.
L-effetti ta’ 
ċessjoni.
8.6. Parti li ċċedi talba jew kontro-talba ma tistax f’xi waqt
ieħor tkompli biha jew tippreżenta xi Avviż tat-Talba ieħor għar-
rigward ta’ dik l-istess talba jew kontro-talba kemm-il darba dik il-
parti qabel ma tkunx applikat bil-miktub lit-Tribunal, billi tuża
Applikazzjoni Vojta (Formola 7), sabiex tingħata permess li
tagħmel dan. Dik it-talba għandha tiġi deċiża mill-Arbitru.
Regola 9 - Proċedimenti Preliminari
Is-Segretarju 
għandu jivverifika 
li l-partijiet ġew 
notifkati. 
9.1. Wara l-iskadenza taż-żmien li fih risposta għal talba u
risposta għal kontro-talba, jekk tkun hemm, tkun tista’ ssir, is-
Segretarju għandu jivverifika li l-partijiet kollha jkunu ġew
notifikati bl-Avviż tat-talba kontrihom jew bir-Risposta, jekk ikun
hemm, skond dawn ir-regoli, qabel ma jgħaddi biex jistabbilixxi
jum għas-seduta li ssir quddiem l-Arbitru.
Is-Segretarju 
għandu jieħu l-
passi meħtieġa.
9.2. Meta parti ma tkunx ġiet notifikata bl-Avviż tat-Talba jew
b’Risposta, is-Segretarju għandu jgħarraf lill-Arbitru li jista’ jieħu
dawk il-passi li jqis li jkunu meħtieġa skond dawn ir-regoli sabiex
jiżgura li l-partijiet kollha jiġu notifikati.
Is-Segretarju 
għandu joħroġ 
notifika ta’ l-Avviż 
tat-Talba.
9.3. Wara li s-Segretarju jkun ivverifika li kull waħda mill-
partijiet tkun ġiet notifikata bl-Avviż tat-Talba u bir-Risposta, jekk
ikun hemm, huwa għandu jistabbilixxi l-jum għas-seduta quddiem
l-Arbitru. Is-Segretarju għandu mbagħad jinnotifika lill-partijiet
kollha bl-Avviż tat-Talba (Formola 4).
Regola 10 -Tħejjija għas-Seduta
X’għandha 
tagħmel parti qabel 
is-seduta.
10.1.  Kull parti għandha, meta tiġi notifikata b’Avviż ta’
Seduta- 
6 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
10.1.1. iġġib magħha għas-seduta id-dokumenti u r-
rapporti kollha flimkien ma’ kull prova oħra li jkun
bi ħsiebu jipproduċi filwaqt tas-seduta, jekk dawn
ma jkunux diġà  preżentati fir-Reġistru tat-
Tribunal; u
10.1.2. tiżgura li dawk ix-xhieda li jeħtieġ, jattendu għas-
seduta fil-ħin, jum u lok stabbiliti.
Dik il-parti li 
tattendi mhux 
imħejjija sew tista’ 
teħel bl-ispejjeż.
10.2.  Jekk l-Arbitru jikkunsidra li xi parti tkun attendiet għal xi
seduta mhux imħejjija, l-Arbitru għandu jordna lil dik il-parti biex
tħallas kull spiża raġonevoli li xi waħda mill-partijiet l-oħra setgħet
tkun ġarrbet b’riżultat ta’ dan.
Meta xhud ma 
jkunx irid jattendi 
minn jeddu.
10.3.  Meta xhud ma jkunx lest li jattendi għal seduta minn
jeddu, parti tista’ tirrikorri lejn it-Tribunal sabiex dan joħroġ ordni
ta’ taħrik ta’ xhud billi jimla Taħrika ta’ Xhud (Formola 5) skond
id-direzzjonijiet mogħtija fuq dik il-formola.
Żmien sa meta 
taħrika għandha 
tiġi preżentata.
10.4.  Taħrika ta’ Xhud għandha tiġi preżentata mill-anqas sebat
ijiem qabel il jum stabbilit għas-seduta meta dakinhar il-persuna
mħarrka tiġi bħala xhud tkun meħtieġa tagħti x-xiehda tagħha.
Dmirijiet ta’ kull 
min jiġi notifikat 
f’Taħrika ta’ Xhud.
10.5.  Persuna li tiġi notifikata b’Tahrika ta’ Xhud għandha:
10.5.1. tattendi għas-seduta fil-ħin, jum u lok stabbiliti fit-
taħrika, u
10.5.2. iġġib magħha kull dokument u kull ħaġa oħra li
jistgħu jenħtieġu minnu skond it-taħrika.
L-Arbitru jista’ 
joħroġ Ordni ta’ 
Skorta.
10.6.  L-Arbitru li jinħatar biex jisma’ l-każ jista’ joħroġ Ordni
ta’ Skorta (Formola 6) kontra xhud li ma jattendix għas-seduta
skond kif imħarrek biex jagħmel fit-Tahrika ta’ Xhud, jekk l-
Arbitru jkun sodisfatt illi:
10.6.1. t-taħrika tkun ġiet debitament notifikata lix-xhud;
u
10.6.2. ix-xiehda ta’ dak ix-xhud tkun waħda meħtieġa.
Is-Segretarju 
għandu jirreferi 
Ordni ta Skorta lir-
Reġistratur tal-
Qrati.
10.7.  Is-Segretarju għandu filwaqt li jaġixxi kif ordnat mill-
Arbitru, jirreferi Ordni ta’ Skorta li jinħareg skond din ir-regola,
lir-Reġistratur tal-Qrati sabiex dan jiġi esegwit minn uffiċjal
esekuttiv tal-Qrati.
Kif jitwettaq l-
Ordni ta’ Skorta.
10.8.  Meta Arbitru jkun qed joħroġ Ordni ta’ Skorta huwa
għandu jkollu l-istess setgħa daqs Maġistrat li jkun qed joħroġ
mandat ta’ akkumpanjament.
Regola 11 - Kif Titmexxa Seduta
L-istess Tribunal.  11.1.  Għandu jkun dejjem l-istess Arbitru li joqgħod fi Tribunal
filwaqt li jkunu qegħdin isiru il-proċedimenti dwar xi talba u, jekk
ikun hemm, kontro-talba u kull talba flimkien ma’ kull kontro-talba
jekk ikun hemm, għandhom jinstemgħu waħedhom.
Meta jkun arbitru 
ġdid li jmexxi 
seduta.
11.2.  Jekk il-proċedimenti jitwaqqfu qabel ma tingħata
deċiżjoni finali minħabba fil-mewt, inabilità  jew tneħħija ta’ l-
Arbitru li jkun joqgħod fi Tribunal waqt dawk il-proċedimenti, t-
talba u l-kontro-talba, jekk ikun hemm, għandhom jerġgħu jinbdew
quddiem Tribunal li fih joqgħod Arbitru ieħor.
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 7
Differiment ta’ 
seduta.
11.3.  L-Arbitru jista’ biss jagħti differiment jew postponiment
ta’ kawża jekk huwa jqis li jkun hemm raġunijiet validi biex
jagħmel dan. F’dan l-għemil l-Arbitru jista’ jordna li jsiru dawk il-
ħwejjeġ li huwa jqis meħtieġa sabiex jiżgura li jkun hemm
konklużjoni ta’ malajr tal-proċedimenti.
Is-seduta ssir bil-
miftuħ.
11.4.  Seduta għandha ssir bil-miftuħ. Madankollu l-Arbitru
jista’ jordna, wara li jkun qies iċ-ċirkostanzi tat-tilwima jew fuq
talba ta’ xi parti, li seduta ssir bil-magħluq jekk huwa jqis li jkun
meħtieġ li jsir hekk. F’dan l-għemil, l-Arbitru jista’ jagħti direttivi
dwar min ikunu dawk il-persuni li jistgħu ikunu preżenti waqt is-
seduta.
L-Arbitru jista’ 
jipprova jġib 
ftehim bejn il-
partijiet.
11.5.  Waqt is-seduta l-Arbitru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu u
wara li jqis il-kwistjonijiet quddiemu, jgħin lill-partijiet sabiex
jaslu fi ftehim.
Twettiq ta’ ftehim.
ftehim li jkun sar, il-ftehim mbagħad ikollu seħħ daqslikieku kien
deċiżjoni ta’ l-Arbitru mogħtija skond l-artiko1u 25 ta’ l-Att.
Kif seduta 
titmexxa minn 
Arbitru.
11.7.  Bla ħsara għall-artikolu 23 ta’ l-Att l-Arbitru jista’ jadotta
matul seduta kull mod ta’ proċedura h huwa jqis li jkun ġust u li
jkun jagħti lil kull parti opportunità  indaqs sabiex iġġib il-każ
tagħha.
L-Arbitru jista’ 
jintervjeni.
11.8.  Mingħajr preġudizżju għar-regola 1 1 .7. jew għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att, l-Arbitru jista’, wara li jkun qies iċ-
ċirkostanzi tal-partijiet u jekk ikollhomx min jidher għalihom jew
le:
11.8.1. jistaqsi mistoqsijiet lil min irid mill-partijiet jew
lix-xhieda; u
11.8.2. ifisser kull frażi jew espressjoni legali li tintuża.
Ħatra ta’perit 
tekniku.
11.9.  Jista’ Arbitru fid-diskrezzjoni tiegħu u skond l-artikolu 23
ta’ l-Att, jaqtagħha li jaħtar perit tekniku jekk:
11.9.1. l-Arbitru jqis li dik il-ħatra tkun meħtieġa; jew
11.9.2. parti titlob li ssir dik il-ħatra u ebda waħda mill-
partijiet l-oħra ma jopponu.
Drittijiet li 
jingħataw lill-
Arbitru.
11.10. Fil-ħatra ta’ perit tekniku l-Arbitru għandu jistabbilixxi xi
jkunu dawk id-drittijiet li kull wieħed mill-partijiet għandu fl-
ewwel lok iħallas lill-perit. Id-drittijiet dovuti lil perit għandhom
jinħadmu bl-istess mod bħallikieku l-perit kien qiegħed jagħti
xiehda teknika quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) fil-
kompetenza ċivili tagħha jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-
kompetenza tagħha ċivili inferjuri.
Regola 12 - Meta Parti Tonqos milli Tattendi għal Smigħ
Meta l-intimat ma 
jattendix.
12.1.  Jekk l-intimat ma jattendix seduta, l-Arbitru jista’
jiddeċiedi t-talba kontra dak l-intimat. 
Meta r-rikorrent 
ma jattendix.
12.2.  Jekk ir-rikorrent ma jattendix seduta, l-Arbitru jista’: 
12.2.1. jiċħad it-talba, u
12.2.2. jekk l-intimat ikun għamel kontro-talba u l-intimat
ikun preżenti, jilqa’ l-kontro-talba.
8 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Min ikun 
kontumaċi jbati l-
ispejjeż.
12.3. Meta l-Arbitru jaqta’ jew jiċħad talba jew kontro-talba,
jekk ikun hemm, skond din ir-regola, huwa għandu jordna li l-parti
kontumaċi għas-seduta għandha tbati l-ispejjeż.
Regola 13 - Rappreżentanza
Kif jitmexxa każ. 13.1.  Parti tista’ tmexxi l-każ tagħha stess waqt seduta. Parti
tista’ wkoll tkun assistita minn xi persuna oħra inkluż avukat jew
prokuratur legali.
L-Arbitru jista’ 
jeskludi persuna 
milli tassisti.
13.2.  Arbitru jista’ jeskludi lil persuna milli tassisti lil xi parti
jekk huwa jqis li dik il-persuna ma tkunx kompetenti li tagħti dik l-
assistenza.
Meta l-parti tkun 
korp ġuridiku 
distint.
13.3.  Jekk parti tkun korp b’personalità  ġuridika distinta, dak il-
korp għandu jkun rappreżentat minn persuna li tkun debitament
awtorizzata taġixxi minflok dak il-korp. Ikun biżżejjed li jissemma’
biss l-isem ta’ dak il-korp f’kull talba jew risposta li tiġi preżentata
minn jew kontra dak il-korp.
L-Arbitru għandu 
jedd jeħles parti 
mill-osservanza 
tar-regoli.
13.4.  Arbitru jista’ jeħles fid-diskrezzjoni tiegħu lil xi parti
mill-konsegwenzi li jġib in-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regoli, jekk l-Arbitru iqis li dan sar
minħabba f’xi żball, żvista jew għal xi raġuni oħra li l-Arbitru jqis
li tkun valida. L-Arbitru jista’, f’dak il-każ, jagħti kull ordni li jqis
li jkun ġust.
Regola 14 - Id-Deċiżjoni ta’ l-Arbitru wara s-Smigħ
tal-Proċedimenti
L-Arbitru 
jiddeċiedi wara s-
seduta.
14.1.  L-Arbitru għandu jiddeċiedi dwar it-talba jew kontro-
talba, jekk ikun hemm, jew fi tmiem is-Seduta jew f’xi jum ieħor li
jiġi wara.
Meta d-deċiżjoni 
tingħata iktar tard.
14.2.  Jekk id-deċiżjoni ta’ l-Arbitru jkollha tingħata f’jum li jiġi
aktar tard, l-Arbitru għandu jew verbalment fi tmiem is-seduta jew
bil-miktub permezz tas-Segretarju, jgħarraf il-partijiet bil-jum meta
tkun ser tingħata d-deċiżjoni.
Id-deċiżjoni 
tingħata kemm 
jista’ jkun malajr.
14.3.  Meta d-deċiżjoni ta’ l-Arbitru ma tingħatax fi tmiem is-
seduta din għandha tingħata kemm jista’ jkun malajr u kull wieħed
mill-partijiet ikun intitolat jitlob mingħand is-Segretarju kopja ta’
dik id-deċiżjoni. F’ebda każ ma għandha deċiżjoni tingħata iktar
tard minn erbgħin jum mid-data ta’ l-aħħar seduta.
Regola 15 - Appell
Kif jiġi preżentat 
appell.
15.1.  Appell jew risposta għal appell jiġu preżentati fir-Reġistru
tal-Qorti ta’ l-Appell kompetenti skond l-artikolu 22 ta’ l-Att.
Proċedura f’appell 
minn deċiżjoni tat-
Tribunal għal 
Talbiet ta’ 
Konsumaturi 
(Malta).
15.2.  Meta jsir appell jew risposta għal appell minn deċiżjoni
tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Malta) parti għandha
timxi skond il-proċedura applikabbli meta jsir appell jew risposta
għal appell minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) fil-
kompetenza ċivili tagħha, sakemm dik il-proċedura ma tkunx
konfliġġenti ma’ l-Att jew ma’ dawn ir-regoli.
Proċedura f’appell 
minn deċiżjoni tat-
Tribunal għal 
Talbiet ta’ 
Konsumaturi 
(Għawdex).
15.3.  Meta jsir appell jew risposta għal appell minn deċiżjoni
tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Għawdex) parti għandha
timxi skond il-proċedura applikabbli meta jsir appell jew risposta
għal appell minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-
kompetenza ċivili inferjuri tagħha, sakemm dik il-proċedura ma
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 9
tkunx konfliġġenti ma’ l-Att jew ma’ dawn ir-regoli.
Kif jintbagħtu l-
inkartamenti lill-
Qrati Superjuri.
15.4.  Fi żmien erbat ijiem minn meta jiġi preżentat appell fir-
Reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell kompetenti, ir-Reġistratur tal-Qrati
għandu javża bil-miktub lis-Segretarju tat-Tribunal li jkun ħa d-
deċiżjoni illi dak l-appell ikun ġie preżentat. Meta s-Segretarju
jasallu dak l-avviż, huwa għandu fi żmien erbat ijiem jibgħat l-
inkartamenti tal-każ lir-Reġistratur.
Regola 16 - Ġenerali
It-talba jew il-
kontro-talba ma 
jistgħux jinqasmu.
16.1.  Talba jew kontro-talba ma jistgħux jinqasmu f żewġ
talbiet jew iktar bil-għan li tkun tista’ tidhol fil-kompetenza tat-
Tribunal.
It-Tribunal jista’ 
jagħti ordnijiet 
biex iġib 
arranġament spedit 
u effettiv.
16.2.  Mingħajr preġudizzju għal dawn ir-regoli u b’mod
konformi ma’ l-Att, Arbitru jista’ jagħti ordni li huwa jqis li jkun
ġust u meħtieġ sabiex jintlaħaq arranġament spedit u effettiv ta’
kull tilwima li jkollu quddiemu.
L-Arbitru jista’ 
jtawwal jew 
iqassar kull żmien 
stabbilit.
16.3.  Arbitru jista’ f’kull żmien itawwal jew iqassar xi żmien
stabbilit b’dawn ir-regoli skond dawk il-patti li jqis bħala ġusti
għall-partijiet kollha.
Tiswija ta’ 
deċiżjonijiet.
16.4.  Arbitru jista’ jsewwi żball jew omissjoni aċċidentali li
jsiru f’deċiżjoni, u jista’ iktar minn hekk jipprovdi dwar spejjeż,
mgħax jew kull ħaġa oħra li ma tkunx ingħatat deċiżjoni dwarha
iżda li fil-fatt kellha tingħata tali deċiżjoni.
Is-Segretarju 
għandu jassisti lill-
partijiet.
16.5.  Is-Segretarju għandu jassisti lil kull min jitlob l-għajnuna
sabiex jimla kull formola li hemm skond dawn ir-regoli jew sabiex
jassisti lill-partijiet.
Kif japplika l-
Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili.
Kap. 12.
16.6.  Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili għandhom japplikaw biss sal-limiti li ma jkunux
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regoli.
Il-każijiet quddiem 
xi qorti li jiġu 
riferiti lit-Tribunal.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
16.7.  Meta jkun hemm każ quddiem xi qorti li jgħaddi għal
għand it-Tribunal wara li ssir talba mill-partijiet skond ma hemm
fl-Att, dak il-każ ma għandux f’dik iċ-ċirkostanza jiġi riferit lid-
Direttur jew lill-għaqda ta’ konsumaturi reġistrata, skond il-każ,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23(4), u s-Segretarju
għandu jgħaddi biex iqiegħed il-każ fuq il-lista għas-smigħ. Din ir-
regola għandha tapplika wkoll għal kull kontro-talba li ssir
quddiem tribunal.
Regola 17- Regoli Oħra dwar in-Notifiki
Notifika ta’ avviż 
jew ta’ dokument. 
17.1.  Meta avviż jew xi dokument ieħor ikun meħtieġ li jiġi
notifikat skond ma hemm fl-Att jew f’dawn ir-regoli, dan għandu
fl-ewwel lok jiġi notifikat permezz tas-Segretarju b’xi wieħed minn
dawn il-modi li ġejjin:
17.1.1. fil-każ ta’ persuna fiżika, billi dan jiġi lilha
kunsinnat jew billi tintbagħat ittra reġistrata li tiġi
lilha indirizzata, fil-post ordinarju ta’ residenza
tagħha jew f’dak il-post l-aħħar magħruf fejn
kienet toqgħod; u
17.1.2. fil-każ ta’ korp li jkollu personalità  ġuridika
distinta, billi dan jiġi kunsinnat lil uffiċjal jew
10 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
impjegat tiegħu fl-uffiċċju reġistrat jew f’kull post
tan-negozju ieħor, jew billi tintbagħat ittra
reġistrata li tiġi indirizzata lill-imsemmi korp fl-
uffiċju reġistrat tiegħu, indirizz postali jew kull
post tan-negozju ieħor.
L-Arbitru jista’ 
jordna li jsir avviż 
dwar in-notifika 
fil-Gazzetta.
17.2.  Jekk in-notifika ma tkunx tista’ ssir b’xi wieħed mill-modi
msemmija qabel f’din ir-regola, l-Arbitru għandu jgħaddi biex
jordna li n-notifika ssir billi jagħti direttiva li sommarju ta’ dak l-
avviż jew dokument għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta u f’mill-
anqas ġurnal wieħed ta’ kuljum u b’kull mezz ieħor li jista’ jqis li
jkun xieraq.
L-uffiċjal li 
jagħmel in-
notifika.
17.3.  In-notifiki jistgħu isiru mill-uffiċjali tat-Tribunal, uffiċjali
tal-Posta skond ir-regolamenti postali jew minn uffiċjali eżekuttivi
li jaġixxu skond l-ordinijiet lilhom mogħtija mir-Reġistratur tal-
Qrati fuq talba ta’ xi Arbitru jew tas-Segretarju.
Regola 18 - Drittijiet u Spejjeż
Min għandu jħallas 
id-drittijiet 
stabbiliti.
18.1.  Kull parti li tippreżenta xi att jew dokument fir-reġistru ta’
Tribunal għandu jħallas dawk id-drittijiet skond ma hemm stabbiliti
fl-Ewwel Skeda.
Applikazzjoni tal-
Kodiċi dwar 
drittijiet fuq spejjeż 
professjonali.
18.2.  It-Tribunal għandu fid-deċiżjoni tiegħu jintaxxa -
18.2.1 il-ħlas tad-drittijiet dovuti lil avukati, prokuraturi
legali u kull persuna oħra li tassisti xi parti
quddiem it-Tribunal, u
18.2.2 il-ħlas tad-drittijiet li jistgħu jkunu dovuti lil espert
tekniku,
skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi u r-regoli magħmula taħt l-
istess Kodiċi dwar il-ħlas ta’ drittijiet dovuti rispettivament lill-
avukati, prokuraturi legali jew kull persuna oħra li tassisti xi parti
quddiem il-qorti u lill-esperti tekniċi, sakemm it-tassazzjoni tal-
ħlas ta’ dawk id-drittijiet ma tmurx kontra l-Att jew dawn ir-regoli.
Applikazzjoni tal-
Kodiċi dwar 
drittijiet dovuti lir-
Reġistru tal-Qorti.
18.3.  L-artikoli tal-Kodiċi dwar id-drittijiet li jitħallsu fir-
Reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell meta parti tagħmel appell jew
risposta għal appell minn deċiżjoni ta’ Tribunal, japplikaw sakemm
ma jmorrux kontra l-Att jew dawn ir-regoli.
Regola 19 - Użu ta’ Formoli
Is-Segretarju jista’ 
jiċħad li jilqa’ 
formoli mhux 
mimlijin sew.
19.1.  Il-formoli fit-Tieni Skeda għandhom jintużaw skond dawn
ir-regoli u d-direttivi mogħtija fuq il-formoli nnifishom.
Formoli. 19.2.  Is-Segretarju jista’ jiċħad li jilqa’ xi dokument sabiex jiġi
preżentat kemm il-darba dan ma jkunx:
19.2.1. miktub fuq formola kif meħtieġa b’dawn ir-regoli
jew
19.2.2. imtela skond id-direttivi mogħtija fuq dik il-
formola.
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 11
L-EWWEL SKEDA
Drittijiet li jitħallsu fir-Reġistru ta’ Tribunal
TARIFFA B
Drittijiet li jitħallsu għal Atti Eżekuttivi
Drittijiet li jitħallsu fir-Reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell
TARIFFA A Sostitwita:A.L. 284 ta’ l-2000.
1. Għall-preżentata ta’ avviż tat-talba jew ta’ risposta li jkun
fiha kontra-talba:
1.1 meta l-ammont mitlub ma jkunx jeċċedi Lm 250 ............ Lm 3.00,0
1.2 meta l-ammont mitlub ma jkunx jeċċedi Lm 500 ............ Lm 5.00,0
1.3 meta l-ammont mitlub ma jkunx jeċċedi Lm 1000 .......... Lm 8.00,0
1.4 meta l-ammont mitlub jeċċedi Lm 1000 ......................... Lm 10.00,0
2. Għall-preżentata ta’ risposta kemm-il darba din ma jkunx
fiha kontro-talba .................................................................. Lm 3.00,0
3. Għall-preżentata ta’ kull rikors jew att ieħor inkluż il-
preżentata ta’ rapport ta’ perit tekniku .................................. Lm 0.75,0
4. Għal kull notifika ................................................................ Lm 1.00,0
5. Għal kull kopja, għal kull paġna ta’ l-oriġinal ...................... Lm 0.25,0
6. Għal kull deċiżjoni finali tat-Tribunal -
6.1. għar-rigward ta’ l-ewwel Lm 500 .................................. Lm 4.00,0
6.2. għar-rigward ta’ kull valur li jeċċedi Lm 500 ................. Lm 8.00,0
1. Għall-pubb1ikazzjoni ta’ reklami fil-Gazzetta, għal kull
inserzjoni ............................................................................. Lm 2.00,0
TARIFFA Ċ Miżjuda:A.L. 284 ta’ l-2000.
1. Għall-preżentata ta’ rikors ta’ appell ................................... Lm 15.00,0
12 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
AVVIŻ TAT-TALBA (JEW KONTRO-TALBA)
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-2000. IT-TIENI SKEDA
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 1 LOCATION
Avviż lill-parti li
tagħmel kontro-talba
Jekk din hi kontro-talba għaldaqstant għandek tindika n-numru tar-registry
file tat-talba li saret kontra tiegħek
MINN RIKORRENT
Imla l-isem, indirizz u
numru tat-telefon tal-
persuni li qed jagħmlu
t-talba
LIL INTIMAT
Imla l-isem, indirizz u
numru tat-telefon tal-
persuni li kontrihom
qed issir t-talba
AVVIŻ LILL-PARTI LI KONTRIHA QED ISSIR IT-TALBA
Kull min jiġi notifikat b’dan l-avviż tat-talba għandu fi żmien 18-il jum mill-jum tan-notifika jippreżenta
risposta. Jekk jonqos milli jagħmel dan, it-Tribunal jista’ jgħaddi biex jiddeċiedi t-tilwima wkoll jekk
tkun assenti
GĦAL UŻU UFFIĊJALI BISS
Il-persunal tat-Tribunal
jimlew din il-parti
AMMONT MITLUB Lm
DRITTIJIET TAL-
PREŻENTATA
Lm
DRITTIJIET TAN-NOTIFIKA Lm
TOTAL Lm
DETTALJI DWAR IT-TALBA
AVVIŻ LIR-RIKORRENT
Għandek tirreferi t-talba tiegħek lid-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur li se jipprova jirranġa t-
tilwima tiegħek. Jekk ma jinkisibx arranġament fi żmien 15-il jum tax-xogħol int tkun imbagħad tista’
tippreżenta t-talba tiegħek quddiem it-Tribunal. Dan l-avviż ma jgħoddx jekk int intimat li qiegħed
tagħmel kontro-talba kontra r-rikorrent.
Agħti n-numru ta’ referenza tal-file tad-Dipartiment għall-
Affarijiet tal-Konsumatur li għandu x’jaqsam mat-talba
tiegħek u agħti d-data meta int irreferejt it-talba tiegħek lid-
Direttur
numru ta’ referenza
data
FEJN' META'
Għid fejn dan ġara Għid meta dan
ġara
KEMM'
Għid kemm hu l-
ammont mitlub mill-
intimat Lm
TWARRIB TA’ PARTI
MIT-TALBA
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 13
Jekk qiegħed twarrab
parti mit-talba tiegħek
’l fuq minn Lm 1,500
iffirma din id-
dikjarazzjoni
Jiena niddikjara li kull ammont mit-talba tiegħi ’l fuq minn Lm 1,500
qiegħed jitwarrab
..................................................................... firma
STADJU 1 MINN
IMLA L-AVVIŻ TAT-TALBA billi
tuża typewriter jew tikteb ċar. Ara li
kull kopja tkun tinqara sew.
Kun żgur li l-indirizz tiegħek hu tajjeb għaliex
ikun f’dak l-indirizz li r-Reġistru għad jibgħatlek
kull avviż jew tagħrif ieħor. Jekk int tibdel l-
indirizz tiegħek f’xi żmien, jekk jogħġbok avża
lir-Reġistru b’dan minnufih.
STADJU 2
IPPREŻENTA L-AVVIŻ TAT-
TALBA billi tmur biha fir-Reġistru
tat-Tribunal għal Talbiet tal-
Konsumaturi. Trid tħallas dritt tal-
preżentata, li jiddependi mill-ammont
li qiegħed titlob u dritt tan-notifika.
Il-persunal jivverifika l-formola u
meta din tintlaqa’ biex tiġi
preżentata, huma jittimbrawha,
iniżżlu fuqha drittijiet tal-preżentata
u tan-notifika u jagħtuha numru tal-
file. Is-Segretarju mbagħad jgħaddi
biex jinnotifika f’ismek lill-intimat
b’kopja ta’ l-Avviż tat-Talba.
LIL
Kun żgur li l-indirizz ta’ l-intimat huwa tajjeb.
Jekk hemm iktar minn intimat wieħed niżżel l-
ismijiet ta’ kull konvenut (ħdejn xulxin) fl-
ispazju provdut. F’dak il-każ però  kun żgur li t-
talba titnissel mill-istess operazzjoni.
X’ĠARA'
M’hemmx għalfejn toqgħod tgħid kollox dwar il-
każ hawnhekk. Għandek kemm tgħid biżżejjed
sabiex tħalli lill-intimat ikun jaf x’inhu sewwa
sew il-każ tiegħek. Żomm il-ġrajja tiegħek fil-
qosor. Għad ikollok kull opportunità  li
tippreżenta l-fatti kollha waqt is-seduta.
STADJU 3
X’SE JIĠRI WARA FEJN'
Jekk l-intimat jippreżenta risposta,
int tiġi notifikat b’kopja ta’ dik ir-
risposta. Jekk fi żmien 18-il jum mill-
jum tan-notifika ta’ l-AVVIŻ TAT-
TALBA ma tiġi preżentata ebda
risposta, int tista’ tapplika għall-ħruġ
ta’ ordni ta’ inadempjenza kontra dak
l-intimat li jkun naqas milli
jippreżenta risposta.
Avviż tat-Talba għandu jiġi preżentat fir-
Reġistru tat-Tribunal fejn l-operazzjoni, li
għaliha tkun tirriferi t-talba, tkun seħħet.
KEMM'
Jekk il-valur tat-talba tiegħek huwa ta’ iktar minn
Lm 1,500 (mingħajr ma tqis id-drittijiet tal-
preżentata u tan-notifika) int xorta għadek tista’
tippreżenta t-talba tiegħek quddiem it-Tribunal
jekk int lest li twarrab dik il-parti mit-talba
tiegħek li taqbeż il-Lm 1,500. F’dan il-każ
għandek tiddikjara fit-taqsima TWARRIB TA’
PARTI MIT-TALBA li int tkun qed twarrab dik
il-parti mit-talba tiegħek ’il fuq minn Lm 1,500.
14 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
DETTALJI DWAR IT-TALBA - tkompli
ELENKA X-XHIEDA 
TIEGĦEK F’DIN IL-PARTI
Isem u indirizz tal-persuni li bi ħsiebek tħarrek bħala xhieda
X’ĠARA' EHMEŻ IKTAR KARTI JEKK DAN L-ISPAZJU MHUWIEX 
BIŻŻEJJED
Għid x’qed titlob, billi
tiddikjara fil-qosor il-fatti li
wasslu għat-tilwima
firma tar-rikorrent data
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 15
RISPOSTA
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 2 LOCATION
LIL RIKORRENT
Ikteb l-isem, indirizz
u numru tat-telefon
tal-persuna li qed
tagħmel it-talba
kontra tiegħek
MINN INTIMAT
Ikteb l-isem, indirizz
u numru tat-telefon ta’
l-intimat li qed
jagħmel din ir-
risposta
AVVIŻ LILL-INTIMAT
Jekk flimkien mar-risposta tiegħek trid tagħmel kontro-talba għaldaqstant għandek timla avviż tat-talba
int innifsek, u timxi skond l-istruzzjonijiet mogħtija fuq dik il-formola. Ara li l-avviż tat-talba tiegħek
jiġi preżentat flimkien mar-risposta tiegħek.
Il-persunal tat-
Tribunal jimlew din
it-taqsima
*Ammont mitlub
japplika biss meta
bħala intimat int tkun
qed tagħmel ukoll
kontro-talba flimkien
ma’ din ir-risposta.
GĦAL UŻU UFFIĊJALI BISS
AMMONT MITLUB* Lm
DRITTIJIET TAL-
PREŻENTATA
Lm
DRITTIJIET TAN-NOTIFIKA Lm
TOTAL Lm
16 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
STADJU 1 MINN
IMLA R-RISPOSTA billi tuża
typewriter jew tikteb ċar. Ara li kull
kopja tinqara sew.
Dan hu l-ispazju fejn int tidentifika lill-parti li
qegħda tippreżenta din ir-Risposta. Agħti
indirizz fejn kull avviż jew tagħrif ieħor dwar it-
tilwima jkun jista’ jintbagħtlek. Jekk int tibdel l-
indirizz tiegħek fxi żmien, ara li tgħarraf b’dan
lis-Segretarju tat-Tribunal.
STADJU 2
IPPREŻENTA R-RISPOSTA billi
tmur biha fir-Reġistru tat-Tribunal
Għal Talbiet tal-Konsumaturi fejn l-
AVVIŻ TAT-TALBA li sar kontrik
kien ġie preżentat. Il-persunal
jivverifika l-formola u jekk tkun
mimlija sew, din tintlaqa’ sabiex tiġi
preżentata fi żmien 18-il jum minn
meta tiġi notifikat bl-AVVIŻ TAT-
TALBA.
TILWIMA
M’hemmx għalfejn toqgħod tgħid kollox dwar il-
każ hawnhekk. Għandek kemm tgħid biżżejjed
sabiex tindika lir-rikorrent u lit-Tribunal liema
partijiet tat-talba tkun qiegħed tikkontesta u
għaliex. Jekk ikun hemm xi haġa fl-Avviż tat-
Talba li int taqbel magħha, ara li din tiġi inkluża
fir-risposta tiegħek.
STADJU 3
X’JIĠRI WARA KONTRO-TALBA
IMBAGĦAD it-Tribunal jibgħat
kopja tar-Risposta tiegħek lir-
rikorrent u jappunta data għas-smigħ.
Għad tirċievi avviż li jgħarrfek bid-
data u l-lok meta u fejn it-tilwima
tiegħek tkun ser tinstama’.
Jekk trid tagħmel kontro-talba li tfisser talba
kontra r-rikorrent, inti flimkien mar-risposta
tiegħek għandek ukoll timla Avviż tat-Talba billi
timxi skond id-direzzjonijiet li hemm fuq dik il-
formola. Sabiex tkun tista’ tagħmel kontro-talba,
it-talba tiegħek stess irid ikollha x’taqsam ma’
jew tkun tirrigwarda t-talba li r-rikorrent ikun
għamel kontrik.
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 17
DETTALJI DWAR IR-RISPOSTA TIEGĦEK
ELENKA X-XHIEDA 
TIEGĦEK F’DIN IL-
PARTI
Isem u indirizz ta’ kull min bi ħsiebek tħarrek bħala xhud
TILWIMA EHMEŻ IKTAR KARTI JEKK DAN L-ISPAZJU MHUWIEX 
BIŻŻEJJED
Għid jekk intix qed
tikkontesta t-talba li qed
issir kontrik. Jekk dan hu l-
każ spjega x’ma taqbilx
miegħu u għaliex
18 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
APPLIKAZZJONI GĦAL ORDNI TA’ INADEMPJENZA
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Firma ta’ l-intimat data
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 3 LOCATION
Imla l-ismijiet
tal-partijiet fit-
tilwima billi
tikkopjahom bl-
avviż tat-talba.
Fil-każ bejn:
RIKORRENT
U
INTIMAT
Isem il-parti li
tagħmel l-
applikazzjoni
MIN JAPPLIKA
B’dan qiegħed nitlob li dan it-Tribunal joħroġ ordni ta’ inadempjenza
kontra
..........................................................................................................
..........................................................................................................
isem u indirizz sħiħ tal-parti li kontriha jkun qed jintalab il-ħruġ tal-ordni ta’ 
inadempjenza
Nikkomferma li l-ammont li għadu lili dovut hu ta’ Lm
firma ta’ min japplika data
GĦALL-UŻU TA’ L-UFFIĊĊJU
Ammont mitlub Lm
Spejjeż Lm
Mgħax Lm
DIGRIET TAT-TRIBUNAL
Din il-parti
timtela mit-
Tribunal meta
jiddeċiedi dwar l-
applikazzjoni
tiegħek għal
ordni ta’
inadempjenza
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 19
AVVIŻ TA’ SEDUTA
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
firma ta’ l-Arbitru data
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 4 LOCATION
LIL RIKORRENT
U
INTIMAT
Tinsabu mgħarrfa li s-seduta li tirrigwarda t-tilwima tagħkom għandha ssir
quddiem Arbitru tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur:
fi
data ħin
fi
indirizz fejn tkun se ssir is-seduta
firma tas-segretarju tat-tribunal data
AVVIŻ LILL-PARTIJIET
Jekk tonqos milli tidher fis-seduta mingħajr ma tagħti raġuni valida l-Arbitru
jista’ jiddeċiedi t-tilwima fin-nuqqas tiegħek u jaqta’ li jkollok tbati l-ispejjeż.
Jekk int ma tistax tattendi għas-seduta għandek għaldaqstant tapplika bil-miktub
minnufih lit-Tribunal sabiex titlob differiment, filwaqt li tispjega għaliex ma
tistax tattendi. Ikun fid-diskrezzjoni tat-Tribunal li jiddeċiedi jekk it-talba
tiegħek tkunx waħda ġustifikabbli jew le.
AVVIŻ TA’ SEDUTA
20 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
TAĦRIKA TA’ XHUD
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
ATTENDI għas-seduta mill-anqas għaxar minuti qabel il-ħin stabbilit.
Kun żgur li tkun imħejji sew, billi din se tkun l-unika opportunità  li se jkollok
biex iġġib il-każ u l-provi tiegħek quddiem it-Tribunal.
FTAKAR f’dawn l-affarijiet
1) ĠIB id-dokumenti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-każ bħal ma huma
riċevuti, korrispondenza jew kull ftehim.
2) KUN ŻGUR li kull xhud li teħtieġ ix-xiehda tiegħu għandu jasal kmieni.
Jekk xhud ma jkunx lest li jattendi minn jeddu, għaldaqstant għandek tirrikorri
quddiem it-Tribunal sabiex joħroġ Taħrika ta’ Xhud (Formola 5). It-taħrika hija
ordni tat-Tribunal li tordnalu jattendi għas-seduta.
3) ĦEJJI dak kollu li tkun ser tgħid  minn qabel. Irrevedi l-fatti kollha f’ordni
kronoloġiku, ħaġa wara l-oħra. Waqt is-seduta tista’ tħares lejn xi notamenti li
tkun ħejjejt minn qabel.
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 5 LOCATION
Fil-każ bejn:
Imla l-ismijiet tal-
partijiet fit-tilwima billi
tara l-Avviż tat-Talba RIKORRENT
U
INTIMAT
LIL XHUD
Imla l-isem u l-indirizz
ta’ min trid jattendi
quddiem it-Tribunal
Isem il-parti li teħtieġ
lix-xhud RIKORRENT
META U FEJN
Ix-xhud huwa meħtieġ li jattendi quddiem it-Tribunal għal Talbiet
tal-Konsumaturi
Imla l-post, il-jum u l-ħin
tas-seduta fi data fi ħin
fi indirizz sħiħ ta’ fejn xhud għandu jattendi
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 21
GĦAL LIEMA RAĠUNI QED JITĦARREK IX-XHUD
Għid fil-qosor lix-xhud
tiegħek għaliex teħtieġ
ix-xiehda
Ix-xhud hu meħtieġ iġib dawn id-dokumenti u affarijiet oħra
Jekk trid ix-xhud iġib xi
dokumenti jew affarijiet
oħra fis-seduta niżżilhom
hawn
Iffirma u niżżel id-data
tat-taħrika tiegħek firma ta’ min jitlob it-taħrika data
Din il-parti timtela mit-
Tribunal
Għal użu uffiċjali biss
DIGRIET TA’ L-ARBITRU
Wara li kkunsidrajt din it-talba għal taħrika ta’ xhud, qiegħed
b’dan nawtorizza l-ħruġ ta’ din it-taħrika u nordna lix-xhud jidher
fil-post, jum u ħin kif mistenni qabel u sabiex iġib kull dokument
jew ħaġa oħra meħtieġa f’din it-taħrika
firma ta’ l-Arbitru data
AVVIŻ LIX-XHUD
Ġaladarba waslitlek taħrika ta’ xhud hekk kif debitament awtorizzata mit-Tribunal, inti
għandek għaldaqstant tattendi għas-seduta tat-Tribunal fil-ħin u post imsemmija f’din it-
taħrika u għandhek iġġib miegħek kull dokument jew ħaġa oħra minnek meħtieġa fit-taħrika.
TAĦRIKA TA’ XHUD
M’għandekx għalfejn titlob lit-Tribunal joħroġ Taħrika ta’ Xhud kemm-il darba x-xhud
tiegħek hu lest li jattendi minn jeddu.
IMLA t-Taħrika ta’ xhud billi timxi skond id-direttivi mogħtija fuq il-formola. Ara li tikteb
b’idek jew typewriter b’mod ċar u li l-kopji kollha jkunu jinqraw sew.
IPPREŻENTA t-Taħrika ta’ xhud billi twassalha fir-Registcu tat-Tribunal għal Talbiet tal-
Konsumaturi. Il-persunal mbagħad jivverifika jekk il-formola tkunx imtliet sew. Wara
jittimbrawha u jgħaddu biex jinnotifikawha. Jekk tkun trid lix-xhud iġib xi dokumenti
speċifiċi (bħal fatturi) ara li tniżżilhom waħda wara l-oħra fit-taħrika.
FTAKAR li għandek tippreżenta t-taħrika żmien qabel il-jum tas-seduta meta tkun trid lix-
xhud li jattendi. Jekk xhud li jkun ġie debitament notifikat bit-taħrika jonqos milli jattendi, l-
Arbitru jista’ mbagħad joħroġ Ordni ta’ Skorta kontrih.
22 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
ORDNI TA’ SKORTA
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 6 LOCATION
Fil-każ bejn:
RIKORRENT
U
INTIMAT
LIL
Uffiċjal esekutur ta’ l-ordni ta’ arrest
Billi x-xhud ..........................................................................................
..........................................................................................
..........................................................................................
isem sħiħ u indirizz tax-xhud
kien ġie notifikat b’Taħrika ta’ Xhud fis-seduta ta’ din it-tilwima u dak ix-xhud naqas milli
jobdi t-taħrika, u ninsab sodisfatt li x-xiehda ta’ dak ix-xhud hija meħtieġa għall-għanijiet ta’
din it-tilwima,
INT GĦALDAQSTANT ORDNAT LI TWASSAL BI SKORTA U ĠĠIB LIX-XHUD
QUDDIEM IT-TRIBUNAL
fi
data ħin
TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI ġ L.S.378.01 23
APPLIKAZZJONI VOJTA
FIT-TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
fi
indirizz fejn ikollha ssir is-seduta
firma ta’ l-Arbitru data
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 7 LOCATION
Imla l-ismijiet tal-
partijiet fit-tilwima kif
jidhru fl-Avviż tat-
Talba
Fil-każ bejn:
RIKORRENT
U
INTIMAT
Isem il-parti li tkun
qed tagħmel l-
applikazzjoni INTIMAT(I)
Semmi fil-qosor dak li
qed titlob li jsir
24 L.S.378.01 ħ TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
firma ta’ min japplika data
