WIRI TA’ LISTI TA’ PREZZIJIET F’BARS U KJOSKIJIET ġ L.S.378.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 378.05
REGOLAMENTI DWAR IL-WIRI TA’ LISTI
TA’ PREZZIJIET F’BARS U KJOSKIJIET
27 ta’ Ġunju, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 97 ta’ l-1997.
Titolu.
Wiri ta’ Listi ta’ Prezzijiet f’Bars u Kjoskijiet.
Turija ta’ listi ta’ 
prezzijiet.
2. (1) Kull sid jew kull min ikun responsabbli għat-tmexxija
ta’ xi bar jew kjosk għandu jiżgura li listi ta’ prezzijiet ta’ ikliet,
snacks u ta’ oġġetti oħra ta’ ikel jew xorb għandhom jintwerew
b’mod prominenti, fil-każ ta’ bar mal-bieb tiegħu, u fil-każ ta’
kjosk fuq in-naħa ta’ barra ta’ dak il-kjosk b’mod li x-xerrejja
jkunu jistgħu jarawhom b’mod faċli ħafna.
 (2) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament:
(a) il-kelma "bar" tinkludi wkoll tuck-shops fl-iskejjel u
snack bars li jkunu jinsabu fil-perimetru tas-sit ta’
fabbrika;
(b) il-kelma "kjosk" tinkludi wkoll kull posta mobbli minn
fejn isir il-bejgħ, f’liema każ il-lista ta’ prezzijiet
għandha titwaħħal f’imkien prominenti ta’ dik il-posta.
Reati.
jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitejn lira.
