BEJGĦ MILL-BOGĦOD ġ L.S.378.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 378.08
REGOLAMENTI DWAR BEJGĦ MILL-BOGĦOD
4 ta’ Settembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 186 ta’ l-2001.
Titolu.
Bejgħ mill-Bogħod.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 378.
"garanzija kummerċjali" għandha l-istess tifsira bħal dik li
għandha fl-Att;
"konsumatur" għandha l-istess tifsira bħal dik li għandha fl-Att;
"kummerċjant" għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik li għandha
taħt l-Att;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur;
"kuntratt mill-bogħod" tfisser kuntratt li jirrigwarda oġġetti jew
servizzi magħmul bejn kummerċjant u konsumatur taħt skema
organizzata, arranġament, ftehim jew attività  simili ta’ bejgħ jew
provdiment ta’ servizz mill-bogħod, immexxija jew imħaddma
mill-kummerċjant, li għall-fini tal-kuntratt, jagħmel użu esklużiv
ta’ xi mezz wieħed jew iktar ta’ komunikazzjoni mill-bogħod sal-
waqt, u inkluż il-waqt, meta jsir il-kuntratt;
"mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod" tirreferi għal kull mezz
li, mingħajr il-preżenza fiżika fl-istess waqt tal-kummerċjant u l-
konsumatur, jista’ jintuża għall-finijiet ta’ l-għemil ta’ xi kuntratt
bejn dawk il-partijiet kif hemm imsemmi fl-Ewwel Skeda;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
konsumatur;
"operatur ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni" tfisser kull min ikollu
l-kummerċ, negozju jew professjoni tiegħu jinvolvuh f’li jagħmel
xi mezz wieħed jew iktar ta’ komunikazzjoni mill-bogħod
disponibbli għall-kummerċjanti;
"stedina għal kuntratt mill-bogħod" tfisser kull komunikazzjoni
mill-bogħod, sew pubblika sew personalizzata, u tinkludi l-
elementi kollha meħtieġa biex il-konsumatur ikun jista’ jidħol
direttament f’rabta kuntrattwali, b’dan li dawk il-forom ta’
reklamar li ma jkunx fihom l-elementi meħtieġa biex il-konsumatur
jidħol direttament f’relazzjoni kuntrattwali m’għandhomx jitqiesu
bħala stediniet għall-kuntratt mill-bogħod.
Eżenzjonijiet.
kuntratti li jkunu -
(a) magħmula permezz ta’ makni tal-bejgħ awtomatiċi jew
postijiet kummerċjali li joperaw b’mod awtomat;
(b) magħmula ma’ operaturi tat-telekomunikazzjonijiet
2 L.S.378.08 ħ BEJGĦ MILL-BOGĦOD
permess ta’ l-użu ta’ payphones pubbliċi;
(ċ) magħmula għall-kostruzzjoni u l-bejgħ ta’ proprjetà
immobbli jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ jeddijiet oħra
ta’ proprjetà  immobbli, ħlief għal kirja;
(d) magħmula f’xi rkant; u
(e) jirrigwardaw servizzi finanzjarji, bħal dawk mogħtija
f’lista li hemm fit-Tieni Skeda.
(2) Ir-regolamenti 4, 5, 6 u 7(1) m’għandhomx japplikaw għal
kuntratti -
(a) għall-provvista ta’ ikel, xorb, jew oġġetti oħra
maħsuba għall-konsum korrenti fornuta fid-dar tal-
konsumatur, fir-residenza tiegħu jew fil-post tax-
xogħol tiegħu minn kurriera regolari;
(b) għall-għoti ta’ servizzi għar-rigward ta’ l-
akkomodazzjoni, it-trasport, provdiment ta’ ikel jew
btajjel, meta l-kummerċjant jintrabat, meta jsir il-
kuntratt, li jipprovdi dawk is-servizzi f’xi data
speċifika jew f’perjodu speċifikat.
Tagħrif li jingħata 
bil-quddiem.
4. (1) Żmien qabel ma jsir xi kuntratt mill-bogħod, il-
kummerċjant għandu, b’mod ċar u li jiftiehem adatt għall-mezzi ta’
komunikazzjoni mill-bogħod li jintużaw, jipprovdi lill-konsumatur
b’dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-isem sħiħ u l-indirizz permanenti tal-kummerċ jew
negozju tal-kummerċjant;
(b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali ta’ l-oġġetti
jew servizzi;
(ċ) il-prezz ta’ l-oġġetti jew servizzi inkluża kull taxxa
jew ħlas dovuti;
(d) spejjeż għall-kunsinna, meta dan ikun japplika;
(e) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna jew twettieq;
(f) li l-konsumatur ikollu dritt iħassar, ħlief fil-każijiet
imsemmija fir-regolament 6(5);
(g) in-nefqa li ssir biex jintuża l-mezz ta’ komunikazzjoni
mill-bogħod, meta din tiġi kkalkolata b’rata ogħla mir-
rata bażika;
(h) il-perjodu li matulu jibqgħu validi l-offerta jew il-
prezz; u
(i) meta jkun adatt, l-inqas żmien li jdum il-kuntratt fil-
każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ prodotti jew
servizzi li għandhom isiru b’mod permanenti jew
rikorrenti:
Iżda t-tagħrif meħtieġ taħt dan is-subregolament għandu
jingħata skond il-prinċipji ta’ bonafidi f’operazzjonijiet
kummerċjali, u ebda żvantaġġ mhux dovut m’għandu jittieħed mill-
konsumatur minħabba fl-età  jew inkapaċità  tiegħu, jew xort’oħra.
Il-kummerċjant għandu f’kull każ dejjem jagħmilha ħaġa ċara li t-
tagħrif ikun qiegħed jingħata għal fini kummerċjali.
BEJGĦ MILL-BOGĦOD ġ L.S.378.08 3
(2) Kuntratt li jsir matul komunikazzjoni bit-telefon ma jkunx,
jekk il-konsumatur hekk jagħżel, esegwibbli kontra l-konsumatur
sakemm fil-bidu tat-taħdita l-kummerċjant ma jiżvelax l-identità
tiegħu u l-iskop kummerċjali ta’ dik it-telefonata b’mod ċar u
espliċitu lill-konsumatur.
(3) F’każ ta’ tilwima tkun ir-responsabbiltà  tal-kummerċjant li
jġib prova li huwa kien ta lill-konsumatur kull tagħrif meħtieġ fis-
subregolamenti (1) u (2).
Konferma tat-
tagħrif bil-miktub.
5. (1) Kuntratt li għalih japplikaw dawn ir-regolamenti ma
jkunx, jekk il-konsumatur hekk jagħżel, esegwibbli kontra l-
konsumatur sakemm il-kummerċjant ma jkunx ta lill-konsumatur
konferma bil-miktub jew konferma b’xi mezz tanġibbli ieħor
disponibbli u aċċessibbli lill-konsumatur tat-tagħrif imsemmi fir-
regolament 4(1)(a) sa (f), jew -
(a) qabel ma jsir il-kuntratt; jew
(b) fi żmien sew matul it-twettiq tal-kuntratt, u mhux iktar
tard miż-żmien tal-kunsinna meta ma jkunx hemm
oġġetti għall-kunsinna lil terzi.
(2) Ebda kuntratt li għalih japplikaw dawn ir-regolamenti
m’għandu jkun esegwibbli kontra l-konsumatur kemm-il darba l-
kummerċjant ma jkunx ta lill-konsumatur dan li ġej -
(a) tagħrif bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri
biex iwettaq il-jedd ta’ tħassir taħt ir-regolament 6,
inklużi l-każijiet imsemmija fir-regolament 6(5)(a);
(b) l-isem sħiħ u l-indirizz permanenti tal-kummerċ jew
negozju tal-kummerċjant li lilu l-konsumatur jkun
jista’ jindirizza l-ilmenti tiegħu;
(ċ) it-tagħrif dwar servizzi ta’ wara l-bejgħ u l-garanziji
kummerċjali li jeżistu; u
(d) l-aħhar data meta jista’ jitħassar il-kuntratt, meta dan
ikun għal żmien mhux speċifikat jew għal żmien li
jeċċedi s-sena.
(3) Is-subregolament (1) m’għandux japplika għal servizzi li
jitwettqu permezz ta’ l-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-
bogħod, meta dawn jingħataw f’okkażjoni ta’ darba biss u
tinħarġilhom fattura mill-operatur tal-mezz ta’ komunikazzjoni
mill-bogħod. Madankollu, il-konsumatur ikollu l-jedd f’kull każ li
jikseb l-indirizz permanenti tal-post ta’ kummerċ jew negozju tal-
kummerċjant li lilu jkun jista’ jindirizza l-ilmenti tiegħu.
(4) Fil-każ ta’ xi tilwima, tkun responsabbiltà  tal-kummerċjant
li jġib prova li t-tagħrif bil-miktub li jkun meħtieġ li jipprovdi taħt
is-subregolamenti (1) u (2) ikun ingħata lill-konsumatur.
Jedd li jsir tħassir.
kuntratt mill-bogħod mingħajr ma jinkorri ebda penali u mingħajr
ma jagħti ebda raġuni għal dan. Il-perjodu għall-eżerċizzju ta’ dan
il-jedd jibda -
(a) fil-każ ta’ oġġetti, mill-ġurnata minn meta l-
konsumatur jirċevihom meta jkunu twettqu l-obbligi
4 L.S.378.08 ħ BEJGĦ MILL-BOGĦOD
stipulati fir-regolament 5(1) u (2);
(b) fil-każ ta’ servizzi, mid-data ta’ l-għemil tal-kuntratt
jew mill-ġurnata meta jkunu twettqu l-obbligi stipulati
fir-regolamenti 5(1) u (2) jekk dawn jitwettqu wara l-
konklużjoni tal-kuntratt, bil-kondizzjoni li dan il-
perjodu ma jkunx jeċċedi il-perjodu ta’ tliet xhur
imsemmi fis-subregolament (2).
(2) Jekk il-kummerċjant ikun naqas milli jwettaq l-obbligi
stipulati fis-subregolamenti (1) u (2), il-perjodu jkun ta’ tliet xhur,
liema perjodu jibda għaddej -
(a) għall-oġġetti, mill-ġurnata meta jirċevihom il-
konsumatur; u
(b) għal servizzi, mid-data ta’ l-għemil tal-kuntratt:
Iżda jekk it-tagħrif imsemmi fir-regolament 5(1) u (2)
jingħata matul dak il-perjodu ta’ tliet xhur, il-perjodu ta’ ħmistax-il
ġurnata li matulu l-konsumatur ikollu l-jedd iħassar il-kuntratt
mill-bogħod għandu jibda għaddej mill-waqt li jingħata t-tagħrif.
(3) Meta l-konsumatur ikun wettaq il-jedd li għandu li jħassar
taħt dan ir-regolament, il-kummerċjant ikun obbligat iħallas lura
kull ammont imħallas mill-konsumatur. Dak il-ħlas lura għandu jsir
kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien tletin ġurnata.
(4) L-uniku ħlas li għandu jintalab mill-konsumatur jekk huwa
jwettaq il-jedd li għandu li jħassar taħt dan ir-regolament ikun dak
tan-nefqa diretta biex jiġu ritornati l-oġġetti.
(5) Kemm-il darba l-partijiet ma jkunux qablu xort’oħra, il-
konsumatur ma jistax iwettaq il-jedd li għandu li jħassar taħt is-
subregolament (1) għar-rigward ta’ kuntratti -
(a) għall-għoti ta’ servizzi, jekk it-twettieq ikun beda, bil-
kunsens tal-konsumatur qabel tmiem il-perjodu ta’
ħmistax-il ġurnata msemmi fis-subregolament (1);
(b) għall-provvista ta’ oġġetti jew servizzi li l-prezz
tagħhom ikun jiddependi fuq il-fluttwazzjonijiet fis-
suq finanzjarju li ma jkunux jistgħu jiġu kkontrollati
mill-kummerċjant;
(ċ) għall-provvista ta’ oġġetti magħmulin bil-qies skond l-
ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur u li jkun b’mod ċar
personalizzati jew li, minħabba fix-xorta tagħhom, ma
jistgħux jitreġġgħu lura jew ikunu wisq jistgħu
jiddeterjoraw jew jiskadu malajr ħafna;
(d) għall-provvista ta' reġistrazzjonijiet awdjo jew video
jew computer software li jinfetħu mis-sarr tagħhom
mill-konsumatur;
(e) għall-provvista ta’ gazzetti, perjodiċi u rivisti; u
(f) għal servizzi ta’ logħob u lotteriji.
Twettieq ta’ 
kuntratt mill-
bogħod.
7. (1) Kemm-il darba l-partijiet ma jkunux ftehmu xort’oħra,
il-kummerċjant għandu jwettaq l-ordni l-iktar tard fi żmien tletin
ġurnata mill-ġurnata li tiġi wara dik meta l-konsumatur ikun
ippreżenta l-ordni tiegħu lill-kummerċjant.
BEJGĦ MILL-BOGĦOD ġ L.S.378.08 5
(2) Meta kummerċjant jonqos milli jagħmel il-parti tiegħu tal-
kuntratt għaliex l-oġġetti jew is-servizzi ordnati ma jkunux
disponibbli, l-konsumatur għandu mbagħad jiġi mgħarraf b’din is-
sitwazzjoni u l-konsumatur ikollu jedd jikseb mingħand il-
kummerċjant il-ħlas lura ta’ kull ammont imħallas kemm jista’ jkun
malajr u f’kull każ mhux aktar tard minn tletin ġurnata.
Restrizzjoni dwar 
l-użu ta’ xi mezzi 
ta’ komunikazzjoni 
mill-bogħod.
8. Kummerċjant li, meta jkun qed jistieden lill-parruċċani,
juża xi wieħed minn dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-
bogħod mingħajr ma jkun qabel kiseb il-kunsens tal-konsumatur, li
huma -
(a) makna facsimile (fax),
(b) mezzi li bihom jaqbad ma’ persuna oħra awtomatiċi,
jkun responsabbli li jikkumpensa lill-konsumatur għal kull
inkonvenjenza kaġunata u danni riżultanti li jkun sofra.
Il-konsumatur 
jista’ jitlob 
kummerċjant ma 
jaghħmilx stedniet.
9. Konsumatur jista’ jitlob lil kummerċjant biex ma jagħmel
ebda stedina għal kummerċ mill-bogħod li tkun indirizzata lilu.
Jekk il-kummerċjant jibqa’ jinsisti f’dan l-għemil wara li jkun ġie
mitlub mill-konsumatur biex jieqaf, dak il-kummerċjant ikun
responsabbli biex jikkumpensa lill-konsumatur għal kull
inkonvenjent li kkaġunalu u danni riżultanti.
Ma jistgħux isiru 
kuntratti mill-
bogħod ma’ 
minorenni, eċċ.
Kap. 12.
10. Kuntratt mill-bogħod li jkun sar ma’ minorenni, jew ma’
persuna li tkun interdetta jew inkapaċitata skond il-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jkun null u bla ebda effett.
Tħassir ta’ ftehim 
ta’ kreditu.
11. (1) Jekk konsumatur jwettaq il-jedd li jħassar kuntratt
mill-bogħod taħt dawn ir-regolamenti u l-oġġetti jew is-servizzi
jkunu nxtraw minnu bi kreditu, għaldaqshekk jekk ikun hemm
ftehim ta’ kreditu li jkun sar mal-kummerċjant għandu wkoll
jitħassar jekk:
(a) il-kreditu jkun ġie pprovdut direttament mill-
kummerċjant, jew
(b) il-kreditu jkun ġie pprovdut minn terza persuna, abbażi
ta’ ftehim minn qabel mal-kummerċjant li taħtu t-terza
persuna tkun ipprovdiet il-kreditu lill-konsumatur
għall-fini li jakkwista l-oġġetti jew is-servizzi provduti
mill-kummerċjant.
(2) Il-konsumatur ma jinkorri ebda piena jekk huwa jħassar
ftehim ta’ kreditu skond dan ir-regolament.
Ħlas bi credit card.
użu frawdolenti mill-credit card tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ kuntratt mill-bogħod li dawn ir-regolamenti japplikaw għalih.
(2) Il-konsumatur ikollu jedd li jerġa’ jingħata kreditu għal kull
ammont addebitat bħala riżultat ta’ l-użu frawdolenti tal-credit
card tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntratt mill-bogħod li
dawn ir-regolamenti japplikaw għalih.
Oneru tal-prova.
(a) il-kontenut tat-tagħrif mogħti lill-konsumatur skond ir-
6 L.S.378.08 ħ BEJGĦ MILL-BOGĦOD
regolament 4(1) qabel ma jsir il-kuntratt mill-bogħod;
(b) meta jkun hemm talba bil-quddiem mill-konsumatur
skond ir-regolament 9;
(ċ) il-kunsens tal-konsumatur għal kuntratt mill-bogħod;
jew
(d) il-konformità  tal-kummerċjant mal-perjodi ta’
skadenza preskritti taħt dawn ir-regolamenti,
il-kummerċjant ikollu r-responsabbiltà  li jġib kull prova.
Oġġetti u servizzi 
mhux mitluba.
14. (1) Konsumatur ma jkunx responsabbli jħallas lil
kummerċjant għal dawk l-oġġetti jew servizzi jew it-tnejn flimkien
mhux mitlubin li jiġu lilu forniti jew mogħtija minn kummerċjant.
(2) Konsumatur jista’ jittratta kull oġġett jew servizz fornut
jew mogħti lilu minn kummerċjant bħallikieku dawn kienu rigal li
qed isirlu bla ebda kondizzjoni, u kull dritt li l-kummerċjant ikollu
dwarhom għandu hekk jintemm.
(3) Kummerċjant li jagħmel talba għal ħlas, jew jasserixxi xi
jedd ta’ ħlas preżenti jew prospettiv, għal dawk li jkun jaf li huma
oġġetti jew servizzi lil konsumatur mhux mitlubin bil-għan li dak
il-konsumatur għad jakkwista dawk l-oġġetti jew servizzi, ikun ħati
ta’ reat.
(4) Kummerċjant li bil-għan li jikseb xiħ ħlas għal dak li jkun
jaf jew imissu jkun jaf li jkunu oġġetti jew servizzi mhux mitlubin -
(a) jhedded li jibda proċedimenti legali;
(b) iqiegħed jew iġiegħel lil min iqiegħed l-isem ta’
konsumatur fuq lista ta’ nies li jonqsu minn
dmirijietħom jew debituri, jew jhedded li hekk
jagħmel; jew
(ċ) jirrikorri għal, jew iġiegħel lil min jirrikorri għal xi
proċedura oħra ta’ ġbir ta’ flus, jew jhedded li hekk
jagħmel,
ikun ħati ta’ reat.
Kummerċjant li 
jibqa’ jinsisti li 
jforni oġġetti, eċċ., 
mhux mitluba.
15. Kummerċjant li jibqa’ jinsisti f’li jforni oġġetti jew
servizzi mhux mitluba wara li l-konsumatur ikun għarrfu, ukoll
jekk bil-fomm, li dawk l-oġġetti jew servizzi ma jkunux meħtieġa,
jkun ħati ta’ reat.
Kif japplikaw it-
Taqsimiet IX u X 
ta’ l-Att.
16. It-Taqsimiet IX u X ta’ l-Att għandħom japplikaw għal
dawn ir-regolamenti bħallikieku riferrenzi għall-Att jew għal
Taqsimiet tiegħu kienu riferenzi wkoll għal dawn ir-regolamenti.
Reati u pieni. 17. (1) Kull min jonqos milli jħares dawn ir-regolamenti,
liema nuqqas jikkostitwixxi reat, jista’ jeħel meta jinsab ħati multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda ta’ mhux iżjed minn elfejn lira, u
multa ta’ mhux inqas minn ħamsa w għoxrin lira u mhux iżjed minn
ħamsin lira għal kull ġurnata li matulha jkompli għaddej in-nuqqas.
(2) Meta reat taħt dawn ir-regolamenti jkun sar minn enti
morali u jiġi ppruvat li jkun sar bil-kunsens jew qbil, jew li jkun ġie
faċilitat minn xi negliġenza ta’ xi direttur, manager, segretarju jew
uffiċjal ieħor bħal dawk ta’ dak il-korp, jew ta’ xi persuna li
ġġiegħlek taħseb li kienet qed taġixxi f’dik il-kapaċità , kemm dik
BEJGĦ MILL-BOGĦOD ġ L.S.378.08 7
il-persuna, kif ukoll dak il-korp, ikunu ħatja ta’ reat taħt dawn ir-
regolamenti.
8 L.S.378.08 ħ BEJGĦ MILL-BOGĦOD
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2)
Mezzi ta’ Komunikazzjoni mill-Bogħod
1. Materjal stampat mhux indirizzat 
2. Materjal stampat indirizzat
3. Ittra standard
4. Reklamar bl-istampa flimkien ma’ ordni
5. Katalogu
6. Telefon bl-intervent ta’ xi ħadd
7. Telefon mingħajr l-intervent ta’ xi ħadd (makna li ssejjaħ awtomatika,
audiotext)
8. Radju
9. Videophone (telefon bl-iskrin)
10. Videotex (microcomputer u skrin tat-televiżjoni)
11. Posta elettronika
12. Makna facsimile (fax)
13. Televiżjoni (teleshopping).
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3)
Servizzi Finanzjarji
- Servizzi ta’ investiment, inklużi servizzi ta’ skemi ta’ investiment kollettiv;
- Operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ri-assigurazzjoni;
- Servizzi bankarji;
- Operazzjonijiet li jirrigwardaw negozju fi futures jew opzjonijiet;
Dawk is-servizzi jinkludu b’mod partikolari: is-servizzi u l-attivitajiet
regolati minn dawn il-liġijiet li ġejjin:
• l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment - Kap. 370
• l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju - Kap. 371
• l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kap. 376
• l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni - Kap. 403
• l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kap. 404.
