PREZZIJIET INDIKATI SKOND 
L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR ġ L.S.378.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 378.09
REGOLAMENTI DWAR PREZZIJIET INDIKATI 
SKOND L-ATT DWAR L-AFFARIJIET
TAL-KONSUMATUR
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 283 ta’ l-2002.
Titolu.
Prezzijiet Indikati skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tifsir.
Kap. 378.
2. (1) Kull riferenza f’dawn ir-regolamenti għal "l-Att" hija
riferenza għall-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, u bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2), id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 2 ta’ l-imsemmi Att għandhom japplikaw għal dawn
ir-regolamenti.
(2) F’dawn ir-regolamenti kemm-il darba ir-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra:
"konsumatur" tinkludi kull xerrej finali;
"oġġetti mibjugħin bil-kwantità " tfisser oġġetti li mhumiex
ippakkjati minn qabel u li jintiżnu u jitkejjlu fuq talba tal-
konsumatur;
"prezz" tfisser il-prezz tax-xiri, u f’kull każ, il-prezz indikat
għandu jkun il-prezz aħħari għall-bejgħ bl-imnut jew il-prezz
aħħari ta’ unità , inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u kull
taxxa jew dritt ieħor;
"rata perċentwali annwali" tfisser dik ir-rata stabbilita skond ir-
regolamenti maħruġa taħt l-artikolu 7(f) ta’ l-Att.
Drittijiet tal-
konsumaturi.
3. (1) Il-konsumaturi għandhom dritt li jirċievu
informazzjoni adegwata, korretta u mhux ambigwa fir-rigward tal-
prezz ta’ l-oġġetti mibjugħin lilhom jew offruti lilhom għall-bejgħ,
u dan biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata bażata fuq
tqabbil sempliċi.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) ma għandhomx
ikunu direttament enforzabbli f’ebda qorti jew tribunal, iżda
għandhom jiġu adottati fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’
dawn ir-regolamenti.
Obbligu sabiex 
jiġu indikati il-
prezzijiet ta’ 
oġġetti.
4. Negozjant li joffri oġġetti għall-bejgħ bl-imnut lill-
konsumaturi għandu juri permezz ta’ mmarkar adatt, jew b’metodi
oħra jindika b’mod ċar, il-prezz ta’ l-oġġetti illi jkunu qed jiġu
offruti.
Prezzijiet indikati.
fil-lok tal-kummerċ tiegħu, kampjun ta’ kull xorta, daqs, tip jew
marka ta’ l-oġġetti li jkun qed jaħżen, u kull kampjun bħal dak
għandu jkollu tikketta jew marka li turi l-prezz li bih dawk l-oġġetti
jkunu qed jiġu offruti għall-bejgħ.
(2) Kull indikazzjoni ta’ prezz meħtieġa skond dawn ir-
2 L.S.378.09 ħ
PREZZIJIET INDIKATI SKOND 
L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
regolamenti għandħa ssir u tintwera b’mod li ma jkunx ambigwu u
li jkun faċilment identifikabbli u jinqara’ b’mod ċar.
(3) Il-figura li turi l-prezz fuq dik it-tikketta jew marka
għandha tkun stampata b’mod ċar u b’tipi grassi jew xort’oħra
indikata bil-miktub.
(4) Kull xorta, daqs, tip jew marka ta’ oġġetti murija ġewwa
vetrina ta’ ħanut, jew fuq barra tal-ħanut, għandu jkollu t-tikketta
tal-prezz relattiv għall-bejgħ kif meħtieġ bis-subregolamenti ta’
qabel:
Iżda meta jkun hemm iktar minn oġġett wieħed ta’ l-istess
xorta, daqs, tip jew marka ta’ l-istess oġġetti li jkun qed jiġi hekk
esibit, ikun biżżejjed jekk il-prezz jintwera fuq wieħed biss minn
dawk l-oġġetti.
(5) Fir-rigward ta’ oġġetti inklużi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jinbiegħu
jew jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi skond il-piż jew il-
volum ta’ kull unità , għandhom jiġu indikati -
(a) kemm il-prezz attwali ta’ l-oġġett (li jkun il-prezz għal
kwantità  determinata ta’ l-oġġett);
(b) kemm ukoll il-prezz ta’ l-unità  ta’ kejl (li jkun il-prezz
finali għal kilo, litru, metru, metru kwadru, jew metru
kubu ta’ l-oġġetti.)
(6) Oġġetti li jkunu ppakkjati minn qabel, inklużi oġġetti ta’ l-
ikel, u li jkunu mibjugħa fi kwantitajiet stabbiliti minn qabel jew li
jkunu varjabbli għandhom juru kemm il-prezz tal-bejgħ kif ukoll il-
prezz ta’ l-unità  ta’ kejl.
(7) Prodotti mibjugħin bil-kwantità  għandhom juru l-prezz ta’
l-unità  ta’ kejl.
(8) Fil-każ ta’ prodott ta’ l-ikel solidu li jkun ippakkjat minn
qabel u li jkun ippreżentat f’xi likwidu, il-prezz ta’ l-unità  ta’ kejl
għandu jirreferi għall-piż nett imnixxef ta’ l-oġġett. Meta jingħata
prezz ta’ l-unità  ta’ kejl ukoll b’riferenza għall-piż nett tal-prodott,
għandu jkun indikat b’mod ċar liema prezz ta’ l-unità  ta’ kejl ikun
jirreferi għall-piż nett imnixxef u liema jkun dak li jirreferi għall-
piż nett.
(9) L-indikazzjoni ta’ kull prezz fuq ippustjar, ippakkjar jew
kunsinna ta’ l-oġġett m’għandux ikun ambigwu u għandu jkun
faċilment identifikabbli u li jinqara b’mod ċar.
(10) Il-prezz ta’ bejgħ u l-prezz ta’ l-unità  ta’ kejl skond dawn
ir-regolamenti għandu jkun fil-munita Maltija.
Eżenzjoni mir-
regolamenti.
6. (1) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 5 ma japplikawx
għal:
(a) oġġetti fornuti bl-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid;
(b) oġġetti mibjugħin waqt li jkun qed jiġi provdut
servizz;
(ċ) bejgħ bl-irkant jew bejgħ ta’ xogħlijiet artistiċi jew
antikitajiet;
PREZZIJIET INDIKATI SKOND 
L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR ġ L.S.378.09 3
(d) xi reklam għal dawk it-tipi ta’ oġġetti, kemm-il darba
l-prezz tal-bejgħ ma jkunx indikat f’dak l-istess
reklam.
(2) Id-Direttur jista’, minn żmien għal żmien, permezz ta’
Ordni ppubblikata fil-Gazzetta, jeżenta kull oġġetti jew kategorija
ta’ oġġetti addizzjonali mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, u dan jista’ jinkludi l-eżenzjoni ta’ kategoriji ta’
oġġetti mill-obbligu li jintwera ukoll il-prezz ta’ l-unità  ta’ kejl.
(3) Id-Direttur jista’, f’ċirkostanzi partikolari fejn jikkonsidra
li l-osservanza tagħhom tkun eċċessivament oneruża, b’avviż
pubblikat fil-Gazzetta, jeżenta bejjiegħa żgħar bl-imnut jew lil kull
kategorija oħra ta’ kummerċanti li jkunu speċifikati, ġeneralment
jew fir-rigward ta’ xi wieħed jew iktar mill-oġġetti speċifikati fl-
avviż, mill-obbligu li jesibixxu l-prezz ta’ l-unità  ta’ kejl skond
dawn ir-regolamenti, bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li jista’
jqis li jkunu xierqa.
Setgħa tad-
Direttur.
7. Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti hawn qabel
imsemmija id-Direttur jista’, fir-rigward ta’ oġġetti offruti għall-
bejgħ lill-konsumaturi, jimponi kull rekwiżit jew kondizzjoni oħra
speċifiċi u addizzjonali illi jidhrulu xierqa fir-rigward tal-manjiera
kif prezzjijiet u informazzjoni oħra jiġu indikati jew murija, inklużi
limitazzjonijiet għall-informazzjoni li tista’ tiġi indikata jew
murija, u l-kummerċant involut ikun obbligat jikkonforma ruħu
magħhom skond hekk.
Għoti ta’ 
informazzjoni.
8. Il-kummerċanti għandhom jipprovdu lid-Direttur jew lil
kull uffiċjal awtorizzat minnu bil-miktub, kull informazzjoni li
tista’ tiġi mitluba mid-Direttur li jkun qed jaġixxi konformement
mal-funzjonijiet tiegħu taħt dawn ir-regolamenti, f’dik il-forma u
f’dak il-perijodu ta’ żmien raġonevoli li d-Direttur jogħġbu
jistabbilixxi.
Reati.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat.
(2) Proċeduri flr-rigward ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti
għandhom jinbdew fi żmien erba’ xhur mill-għemil tar-reat.
(3) Kull min jikser dawn ir-regolamenti jista’, meta jinsab ħati,
jeħel:
(a) fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija għall-ewwel darba, multa
ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn
ħames mitt lira;
Kap. 441.
(b) fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija għat-tieni darba jew aktar
drabi, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux
iżjed minn ħames mitt lira u s-sospensjoni ta’ kull
liċenzja jew awtorizzazzjoni, tkun kif tkun deskritta,
maħruġa mid-Direttur jew kull liċenza maħruġa taħt l-
Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ jew taħt kull liġi
oħra għal perjodu mhux iżjed minn ġimgħa; u l-Qorti
tista’ fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija għat-tieni darba jew
aktar drabi tordna l-pubblikazzjoni f’xi wieħed jew
aktar mill-ġurnali ta’ kuljum tas-sentenza mgħoddija
fuq min jinsab ħati, jew dikjarazzjoni jew sunt ta’ l-
4 L.S.378.09 ħ
PREZZIJIET INDIKATI SKOND 
L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
istess sentenza.
Responsabilità  tal-
kummerċanti.
10. Kull kummerċjant għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji
sabiex jiżgura konformità  ma’ dawn ir-regolamenti; u anki meta l-
ksur jew in-nuqqas ta’ tħaris ta’ dawn ir-regolamenti jista’ jiġi
attribwit lil xi persuna fl-impjieg ta’ tali kummerċant, jew fl-
eżerċizzju ta’ xi att jew funzjoni awtorizzata jew permessa minn
dak il-kummerċant, għandhom ukoll jinbdew proċeduri kontra dak
il-kummerċjant.
