XORB ALKOHOLIKU ġ L.S.41.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 41.02
REGOLAMENTI DWAR
IX-XORB ALKOHOLIKU
18 ta’ Novembru, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 115 ta’ l-1974, kif emendat bl-Avviżi Legali 36 ta’ l-
1977 u 17 ta’ l-1996.
Titolu.
Xorb Alkoholiku.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1977.
2. (1) F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba l-kuntest tal-
kliem ma jeħtieġx xort’oħra -
"alkohol" tinkludi kull spirtu, sew jekk bottiljat jew le, li jkun
maħsub għall-manifattura, jew taħlit jew preparazzjoni ta’ xorb
alkoholiku;
"flixkun" tfisser kull reċipjent li jesgħa mhux iktar minn litru, u
"bottiljat" għandha tiftiehem konsegwentement;
"xorb alkoholiku" tfisser kull xorb ta’ qawwa alkoholika ta’ iżjed
minn 3.5º  qawwa, sew jekk prodott u bottiljat jew jekk bottiljat biss
f’Malta, iżda ma tinkludix inbid jew birra.
Kap. 41.
(2) Il-kliem u l-frażijiet użati f’dawn ir-Regolamenti u mhux
xort’oħra mfissra għandu jkollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom
fl-Ordinanza dwar l-Ispirti.
Ħruġ ta’ liċenzja.
bejgħ xi xorb alkoholiku kemm-il darba ma jkollhiex liċenzja
maħruġa mill-Kontrollur.
(2) Kull liċenzja mhijiex trasferibbli u għandha tapplika biss
għall-post speċifikat fiha.
(3) Kull liċenzja maħruġa skond dan ir-regolament tkun tiswa
sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ħarġet, u għall-ħruġ kif
ukoll għat-tiġdid ta’ liċenzja għandhom jitħallsu ħames liri.
(4) Ebda persuna li jkollha dik il-liċenzja ma għandha tbiegħ,
tittrasferixxi jew xort’oħra tneħħi xi xorb alkoholiku prodott
minnha, ħlief fi flixken u skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Rifjut u tħassir ta’ 
liċenzja.
4. (1) Il-Kontrollur jista’ jirrifjuta l-ħruġ jew it-tiġdid ta’
liċenzja.
(2) Il-Kontrollur jista’, f’kull żmien, iħassar il-liċenzja meta d-
detentur tagħha ma jaħdimx, ma jħallatx jew ma jlestix għall-bejgħ
xi xorb alkoholiku għal sentejn konsekuttivi.
Tlestija, taħlit jew 
ħdim illegali ta’ 
xorb alkoholiku.
5. Kull persuna li tlesti, tħallat jew taħdem xorb alkoholiku
mingħajr il-liċenzja meħtieġa skond ir-regolament 3 tkun ħatja ta’
reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
2 L.S.41.02 ħ XORB ALKOHOLIKU
Tiżmim ta’ 
reġistru.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1977.
6. (1) Kull persuna li tkun ingħatat liċenzja skond ir-
regolament 3 li taħdem, tħallat jew tlesti xorb alkoholiku għandha
żżomm reġistru, fil-forma murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti, li fih għandu jitniżżel minnufih il-kwantità  ta’
alkohol li tiġi riċevuta fil-maħżen tagħha - 
(a) l-isem u l-indirizz tal-persuna li minn għandha jkun
ġie akkwistat l-alkohol, id-data ta’ meta ġie akkwistat,
ix-xorta u l-kwantità  akkwistata u s-saħħa alkoholika
kif ukoll in-numru ta’ riferenzja taċ-ċertifikat maħruġ
skond ir-regolament 7;
(b) ix-xorta u l-kwalità  tax-xorb alkoholiku prodott u
bottiljat, in-numru ta’ flixken, kemm jesgħu, is-saħħa
alkoholika rispettiva tax-xorb u l-ħela li tirriżulta mix-
xogħol ta’ l-ibbottiljar;
(ċ) meta l-alkohol ikun ġie mportat direttament mid-
detentur tal-liċenzja, il-kwantità  mportata, is-saħħa
alkoholika, l-ammont ta’ dazju mħallas, in-numru tal-
formula tar-reġistru tad-Dwana u d-data tal-ħlas tad-
dazju relattiv.
(2) Ebda xorb alkoholiku, sew jekk importat jew prodott
lokalment, li jkun ibbottiljat ma għandu jintuża għal manifattura
mill-ġdid, taħlit jew preparazzjoni ta’ xorb alkoholiku mingħajr l-
awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kontrollur taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jimponi u jekk dak ix-xorb alkoholiku ma
jkunx eżaminat minn qabel mill-Kontrollur.
(3) Kull persuna li tonqos li tħares id-disposizzjonijiet tas-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
Trasferiment ta’ 
alkohol.
7. Ebda trasferiment ta’ alkohol mingħand wieħed li jħallat
jew mingħand importatur għal għand ieħor li jħallat ma għandu jsir
kemm-il darba dak it-trasferiment ma jkunx qabel ġie awtorizzat
b’ċertifikat maħruġ mill-Kontrollur.
Twaħħil ta’ 
tikketta.
8. (1) Kull persuna li lilha tkun ingħatat liċenzja taħt ir-
regolament 3 għandha twaħħal tikketta ma’ kull flixkun ta’ xorb
alkoholiku prodott minnha li turi t-trade mark jew l-isem fis-suq u
x-xorta tax-xorb, is-saħħa alkoholika tiegħu, kemm jesgħa u isimha
u l-indirizz sħiħ tagħha.
(2) Meta jkun hemm imwaħħla fuq xi flixkun iktar minn
tikketta waħda, id-dettalji meħtieġa taħt is-sub-regolament (1) ta’
dan ir-regolament għandhom jintwerew fuq it-tikketta prinċipali.
Kontroll u tneħħija 
ta’ reġistru.
9. (1) Il-paġni tar-reġistru msemmijin fir-regolament 6
għandhom ikunu numerati konsekuttivament u r-reġistru ma
għandux jintuża jekk qabel ma jkunx ġie approvat, ittimbrat u
iffirmat mill-Kontrollur.
(2) Dak ir-reġistru għandu jiġi miżmum fil-post imsemmi fil-
liċenzja u għandu jiġi muri fuq talba mill-Kontrollur, u ma għandux
jiġi distrutt jew xort’oħra imneħħi mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-
miktub bil-quddiem tal-Kontrollur.
XORB ALKOHOLIKU ġ L.S.41.02 3
Kontroll ta’ bejgħ 
ta’ xorb 
alkoholiku.
10. Ebda persuna ma għandha tbiegħ minn xi post li dwaru
tkun isseħħ liċenzja fejn jinħadem, jitħallat jew jitlesta xorb
alkoholiku xi xorb bħal dak għall-konsum fl-imsemmi post. 
Korrezzjoni ta’ 
dħul fir-reġistru.
11. Kull kitba magħmula fir-reġistru preskritt taħt ir-
regolament 6 li teħtieġ korrezzjoni ma għandhiex tiġi mħassra iżda
għandha tiġi korretta b’mod li tibqa’ tinqara ċar.
Twaħħil ta’ strixxi 
jew mezz ieħor ta’ 
siġillar.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1977;
A.L. 17 ta’ l-1996.
12. (1) Għandha titwaħħal ma’ tul it-tapp ta’ kull flixkun ta’
xorb alkoholiku bottiljat f’Malta strixxa tal-karta b’dak il-mod li
jiġi żgurat li dik l-istrixxa titqatta meta jinfetaħ il-flixkun.
(2) Dik l-istrixxa -
(a) għandha tkun ta’ lewn abjad u jkollha l-kliem
"Imħallat f’Malta minn spirti mportati" meta x-xorb
ikun prodott minn taħlita ta’ spirti importati li
magħhom ma jiżdied ebda ingredjent ieħor ħlief ilma
distillat jew sustanza koloranti jew it-tnejn;
(b) għandha tkun ta’ lewn abjad u għandu jkollha l-kliem
"Prodott f’Malta" meta x-xorb ikun prodott lokalment
jew ikun magħmul minn taħlita li jkun fiha ingredjenti
oħra barra minn dawk imniżżlin fil-paragrafu (a) ta’
dan is-sub-regolament;
(ċ) għandha tkun ta’ xi lewn ieħor barra minn abjad u
għandu jkollha l-kliem "Importat sfuż u bottiljat
f’Malta" meta x-xorb ikun importat sfuż u ebda
ingredjent ma jiġi miżjud barra minn ilma distillat jew
sustanzi koloranti jew it tnejn.
(3) Dawk l-istrixxi għandhom ikunu numerati
konsekuttivament u jinkisbu bil-prezz tal-kost mingħand il-
Kontrollur fuq talba bil-miktub tal-persuna li għandha liċenzja kif
provvdut fir-regolament 3, li għandha tgħid ix-xorta u l-kwantità
ta’ l-istrixxi meħtieġa.
(4) L-istrixxi għandhom jitwaħħlu quddiem il-Kontrollur li lilu
jingħata avviż xieraq bil-quddiem.
(5) Il-Kontrollur għandu kull darba jdaħħal fir-reġistru
miżmum skond ir-regolament 6 il-kwantità  u n-numru tas-serje ta’
l-istrixxi jew tal-mezzi l-oħra ta’ siġill użati.
(6) Il-Kontrollur jista’, meta tintwera raġuni xierqa, jippermetti
s-siġillar tal-fliexken xort’oħra barra milli bl-użu ta’ strixxa tal-
karta taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu xieraq li jimponi, jew
jiddispensa milli jsir dak is-siġillar meta huwa jqis għamliet oħra
ta’ kontroll bħala li huma, fiċ-cirkostanzi, sodisfaċenti.
(7) Ebda persuna ma għandu jkollha fil-pussess tagħha, jew
takkwista b’xi mod ikun li jkun jew tuża mill-ġdid xi strixxi mhux
miksurin jew xi mezz ieħor ta’ siġill, sew jekk użat jew mhux użat,
ħlief kif provdut f’dawn ir-Regolamenti.
(8) Strixxi jew mezzi oħra ta’ siġill imwaħħlin ma’ flixken li
jkun fihom xorb alkoholiku kif provvdut f’dawn ir-Regolamenti ma
jistgħux jitneħħew, qabel ma l-flixkun jinfetaħ għall-konsum jew
jerġgħu jintużaw biex jiġu siġillati flixken li jkun fihom xorb
alkoholiku.
4 L.S.41.02 ħ XORB ALKOHOLIKU
Teħid ta’ kampjuni 
ta’ xorb 
alkoholiku.
Kap. 449.
13. Il-Kontrollur jista’, f’kull żmien, jieħu kampjuni ta’ xorb
alkoholiku għall-analisi mill-analista tad-Dwana li għandu
jiċċertifika s-saħħa alkoholika, u sabiex jintbagħtu lis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika li għandu jiżgura jekk l-imsemmi
xorb jaqbilx mal-ħtiġiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-
Sigurtà  fl-Ikel jew ta’ kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu.
Responsabbiltajiet 
ta’ detenturi ta’ 
liċenzja.
14. Billi titwaħħal strixxa jew mezz ieħor ta’ siġillar ma’ tul it-
tapp ta’ flixkun li jkun fih xorb alkoholiku ma għandu b’ebda mod
jeżenta lid-detentur tal-liċenzja dwaru mill-obbligi,
responsabbiltajiet jew ħtiġiet oħra preskritti b’dawn ir-Regolamenti
jew b’xi liġi oħra.
Attendenzja ta’ 
Kontrollur.
15. (1) L-attendenzi kollha mill-Kontrollur biex jitwaħħlu l-
istrixxi jew xi mezz ieħor ta’ siġill u biex jittieħdu l-kampjuni
għandhom ikunu mingħajr ħlas matul il-ħinijiet li ġejjin:
Mill-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena sal-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’
wara:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mit-7.45 a.m. san-12.30 p.m.
Mis-1.15 p.m. sal- 5.15 p.m.
Mis-16 ta’ Ġunju ta’ kull sena sat-30 ta’ Settembru ta’ l-istess
sena:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-7.30 a.m. sas-1.30 p.m.
(2) Id-detentur tal-liċenzja għandu jipprovdi trasport
sodisfaċenti għall-attendenzja tal-Kontrollur fil-post tad-detentur
tal-liċenzja għall-iskopijiet imsemmija fir-regolament 12.
Bejgħ jew tneħħija 
ta’ fliexken 
mingħajr strixxa 
jkun illegali.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1977.
16. (1) Ebda persuna liċenzjata skond ir-regolament 3 ma
tista’ tbiegħ, tagħti, jew xort’oħra tneħħi jew tipprova tbiegħ,
tagħti, jew xort’oħra tneħħi xi flixkun ta’ xorb alkoholiku prodott
jew ibbottiljat minnha kemm-il darba dak il-flixkun ma jkunx
issiġillat skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 12.
(2) Ebda persuna li m’għandhiex liċenzja skond ir-regolament
3 ma tista’ takkwista jew ikollha fil-pussess tagħha, jew tbiegħ, turi
għall-bejgħ, tagħti jew xort’oħra tneħħi, xi flixkun mhux miftuħ ta’
xorb alkoholiku li jkun prodott, imħallat jew ibbottiljat f’Malta
kemm-il darba dak il-flixkun ma jkunx ġie issiġillat skond ir-
regolament 12.
Setgħa tal-
Kontrollur li jidħol 
f’postijiet.
17. Il-Kontrollur jista’ f’kull żmien, fuq suspett xieraq, jidħol
f’kull fabbrika jew post ieħor li jkun proprjetà  jew taħt il-kontroll
ta’ xi persuna li jkollha liċenzja maħruġa skond ir-regolament 3
sabiex jeżamina r-reġistru li għandu jinżamm skond ir-regolament
6 u kull stock ta’ alkohol jew ta’ xorb alkoholiku.
Setgħa tal-
Kontrollur li 
jwaqqaf u jżomm 
persuni u vetturi.
18. Meta l-Kontrollur ikollu raġuni xierqa li jissospetta illi xi
alkohol ikun qed jiġi trasportat bi ksur tad-disposizzjoni tar-
regolament 7 jew li xi xorb alkoholiku jkun qed jiġi trasportat fil-
mod li jikser r-regolament 12, hu jista’ jwaqqaf lill-persuna jew
lill-persuni inkarigati, u l-vettura jew il-vetturi li jkunu wżati għal,
dak it-trasport, u hu jista’ jżomm lil dik il-persuna jew lil dawk il-
persuni u lil dik il-vettura jew dawk il-vetturi sakemm l-alkohol
jew ix-xorb alkoholiku, skond il-każ, jiġi eżaminat.
XORB ALKOHOLIKU ġ L.S.41.02 5
Reati minn persuni 
oħra.
19. Kull persuna jew persuni li jkunu qed isuqu l-vettura jew
il-vetturi msemmija fir-regolament 18 u li - 
(i) ifixklu jew jostakolaw lill-Kontrollur milli
jagħmel l-eżami msemmi f’dak ir-regolament;
jew
(ii) jonqsu li jobdu xi ordni mogħti lilhom mill-
Kontrollur; jew
(iii) jirrifjutaw li jinformaw, jew jinformaw il-falz,
lill-Kontrollur; jew
(iv) jonqsu li jwaqqfu l-vettura jew il-vetturi kif
ordnati mill-Kontrollur,
ikunu ħatja ta’ reat skond dawn ir-Regolamenti.
Reati minn 
detenturi ta’ 
liċenzi.
20. Kull persuna li jkollha liċenzja maħruġa taħt ir-regolament
3 u li -
(i) tonqos li żżomm reġistru kif meħtieġ bir-
regolament 6; jew
(ii) tfixkel jew tostakola lill-Kontrollur mill-eżami
ta’ dak ir-reġistru; jew
(iii) tiddistruġġi, tħassar, jew tikkanċella xi parti
mill-imsemmi reġistru; jew
(iv) iddaħħal xi ħaġa falza f’dak ir-reġistru; jew
(v) b’mod irregolari tikkanċella jew tħassar xi kitba
f’dak ir-reġistru; jew
(vi) tirrifjuta li tinforma, jew tinforma l-falz, lill-
Kontrollur dwar ix-xiri jew dwar l-istock ta’ xi
alkohol,
tkun ħatja ta’ reat skond dawn ir-Regolamenti.
Falsifikazzioni ta’ 
konnijiet, eċċ.
21. Kull persuna li tiffalsifika kon, timbru, jew marka wżata
mill-Kontrollur jew li tiffalsifika strixxa jew mezz ieħor ta’ siġill li
għandu jitwaħħal mal-flixken ta’ xorb alkoholiku jew li jkollha fil-
pussess tagħha xi kon, timbru, marka, strixxa jew mezz ieħor ta’
siġill falz bħal dawk, tkun ħatja ta’ reat skond dawn ir-
Regolamenti.
Kxif ta’ tagħrif.
negozju individwali bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti ma għandha tippubblika jew tikxef dik l-
informazzjoni mingħajr il-kunsens bil-miktub tad-detentur tal-
liċenzja, kemm-il darba dik il-pubblikazzjoni ma ssirx jew dak il-
kxif ma jsirx lil xi persuna oħra li tkun teħtieġ dik l-informazzjoni
għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jew ta’ prosekuzzjoni li tkun
ser ssir bis-saħħa tagħhom.
Pieni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien, kemm-il darba piena speċifika ma
tkunx provvduta b’dawn ir-Regolamenti dwar ir-reat partikolari.
Liċenzi oħra.
detenteur milli jikseb xi liċenzja oħra meħtieġa skond xi liġi oħra.
6 L.S.41.02 ħ XORB ALKOHOLIKU
Emendata:
A.L. 36 ta’ l-1977.
SKEDA
(Regolament 6)
XORB ALKOHOLIKU ġ L.S.41.02 7
R
E
Ġ
I
S
T
R
U
 
T
A
’
 
L
-
I
S
T
O
C
K
 
G
Ħ
A
L
 
U
Ż
U
 
U
F
F
I
Ċ
J
A
L
I
 
B
I
S
S
R
i
m
a
r
k
i
F
i
r
m
a
 
t
a
’
l
-
U
f
f
i
ċ
j
a
l
t
a
d
-
D
w
a
n
a
u
 
s
-
S
i
s
a
N
r
i
.
 
t
a
s
-
S
e
r
j
e
N
r
u
.
 
t
a
’
S
t
r
i
x
x
i
 
u
m
e
z
z
i
 
o
ħ
r
a
t
a
’
 
S
i
ġ
i
l
l
P
R
O
D
U
Z
Z
J
O
N
I
Ħ
e
l
a
 
u
K
s
u
r
S
a
ħ
ħ
a
a
l
k
o
h
o
l
i
k
a
K
e
m
m
j
e
s
g
ħ
u
 
i
l
-
f
l
i
e
x
k
e
n
K
w
a
n
t
i
t
à
 
t
a
’
F
l
i
x
k
e
n
X
o
r
t
a
 
t
a
’
X
o
r
b
A
K
K
W
I
S
T
 
T
A
’
 
A
L
K
O
H
O
L
 
J
E
W
 
D
E
R
I
V
A
T
T
I
V
I
 
T
I
E
G
Ħ
U
G
ħ
a
l
 
u
ż
u
u
f
f
i
ċ
j
a
l
i
D
a
t
a
t
a
l
-
Ħ
l
a
s
t
a
d
-
D
a
z
j
u
N
r
u
.
 
t
a
l
-
F
o
r
m
u
l
a
t
a
r
-
R
e
ġ
i
s
t
r
u
t
a
d
-
D
w
a
n
a
j
e
w
 
i
ċ
-
Ċ
e
r
t
i
f
i
k
a
t
t
a
d
-
D
a
z
j
u
u
 
t
a
s
-
S
i
s
a
A
m
m
o
n
t
 
t
a
’
 
D
a
z
j
u
L
m
 
ċ
S
a
ħ
ħ
a
a
l
k
o
h
o
l
i
k
a
X
o
r
t
a
 
u
k
w
a
n
t
i
t
à
(
L
i
t
r
i
)
M
i
n
g
ħ
a
n
d
m
i
n
D
a
t
a
