EŻAMI GĦAL PIŻATURI PUBBLIĊI ġ L.S.42.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 42.01
REGOLAMENTI DWAR L-EŻAMI GĦAL 
PIŻATURI PUBBLIĊI
18 ta’ April, 1935
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 145 ta’ l-1935, kif emendata: bl-
Avviżi Legali 49 ta’ l-1974 u 13 ta’ l-1977; u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Miżjud:
A.L. 49 ta’ l-1974.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar l-
Eżami għal Piżaturi Pubbliċi.
Eżamijiet.
Sostitwit:
A.L. 49 ta’ l-1974.
Emendat:
XIII. 1983.5.
2. (1) L-applikanti għal liċenzja biex jagħmluha ta’ piżaturi
pubbliċi għandhom jiġu eżaminati fis-suġġetti msemmija fl-Iskeda
ta’ dawn ir-Regolamenti u għandhom jagħmlu prova prattika fix-
xogħol ta’ piżaturi pubbliċi.
(2) Ħadd ma jiġi mħolli jersaq għal dan l-eżami jekk ma
jkunx-
(a) fuq it-tmintax-il sena dakinhar ta’ l-eżami;
(b) ta’ kondotta tajba; u
(ċ) ma jġibx dokument tajjeb fejn juri li għamel sitt xhur
taħriġ taħt wieħed li għandu s-setgħa jaħdem bħala
piżatur pubbliku li jħaddem l-istasija u l-miżien.
(3) L-applikazzjonijiet, u magħhom iċ-ċertifikati msemmijin
fil-paragrafi (a), (b) u (ċ) tas-sub-regolament (2) ta’ dan ir-
regolament għandhom jiġu mibgħuta lid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni.
(4) Qabel ma jiġi mħolli jogħqod għall-eżami kull applikant
irid iħallas ħamsa w għoxrin ċenteżmu bħala ħlas ta’ l-ammissjoni.
2 L.S.42.01 ħ EŻAMI GĦAL PIŻATURI PUBBLIĊI
SKEDA
(Regolament 2)
Suġġetti ta’ l-eżami
Massimu Minimu
LINGWI (Malti u Ingliż) 100 45
Provi ta’ komprensjoni bil-Malti u
Ingliż, traduzzjonijiet mill-Malti
għall-Ingliż u mill-Ingliż għall-
Malti.
ARITMETIKA - L-erba regoli. 100 45
Riduzzjoni u konversjoni ta’ flejjes
u ta’ użin u kejl Maltin, Ingliżi u
metriċi. Frazzjonijiet sempliċi
(komuni u deċimali). Proporzjoni,
averages u perċentaġġi ħfief. Arei u
volumi ta’ uċuh rettangolari u ta’
solidi.
MEKKANIKA - Massa, tul, ħin u l-
unitajiet tagħhom (S.I.). Densità  ta’
solidi u likwidi. Kwantitajiet
Vector. Rappreżentazzjonijiet ta’
forzi bħala vectors; il-paralello-
gramma ta’ forzi; trjangolu ta’ forzi;
imwieżen bil-molla u li jinqraw
direttament. Momentum ta’ forza;
couples; ċentru ta’ massa; kif tiġi
stabbilita f’każijiet sempliċi;
Stabilità . Il-prinċipji ta’ makni
sempliċi, eż., lieva, pjan inklinat,
sistema sempliċi ta’ taljoli, viti. Il-
miżien komuni u l-istasija. Veloċità
uniformi u aċċelerazzjoni uniformi
f’linja dritta. Momentum - Forza
bħala rata ta’ tibdil ta’ momentum.
100 45
