SAJD ġ L.S.425.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 425.01
REGOLAMENTI DWAR IS-SAJD
25 ta’ Mejju, 1934
23 ta’ April, 1935
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 206 ta’ l-1934, kif emendata bl-
Avviżi Legali: 48 ta’ l-1962, 19 ta’ l-1964, 80 ta’ l-1978, 58 ta’ l-1979 u
154 ta’ l-1993; u n-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 148 ta’ l-1935, kif
emendata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern 481 ta’ l-1936 u bl-Avviż tat-
23.02.37, konsolidati.
Titolu.
Sajd.
Mezzi tas-sajd 
mingħajr liċenza.
2. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 10 u
11 ta’ dawn ir-Regolamenti, dawn il-għodod u mezzi tas-sajd li
ġejjin jistgħu jiġu wżati mingħajr liċenza fiż-żminijiet kollha u fil-
postijiet kolla:
(i) il-mezzi kollha ta’ sajd tal-ħut bis-sunnara, bix-
xlief, bil-gulpara u bil-ħiel;
(ii) il-foxxna;
(iii) in-nassi msejħin drajna, nassi tal-granċ, nassi
tal-qarnit, u nassi ta’ l-imrejjen;
(iv) il-koppijiet msejħin kopp tal-gambli, kopp tal-
wiċċ, kopp tal-laċċi u kopp tal-lhud;
(v) il-għodod kollha ċkejkna tas-sajd li huma
magħrufin bħala għodod tas-sajd u li ma humiex
imsemmijin xort’oħra f’dawn ir-Regolamenti,
bħalma huma id-delfinara, ganċ jew gaffa.
Liċenza biex jiġu 
wżati għodod tas-
sajd.
3. Barra dawk li ġew imsemmija fir-regolament 2, għodda
oħra li jintużaw għas-sajd jeħtieġu liċenza mid-Direttur tas-Sajd.
Projbizzjoni ta’ 
użu ta’ lampara.
N.G. 148 ta’ l-
1935, kif emendata 
bin-N.G. 481 ta l-
1936 u l-Avviż tat-
23.02.37, 
konsolidati.
4. (1) Ma jistax isir użu mill-għodda tas-sajd magħrufa bl-
isem ta’ lampara fil-limiti ta’ l-ibħra ta’ Malta.
(2) Il-Prim Ministru jista’, madankollu, jagħti ċertu numru ta’
liċenzi għas-sajd bil-lampara kull meta jidhirlu li hu meħtieġ sabiex
b’hekk ikun hawn provvista ta’ ħut li tkun biżżejjed għall-
popolazzjoni ta’ Malta:
Iżda l-użu tal-lampara jista’ jsir biss mhux anqas minn mil
il-bogħod mix-xtut.
Post imfisser fil-
liċenza.
5. Meta ma hemmx stabbilit f’dawn ir-Regolamenti, fil-
liċenza għandu jkun hemm imfisser il-post u ż-żmien li fih il-
għodda tas-sajd tista’ tiġi wżata.
Liċenza għal 
skopijiet xjentifiċi.
6. Id-Direttur jista’, għal skopijiet xjentifiċi, joħroġ liċenzi
għall-użu ta’ kull xorta ta’ għodda f’kull post li jkun, ħlief f’dawk
il-postijiet li huma msemmija fir-regolament 12.
Permessi speċjali 
għal postijiet tal-
magħluq tal-ħut.
7. Id-Direttur jista’, sabiex jerġgħu jitgħammru bil-ħut il-
postijiet tal-magħluq tal-ħut, jagħti permessi speċjali lis-sid tal-
magħluq biex jistad fil-postijiet li fihom ma jistax isir sajd, ħlief
2 L.S.425.01 ħ SAJD
dawk li huma msemmijin fl-artikoli 11 u 12, għal numru stabbilit
ta’ drabi fis-sena u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jiġu mposti minn
żmien għal żmien.
Irtirar ta’ liċenza. 8. Id-Direttur ikollu s-setgħa li jagħti jew jirtira, mingħajr
kumpens, kull liċenza, li jordna li jsiru tibdiliet f’kull għodda tas-
sajd, jew li ma jħallix li jsir użu minnha, u li jagħmel kull tibdil fil-
limiti ta’ postijiet magħluqa u fiż-żminijiet stabbiliti għall-użu ta’
kull għodda tas-sajd.
Validità  ta’ liċenzi. 9. Il-liċenzi taħt dawn ir-Regolamenti jkunu personali u
jiswew sal-31 ta’ Diċembru u għandhom jiġġeddu fl-1 ta’ Jannar ta’
kull sena.
Numru ta’ liċenzi. 10. In-numru ta’ liċenzi li joħorġu għal kull waħda mill-
għodod tas-sajd ikun skond ma jidhirlu d-Direttur.
Projbizzjoni ta’ 
sajd.
11. Is-sajd huwa strettament ipprojbit fil-bokka tad-drenaġġ
f’Wied Għammieq ġewwa wesgħa ta’ baħar immarkata fl-art minn
żewġ pilatri tal-ġebel miżbugħin bl-aħmar imqiegħdin fiż-żewġt
iġnub ta’ fomm id-drenaġġ, wieħed fuq ix-xtajta tax-Xgħajra qrib
Ras il-Ġebel u l-ieħor taħt is-sur ta’ Rikażli u fuq in-naħa tal-baħar
immarkata minn zewġ bagi. Ħadd ma jista’ jiġbor mill-istess
wesgħa ta’ baħar kull xorta ta’ frott il-baħar li jittiekel.
Sajd mhux permess 
f’ċerti postijiet.
12. Ebda sajd ma jista’ jsir fid-Daħla tat-Tarzna jew wara l-
Isla, jiġifieri f’dawk il-bnadi tal-Port il-Kbir għax-xlokk ta’ linja
miġbuda mill-Ponta ta’ Sant’Anġlu sal-Ponta ta’ l-Isla u minn
hemm għat-tarf tal-Moll ta’ Parlatorio lejn it-tramuntana u l-Għolja
ta’ Kordin, mingħajr permess speċjali tad-Direttur mogħti bil-
kunsens tal-Prim Ministru.
Għodod tas-sajd 
f’dgħajjes.
13. Dawk in-nies li jġorru fid-dgħajsa tagħhom xi għodod tas-
sajd jiqiesu, għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, li huma użaw
dawn il-għodod.
Sajd bit-trawlers. 14. Ebda bastiment jew trawler li jimxi bl-istim jew b’mutur
jew dgħajsa tal-qlugħ ma tista’ tixħet jew tirmonka ebda xorta ta’
xbiek ġewwa l-limiti tal-baħar ta’ dawn il-Gżejjer; lanqas ma jista’
jiġi wżat il-mezz ta’ l-irmunkar bl-egħżula tal-ġbid bejn żewġ
bastimenti (paranzi) ta’ l-istim jew tal-mutur ġewwa dawn il-limiti
ta’ baħar.
It-tartarun.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
15. Ħadd ma jista’ jżomm jew juża tartarun mingħajr liċenza
għall-użu tiegħu. Il-malji ta’ dan l-ixbiek ma għandhomx ikunu
inqas minn tmienja punt ħamsa millimetri ma’ tul kull ġenb minn
għoqda għal oħra, anki meta x-xbiek ikun imxarrab, u ċ-ċombiet
tiegħu ma għandhomx jkunu hekk tqal li jġiegħlu s-sufri jgħoddsu
fl-ilma.
Użu ta’ tartarun fil-
bajji.
16. Fil-bajji u daħliet tal-baħar, it-trufijiet tal-medda baħar li
fiha jista’ jiġi wżat it-tartarun ikunu ’l barra minn linja miġbuda
bejn żewġ pilastri tal-ġebel imqegħdin quddiem xulxin f’ġenb
wieħed u l-ieħor ta’ dawn il-bajji u daħliet.
Baħar imqanqal. 17. F’ebda post ma jista’ jiġi wżat it-tartarun meta l-baħar ikun
mqanqal.
Telf ta’ liċenza. 18. Il-liċenza għall-użu ta’ tartarun tintilef wara t-tieni
kundanna talli nkisru r-regolamenti dwar l-użu tat-tartarun.
SAJD ġ L.S.425.01 3
Permessi speċjali.
permess speċjali għal ċerti żminijiet stabbiliti għall-użu tat-tartarun
f’postijiet tal-baħar fejn is-sajd b’dan l-ixbiek hu pprojbit, bil-
kondizzjoni li ebda toqba ta’ dan l-ixbiek ma tkun inqas minn
ħamsa u għoxrin punt ħamsa millimetru kwadru.
Il-gangmu.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
20. Ħadd ma jista’ jżomm jew juża gangmu mingħajr liċenza
għall-użu tiegħu. Il-malji tax-xibka ma għandhomx ikunu inqas
minn sitta punt ħamsa millimetru kwadru anki meta tkun ixarrba, u
x-xibka ma għandha tkun f’ebda każ itwal minn tlieta punt wieħed
metri, waqt li l-ħadida ta’ fommu ma għandhiex tkun iktar minn
wieħed punt ħamsa metri fit-tul u l-piż tax-xibka ma għandux ikun
iktar minn dak tal-mudell ta’ gangmu miżmum fl-uffiċċju tad-
Direttur.
Użu tal-gangmu.
(a) mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Jannar; u
(b) ’l barra minn dawk il-postijiet fejn l-użu tat-tartarun
hu pprojbit.
Il-kopp tal-lasta.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
22. Ħadd ma jista’ jżomm jew juża kopp tal-lasta mingħajr
liċenza għall-użu tiegħu. Il-malji ta’ dan il-kopp ma għandhomx
ikunu inqas minn sitta punt ħamsa millimetru kwadru. Din il-
għodda tkun ġeneralment taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk
għall-użu tal-gangmu.
It-terrieħa.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
23. It-terrieħa ma tistax tiġi wżata ġewwa l-bajji u l-portijiet, u
ebda waħda mill-malji tagħha ma għandha tkun inqas minn ħamsa u
għoxrin punt ħamsa millimetru kwadru.
Pariti u għeżula.
Frar sal-15 ta’ Lulju f’dawk il-postijiet fejn l-użu tat-tartarun hu
pprojbit. Fil-Port il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett dawn iż-żewġ
għodod tas-sajd ma jistgħux jiġu wżati fil-postijiet ipprojbiti fl-
ebda żmien.
Permessi speċjali.
pariti u għeżula ġewwa postijiet ipprojbiti fil-każ li tidher il-passa
ta’ ħut imlaħħaq tax-xorta ta’ inċova, sardin, pizzintun, plamtu,
tumbrell jew kull xorta ta’ ħut ieħor tal-wiċċ. Fil-permess għandu
jkun hemm imfisser il-għamla sewwa tax-xbiek li għandu jiġi wżat
għal hekk.
Sajd bil-kannizzati.
mqassmin u mogħtijin kull sena bix-xorti taħt dawk il-
kondizzjonijiet li d-Direttur jidhirlu li għandu jagħmel, u ħadd ma
jkollu dritt li jixħet sufri għal dan is-sistema ta’ sajd mingħajr ma
jkollu liċenza.
Validità  tal-
liċenza.
Emendat:
A.L. 48 ta’ l-1962;
A.L. 19 ta’ l-1964;
A.L. 80 ta’ l-1978;
A.L. 58 ta’ l-1979.
27. Minkejja d-disposizzjoni tar-regolament 9 ta’ dawn ir-
Regolamenti, il-liċenza msemmija fir-regolament 26 ikollha effett
matul il-perijodu li jibda fl-1 ta’ Awissu tas-sena tal-ħruġ u li
jispiċċa fil-31 ta’ Jannar li jiġi minnufih wara dik is-sena, matul
liema prijodu ebda persuna ħlief dik li jkollha liċenza ma tista’
tistad ġewwa wesgħa ta’ mija u tmenin metru mis-sufri tal-
kannizzati tagħha.
Limitazzjoni ta’ 
liċenzi.
28. Id-Direttur ikollu s-setgħa illi l-liċenzi imsemmija fir-
4 L.S.425.01 ħ SAJD
regolament 26 jinħargu biss lil persuni li huma sajjieda tas-sengħa.
Tunnari. 29. Jista’ jingħata permess biex jinxeħtu tunnari madwar il-
plajjiet ta’ dawn il-Gżejjer skond dawk il-kondizzjonijiet li d-
Direttur jidhirlu li għandu jimponi. Id-Direttur jista’ ukoll jordna
illi ebda xorta ta’ sajd ieħor ma jista’ jsir fil-post fejn tkun inxeħtet
t-tunnara.
Żubruni.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
30. F’kull tarf tat-tunnara, min-naħa li tħares lejn il-baħar, irid
ikun hemm irmiġġat żubrun ta’ tant daqs illi d-djametru tiegħu
f’wiċċ l-ilma ma jkunx inqas minn metru u l-għoli tiegħu, minn fuq
nett sa wiċċ l-ilma, metru punt ħamsa. Dan iż-żubrun għandu jkun
immuntat b’qafas jew boċċa ta’ djametru ta’ tliet mitt millimetri
mwaħħla ma’ arblu; il-għoli, mill-quċċata tal-qafas jew boċċa sa
wiċċ l-ilma ma għandux ikun inqas minn tnejn punt seba’ ħamsa
metri.
Irmiġġ ta’ dgħajsa 
bil-lejl.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
31. Mal-lejl, fix-xeħta li tħares lejn il-baħar ta’ tunnari, jrid
ikun hemm irmiġġata dgħajsa li turi żewġt idwal bojod weqfin
wieħed fuq l-ieħor, metru bogħod minn xulxin, u mwaħħlin b’mod
illi d-dawl ta’ fuq ma jkunx inqas minn tlieta punt wieħed metri ’l
fuq minn wiċċ l-ilma u ta’ għamla li jkunu jidhru f’lejl mudlam
b’ajru ċar mad-dawra kollha ta’ l-orizzont f’bogħod ta’ mhux inqas
minn żewġ mili nawtiċi.
Postijiet fejn it-
tunnari jistgħu 
jinxeħtu.
32. B’liċenza mid-Direttur, it-tunnari jkunu jistgħu jinxeħtu
f’dan il-postijiet li ġejjin:
(a) il-Mellieħa;
(b) iċ-Ċirkewwa u d-Delli; u
(ċ) Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna.
Jekk xi ħadd jagħmel il-ħsieb li jixħet it-tunnara f’xi post
ieħor, għandu jaħmel domanda għal hekk lid-Direttur u dan
jiddeċiedi jekk il-post jistax, bla xkiel, jiġi mikri għal dan l-iskop.
Irmiġġi. 33. Id-Direttur għandu s-setgħa li jagħti liċenzi għas-sajd
f’postijiet riservati (irmiġġi).
Dawn il-liċenzi jistgħu jingħataw biss għal postijiet ġewwa
wesgħat tal-baħar fejn l-użu tat-tartarun hu pprojbit u jkunu validi
sa l-aħħar tas-sena li fiha jinħarġu.
Applikazzjoni għal 
liċenza.
34. Ma’ l-applikazzjoni għal liċenza għas-sajd f’postijiet
riservati (irmiġġi), għandu jkun hemm pjanta li turi l-post li għalih
saret it-talba. L-applikazzjoni tintbagħat lid-Direttur li jiddeċiedi
jekk il-post li ntalab ikunx jista’, bla xkiel, jiġi mikri għal dan l-
iskop.
Projbizzjoni ta’ 
sajd.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
35. Ebda persuna oħra ħlief min ikollu l-liċenza ma jkollha d-
dritt tistad ġewwa tul ta’ tmintax-il metru mis-sufri ta’ l-irmiġġ bil-
liċenza.
Nassi.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1979.
36. Barra minn dawk li huma msemmija fir-regolament 2, ħadd
ma jista’ juża nassi ġewwa bajji u portijiet jekk id-daqs tal-malji hu
inqas minn ħamsa u għoxrin punt ħamsa millimetri wiesgħa.
L-inqas daqsijiet 
ta’ ħut għall-bejgħ.
37. Ħadd ma jista’ jbiegħ jew jixtri jew ikollu għandu fuq l-art
ħut jew siċċ jew klamari li d-daqs tagħhom ikun inqas minn dak li
SAJD ġ L.S.425.01 5
hemm stabbilit fil-lista preskritta fir-regolament 38, minbarra l-
makku, is-srajdna u n-nemusa, li għalihom ma hemmx daqs
stabbilit.
Skeda ta’ l-inqas 
daqsijiet.
Sostitwit:
A.L. 58 ta’ l-1979.
38. L-inqas daqsijiet ta’ ħut, kejl tat-tul kollu, għandhom ikunu
skond l-iskeda li ġejja:
Ħanzir.
magħrufa lokalment bl-isem ta’ ħanżir mingħajr liċenza għall-użu
tagħha.
Ħġieġa.
magħrufa bl-isem ta’ ħġieġa mingħajr liċenza għall-użu tagħha.
Gangmu tal-frott.
il-postijiet tal-portijiet tal-Belt Valletta mogħtijin għal dawk iż-
żminijiet li jkunu msemmijin u stabbiliti mid-Direttur, u ħadd ma
jista’ juża għal dan l-iggangmar għamla ta’ għodod ħlief dawk li
jkunu skond il-għamla permessi mid-Direttur.
Frott tal-baħar.
b’mod ieħor iżomm għandu fuq l-art, ebda frott tal-baħar, ħlief
tamar, illi jkun anqas mill-kejl stabbilit mid-Direttur għal kull xorta
ta’ frott tal-baħar.
Kejlijiet.
ikunu pprovduti bil-kejl meħtieġ li jkollu l-marka tal-gvern.
Għamla ta’ kejl.
jkun ta’ għamla skond il-kampjun miżmum fl-uffiċċju tal-Pulizija
fid-Dwana, u kull xorta ta’ frott il-baħar li jitniżżel l-art jew
jitqiegħed għall-bejgħ ma għandux ikun inqas mid-daqs li jkun
hemm fuq il-kejl, u mmarkat għal kull waħda 1, 2, 3 u 4, kif
imfissrin hawn isfel, jiġiefieri:
L-inqas daqs
Voparella u Vopa (Box boops) ..................... 90 millimetri
Arżnella u Munqara (Smaris vulgaris) ......... 90 millimetri
Trija jew trilja ħamra (Mullus barbatus u
Mullus sarmuletus) inkluża Triljetta ....... 100 millimetru
Il-ħut l-ieħor ħlief dawk imsemmija fir-
regolament 37 ........................................ 115-il millimetru
Cephalopods, imkejla min-naħa ta’ quddiem
ta’ l-għajn san-naħa ta’ wara tal-ħuta:
Siċċ .................................................... 75 millimetri
Klamari ............................................... 100 millimetru.
Numru
Koċċli ................................................................ 4
Gandoffli ........................................................... 3
Dajni ................................................................. 3
Arzelli nigri ....................................................... 2
Arzell tal-Marsa ................................................. 1
Arzell Trapanis .................................................. 1
6 L.S.425.01 ħ SAJD
Imqass. 45. L-imqass jista’ jiġi wżat biss sabiex bih jinġabar il-frott
tal-baħar taħt dawk l-istess kondizzjonijiet li hemm magħmula
għall-użu tal-gangmu tal-frott tal-baħar.
Trawwim ta’ frott 
tal-baħar u kull 
ħut.
Emendat:
A.L. 154 ta’ l-
1993.
46. Id-Direttur jista’ jzomm riservati għalihom ċerti żoni fl-
ibħra territorjali ta’ Malta biex jitrawmu l-maskli u l-ostriki u ħut
ieħor, ħut imġewnaħ, molluski u krustaċeji, u jista’ għal dan l-iskop
iwellihom għal ċertu żmien taħt skond il-kondizzjonijiet li jidhirlu.
Sajd ta’ l-isponoż. 47. Il-permess għas-sajd ta’ l-isponoż jista’ jingħata biss skond
dawk il-kondizzjonijiet li d-Direttur jidhirlu xierqa, u ebda sajd
għall-isponoż ma jista’ jsir mingħajr liċenza.
Dwal għas-sajd. 48. Ma jistax jingħata permess għall-użu tad-dwal għall-iskop
ta’ sajd ġewwa l-bajji u l-portijiet.
Skali. 49. Ebda ħut ma jista’ jinżel l-art ħlief f’dawk l-iskali li jkunu
avżati mid-Direttur.
Veleni u esplosivi. 50. Ħadd ma jista’, sabiex jaqbad il-ħut, juża veleni jew kull
sustanza oħra li hija velenuża għall-ħut; u lanqas ħadd ma jista’
xjentement jiġbor mill-baħar jew iqiegħed għall-bejgħ, jew b’xi
mod ieħor iżomm għandu ħut maqtul jew maqbud permezz ta’
esplosivi jew b’veleni jew b’kull sustanza oħra li hija velenuża
għall-ħut.
Kontravvenzjo-
nijiet.
Kap. 9.
51. Barra mill-pieni li hemm mogħtija fil-Kodiċi Kriminali
għall-kontravvenzjonijiet, kull min, mingħajr ma jkun ħati ta’
kontravvenzjoni iktar serja, jikser l-projbizzjoni msemmija fir-
regolament 50, meta jinsab ħati, jkollu l-ħut konfiskat.
Lewż .................................................................. 2
Lewż tal-qoxra rqiqa .......................................... 2
Imxat ................................................................. 1
Maskli ............................................................... 3.
