BEJGĦ TAL-ĦUT ġ L.S.425.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 425.02
REGOLAMENTI DWAR IL-BEJGĦ TAL-ĦUT
15 ta’ Lulju, 1957
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 395 ta’ l-1957, kif emendata bl-
Avviżi Legali 103 ta’ l-1969, 72 ta’ l-1978, 124 ta’ l-1979, 84 ta’ l-1980,
38 ta’ l-1986, 126 ta’ l-1989 u 5 ta’ l-1992.
Titolu.
Bejgħ tal-Ħut.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1969.
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba il-kuntest ma
jfissirx mod ieħor -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd jew kull
Uffiċjal tad-Dipartiment tiegħu awtorizzat minnu biex jaġixxi
f’ismu;
"sajjied" tfisser persuna li tkun okkupata b’mod attiv fis-sengħa
tas-sajd;
"ħut importat" tfisser ħut frisk, barra minn ħut maqbud minn
dgħajsa tas-sajd reġistrata f’dawn il-Gżejjer;
"Ministru" tfisser il-Ministru li fiż-żmien ikun responsabbli
għad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd;
"pitkal" tfisser persuna li tbigħ il-ħut bl-ingrossa f’isem kull
persuna oħra;
"bejjiegħ bl-imnut" tfisser persuna li tbigħ il-ħut bl-imnut minn
ħanut, minn posta jew fi triq;
"bejgħ" tinkludi kull disponiment taħt titolu onerus ikun li jkun,
u "tbigħ" għandha tiftiehem f’dan is-sens.
Pitkali.
ħut lokali jew importat, mingħajr liċenza mid-Direttur.
Drittijiet.
dritt ibbażat fuq il-valur tal-kera ta’ kull sena tal-post użat għat-
tmexxija tan-negozju b’rata ta’ ħamsin ċenteżmu għal kull għaxar
liri jew frazzjoni minnhom.
Pitkal liċenzjat.
jagħmilha ta’ pitkal għall-bejgħ ta’ ħut importat.
Tmexxija ta’ 
negozju.
6. Pitkal ma għandux, mingħajr il-permess bil-miktub tad-
Direttur, imexxi n-negozju tiegħu ħlief fis-suq tal-ħut fejn isir il-
bejgħ bl-ingrossa, fix-Xatt tal-Barriera, il-Belt Valletta.
Projbizzjoni ta’ 
negozju.
7. Pitkal ma jistax ikollu xi interess fin-negozju tal-ħut li ma
għandux x’jaqsam man-negozju tiegħu bħala pitkal.
Bejgħ ta’ ħut mill-
pitkali.
8. Il-pitkali ma għandhomx ibiegħu ħut lokali jew importat
ħlief b’irkant pubbliku; f’irkant bħal dan l-offerti għandhom isiru
viva voce u b’mod li jkunu mifhuma sewwa minn dawk kollha li
jkunu preżenti.
2 L.S.425.02 ħ BEJGĦ TAL-ĦUT
Bejgħ bl-irkant.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-1978;
A.L. 84 ta’ l-1980.
9. Il-ħinijiet li fihom jista’ jinbeda l-bejgħ bl-irkant
għandhom ikunu kif ġej:
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Ottubru, 4.00 a.m.
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awissu, 4.00 a.m.
Mill-1 sat-30 ta’ Novembru, 4.30 a.m.
Mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ April, 5.00 a.m.
Ma għandux isir bejgħ qabel dawn il-ħinijiet.
Il-bejgħ għandu 
jsir fuq bażi ta’ 
użin.
10. Il-bejgħ kollu għandu jsir fuq bażi ta’ użin u għandu jiġi
użat biss użin magħruf uffiċjalment.
Pitkal ma jistax 
jagħmel offerti.
11. Pitkal ma jistax jagħmel offerti kemm f’ismu kif ukoll
f’isem kull persuna oħra.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ.
12. Pitkal li jkollu liċenza biex ibigħ ħut lokali ma għandux
ibigħ ħut f’isem kull persuna oħra li ma tkunx sajjied.
Reċipjenti 
għandhom jkunu 
mmarkati b’mod 
ċar.
13. Fejn il-ħut jinbiegħ f’reċipjenti, l-użin korrett tal-ħut li
jkun hemm fir-reċipjenti għandu jkun immarkat ċar fuq dawk ir-
reċipjenti għas-sodisfazzjon tad-Direttur.
Bejgħ ta’ ħut 
konsenjat lil pitkal.
14. Pitkal ma jistax jirrifjuta li jaċċetta għall-bejgħ kull ħut
konsenjat lilu:
Iżda jekk ikun ippruvat b’sodisfazzjon tad-Direttur illi xi
ħut ikkonsenjat lill-pitkal ma jkunx skond kif jitolbu dawn ir-
Regolamenti, il-pitkal għandu jkun fil-libertà  li jirrifjuta li jaċċetta
li jbigħ dik il-partita partikolari tal-ħut.
Pitkal għandu 
jniżżel kull bejgħ 
individwali.
15. Pitkal għandu jniżżel kull bejgħ individwali fuq forma ta’
voucher li tingħata mid-Direttur, u jagħti d-dettalji kollha mitlubin
hemmhekk, u ghandu jikkonsenja dan il-voucher lill-bejjiegħ bl-
imnut li jagħmel ix-xirja relativa.
Kopja tal-vouchers 
tiġi konsenjata lid-
Direttur.
16. Kopja ta’ dawn il-vouchers kollha, mimlijin sewwa u kif
għandu jkun, għandha tiġi konsenjata lid-Direttur malli jispiċċa l-
bejgħ ta’ kull ġurnata.
Ħlas lis-sajjieda u 
lill-pitkali.
17. Id-Direttur għandu jagħti lil kull sajjied u lil kull
importatur tal-ħut dikjarazzjoni tal-bejgh kollu li jkun sar akkont
tiegħu mill-pitkali. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ibbażata fuq
il-vouchers konsenjati lid-Direttur skond ir-regolament 16 ta’ dawn
ir-Regolamenti. Il-ħlas relativ lis-sajjied jew lill-importatur u lill-
pitkali għandu jsir mid-Direttur.
Tnaqqis.
Sostitwit:
A.L. 38 ta’ l-1986.
Emendat:
A.L. 126 ta’ l-
1989.
18. (1) Meta d-Direttur ikun qiegħed iħallas skond ir-
regolament 17, huwa għandu jnaqqas ammont ekwivalenti għal 6.3
fil-mija jew 10 fil-mija mill-ammonti li jkollhom jitħallsu lis-
sajjied jew lill-importatur rispettivament, u ħlief għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 21 ta’ dawn ir-Regolamenti, l-
ammont li għandu jitħallas lill-pitkal bħala rimunerazzjoni għas-
servizz tiegħu għandu fiż-żewġ każi jkun 6.3 fil-mija fuq l-ammont
tal-bejgħ reġistrat.
(2) Id-Direttur għandu jnaqqas mill-ammonti li jkollhom
jitħallsu lill-pitkal kull ammont li għandu jitħallas minn xi bejjiegħ
bl-imnut għal ħut mibjugħ lil dak il-bejjiegħ bl-imnut minn dak il-
pitkal.
BEJGĦ TAL-ĦUT ġ L.S.425.02 3
(3) Meta l-ammont li għandu jitħallas minn bejjiegħa bl-imnut
għal ħut mibjugħ lilhom minn pitkal ikun iktar mill-ammont li
għandu jitħallas lil dak il-pitkal, id-Direttur jista’ javża lill-pitkal
biex iħallas dik is-somma li tkun iktar mill-ammont li għandu
jitħallas lilu fi żmien li jiġi hekk stabbilit mill-istess Direttur, liema
żmien ma għandux ikun inqas minn ħmistax-il jum, u jekk il-pitkal
ma jagħmilx dan il-ħlas id-Direttur jista’ jissospendi l-liċenza
relattiva sakemm huwa jagħmel dan il-ħlas, b’dan iżda li, jekk l-
ammont ma jitħallasx fi żmien tliet xhur mill-jum ta’ dan l-avviż,
il-liċenza relattiva għandha titqies li ġiet revokata, bla ħsara għad-
dritt tad-Direttur li jitlob l-ammont imsemmi.
(4) Meta xi ammont li għandu jitħallas minn bejjiegħ bl-imnut
ikun tnaqqas mill-ammont li għandu jitħallas lil pitkal jew ikun
tħallas minn pitkal skond dan ir-regolament, dan il-pitkal għandu
jkollu d-dritt, minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 27, li
jitlob dan l-ammont direttament mingħand il-bejjiegħ bl-imnut.
Projbizzjoni milli 
pitkal jitlob, jesiġi 
jew jaċċetta 
kummissjoni.
19. Pitkal ma jistax jitlob, jesiġi jew jaċċetta mingħand sajjied
jew importatur, direttament jew indirettament, kull kummissjoni
jew rimunerazzjoni oħra tkun li tkun għal xi ħut mibjugħ minnu.
Pitkal ma jistax 
jaċċetta ħlas.
20. Pitkal ma jistax jaċċetta ħlas mingħand bejjiegħa bl-imnut
għal kull bejgħ li jkun sar minnu.
Għaqdiet 
koperativi.
Miżjud:
A.L. 126 ta’ l-
1989.
Sostitwit:
A.L. 5 ta’ l-1992.
Kap. 278.
21. Għaqda koperativa, reġistrata skond l-Att dwar l-Għaqdiet
Koperativi, li tkun awtorizzata mid-Direttur biex tagħmel il-
funzjonijiet ta’ pitkal, għandha tingħata mid-Direttur kummissjoni
ta’ 4.4 fil-mija tal-valur ta’ ħut mibjugħ, basta l-għaqda tbigħ minn
post adattat għal hekk għas-sodisfazzjon tad-Direttur.
Persuna ma tistax 
tagħmilha ta’ 
bejjiegħ bl-imnut.
22. Ebda persuna ma tista’ tagħmilha ta’ bejjiegħ bl-imnut
mingħajr liċenza mid-Direttur.
Projbizzjoni milli 
jinxtara jew 
jinkiseb.
23. Bejjiegħ bl-imnut ma jistax jixtri jew jikseb b’xi mod ieħor
ħut bl-ingrossa ħlief mingħand pitkal bil-liċenza.
Projbizzjoni milli 
jixtri jew ibiegħ.
24. Bejjiegħ bl-imnut ma jista’ la jixtri ħut mingħand bejjiegħ
bl-imnut ieħor u lanqas ibiegħlu ħut.
Bejjiegħ bl-imnut 
ma jistax iġorr ħut.
25. Bejjiegħ bl-imnut ma jistax iġorr mis-suq tal-ħut kull ħut
mixtri minnu qabel ma l-vouchers tal-bejgħ relativi jkunu ġew
verifikati u ttimbrati mid-Direttur.
Tikketta li turi l-
prezz.
Miżjud:
A.L. 103 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1979.
26. (1) Għandha tiġi murija fuq kull ħut jew xorta ta’ ħut
espost għall-bejgħ tikketta bajda li turi l-prezz kull kilogram li bih
dak il-ħut jew xorta ta’ ħut ikun offrut għall-bejgħ.
(2) Il-figuri fuq l-imsemmija tikketta għandhom ikunu għall-
anqas ta’ l-għoli ta’ tnejn punt ħamsa ċentimetri.
Ħlas għal ħut 
mixtri.
27. Il-ħlas għal ħut mixtri mill-bejjiegħa bl-imnut għandu jsir
biss lid-Direttur; dan il-ħlas għandu jsir fi żmien li jista’ jiġi
speċifikat mid-Direttur.
Id-Direttur jista’ 
jitlob li jsir ħlas.
Emendat:
A.L. 38 ta’ l-1986.
28. Id-Direttur, u kull pitkal għar-rigward ta’ xi ħut li jkun
inbiegħ minnu, jista’, fid-diskrezzjon tiegħu, jitlob li jsir ħlas qabel
ma kull ħut jinġarr mis-suq tal-ħut.
4 L.S.425.02 ħ BEJGĦ TAL-ĦUT
Meta ma jsirx il-
ħlas.
Emendat:
A.L. 38 ta’ l-1986.
29. Kull bejjiegħ bl-imnut li ma jħallasx kif mitlub mir-
regolamenti 27 u 28 ma jitħalliex jagħmel xirjiet iżjed. Lista ta’
persuni hekk ħatjin għandha tingħata lil kull pitkal.
Bejjiegħ bl-imnut 
għandu jieħu 
miegħu l-vouchers.
30. Bejjiegħ bl-imnut għandu jieħu miegħu l-vouchers tal-
bejgħ ta’ kull ħut li jkun qed joffri għall-bejgħ u għandu jippreżenta
dawn il-vouchers, meta jiġi mitlub, lil kull Uffiċjal tas-Sajd jew lil
kull membru tal-Pulizija.
Kull bejjiegħ tal-
ħut fit-toroq 
għandu jilbes 
midalja.
31. Kull bejjiegħ tal-ħut fit-toroq għandu jilbes fuq driegħu,
b’mod li tidher, midalja li turi n-numru tal-liċenza maħruġa lilu
mid-Direttur. Din il-midalja għandha tinħareġ mid-Direttur bi ħlas
ta’ dritt ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu, u għandha tingħata lura lid-
Direttur fi żmien jumejn mill-ġurnata li fiha l-liċenza tkun b’xi
mod imħassra jew sospiża.
Bejjiegħ tal-ħut fit-
toroq jbigħ skond 
il-liċenza.
32. Bejjiegħ tal-ħut fit-toroq jista’ jbigħ ħut fid-distrett jew
area specifikati fil-liċenza tiegħu biss.
Permess li jinbiegħ 
ħut bl-imnut.
33. Ħlief kif hemm maħsub fir-regolamenti 22, 31 u 32, xejn
f’dawn ir-Regolamenti ma jipprojbixxi sajjied jew membru tal-
familja tiegħu milli jbigħ bl-imnut kull ħut li jkun inqabad mis-
sajjied imsemmi.
Ħut importat. 34. Ħut importat għandu jitqiegħed f’cold store liċenzjat mill-
Kummissarju tal-Pulizija malli jkun ġie żbarkat f’dawn il-Gżejjer,
kemm-il darba ma jiġix awtorizzat il-bejgħ tiegħu immedjat mid-
Direttur.
Projbizzjoni li 
jinħareġ ħut mill-
cold storage.
35. Ħut imqiegħed fil-friża kif imfisser hawn fuq ma għandux
jinħareġ mill-cold storage jew jinbiegħ mingħajr permess bil-
miktub minn qabel mingħand id-Direttur, li jista’ fid-diskrezzjoni
tiegħu, jillimita l-kwantità  ta’ ħut li tista’ hekk tinħareġ jew
tinbiegħ.
L-importaturi 
għandhom jagħtu 
rendikont lid-
Direttur.
36. L-importaturi għandhom, malli jkun possibbli u, f’ebda każ
aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li titlesta kull
operazzjoni, jagħtu lid-Direttur rendikont li juri l-kwantità  u l-
kwalità  tal-ħut kollu imqiegħed fil-friża kif ukoll ta’ dak li jittieħed
minnha.
Id-Direttur għandu 
d-dritt jidħol f’cold 
store.
37. Id-Direttur għandu jkollu d-dritt li jidħol f’kull cold store
jew f’kull post ieħor fejn ikollu raġun jaħseb li jkun qed jinħażen
ħut importat u għandu jingħata l-faċilitajiet kollha sabiex
jivverifika l-esattezza ta’ kull rendikont mogħti lilu mill-
importaturi.
Ġarr ta’ ħut 
f’kavetti.
Miżjud:
A.L. 5 ta’ l-1992.
38. (1) Il-Ministru jista’, b’ordni fil-Gazzetta, jispeċifika -
(a) liema kavetti ġew approvati għall-użu fiċ-ċentri tal-
bejgħ tal-ħut; u
(b) liema ħut li jidħol jew joħroġ miċ-ċentri tal-bejgħ tal-
ħut jista’ jinġarr biss fl-imsemmija kavetti.
(2) Kull persuna li xjentement tkisser, tħassar jew tiddistruġġi
kavetta msemmija fis-subregolament (1)(a) ta’ dan ir-regolament,
jew li tuża dik il-kavetta għal kwalunkwe skop barra minn dak
għall-ġarr tal-ħut, tkun ħatja ta’ reat.
Spezzjoni. 39. Il-ħut frisk kollu, kemm jekk ikun lokali u kemm jekk ikun
BEJGĦ TAL-ĦUT ġ L.S.425.02 5
ġie importat meta jiġi irkantat, ikun soġġett għall-ispezzjoni minn
kull uffiċjal tas-sajd. Meta uffiċjal tas-sajd ikollu raġun li jaħseb
illi xi ħut ma jkunx f’kondizzjoni tajba, huwa jista’ jżomm il-ħut u
jġiegħel li jiġi eżaminat mill-awtoritajiet sanitarji.
Ħruġ ta’ liċenzi.
(a) għandhom ikunu jiswew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena
li fiha jinħarġu u wara dik id-data jistgħu jiġġeddu
minn sena għal sena iżda ebda tiġdid bħal dan ma jista’
jsir wara l-31 ta’ Marzu tas-sena li għaliha jirriferixxi
t-tiġdid u mingħajr preġudizzju għall-għoti ta’ liċenza
ġdida wara dik id-data; u
(b) ma teżentax il-possessur tagħha mill-ħitieġa li jkollu
xi liċenza skond xi liġi oħra li qed isseħħ jew li għad
tkun qed isseħħ.
Reati.
minn dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti.
Reati kontra 
regolamenti 
speċifikati.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1969.
42. Kull persuna ħatja ta’ reat kontra r-regolamenti 22, 31 u
32, meta tinstab ħatja, tkun soġġetta għal multa ta’ mhux anqas
minn ħamsin ċenteżmu iżda mhux aktar minn zewġ liri għal kull
reat bħal dan; u kull persuna ħatja ta’ reat kontra r r-regolamenti
13, 23, 25 26 u 30, meta tinstab ħatja, tkun soġġetta ghal multa ta’
mhux anqas minn ħames liri iżda mhux aktar minn għaxar liri għal
kull reat bħal dan.
Pieni.
mhux speċifikat fir-regolament 42, meta tinstab ħatja, tkun soġġetta
għal multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri iżda mhux aktar minn
ħamsin lira għal kull reat bħal dan.
Reati jitqiesu bħala 
kontravvenzjo-
nijiet.
Kap. 9.
44. Reati skond dawn ir-Regolamenti għandhom jitqiesu bħala
kontravvenzjonijiet. Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar
il-proċedimenti kriminali, skond kif jingħad hawnhekk aktar ’il
quddiem, għandhom japplikaw għall-proċedimenti għal reati skond
dawn ir-Regolamenti:
Iżda proċedimenti dwar reat skond dawn ir-Regolamenti
jistgħu jinbdew f’kull żmien fi żmien sena minn meta jkun sar ir-
reat.
