RESTRIZZJONI TA’ IMPORTAZZJONI TAT-TONN ġ L.S.425.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 425.03
ORDNI DWAR IR-RESTRIZZJONI TA’ 
IMPORTAZZJONI TAT-TONN
25 ta’ Mejju, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 25 ta’ l-1965, kif emendat bl-Avviż Legali 32 ta’ l-
1965.
Titolu.
Importazzjoni tat-Tonn.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 32 ta’ l-1965.
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il-darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd jew kull
funzjonarju tad-dipartiment tiegħu awtorizzat minnu biex jaġixxi
għalih;
"tonn" tfisser tonn li ġie konġelat, imkessaħ jew għadda minn xi
proċess ta’ preservazzjoni iżda ma tinkludix tonn fil-laned,
immellaħ jew li jkun ġie b’xi mod ipprofumat.
Importazzjoni.
miktub tad-Direttur.
ld-Direttur jista’ 
jillimita u jirregola 
l-kwantità  ta’ ħut 
importat.
4. Id-Direttur, fl-għoti ta’ dan il-permess, jista’ jillimita jew
jirregola l-kwantità  ta’ dak il-ħut li jista’ jiġi hekk importat. 
Tonn għandu 
jitqiegħed f’cold 
store.
5. It-tonn hekk importat għandu jitqiegħed f’cold store
liċenzjat mill-Kummissarju tal-Pulizija direttament kif jiġi żbarkat
f’dawn il-Gżejjer, jekk il-bejgħ immedjat tiegħu ma jkunx
awtorizzat mid-Direttur.
Permess biex 
jinħareg tonn mill-
friża.
6. It-tonn imqieghed fil-friża ma għandux jinħareġ mill-friża
jew jinbiegħ mingħajr il-permess minn qabel bil-miktub tad-
Direttur, li jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jillimita l-kwantità  li
tista’ hekk tinħareġ jew tinbiegħ.
Rendikont.
Emendat:
A.L. 32 ta’ l-1965.
7. L-importaturi għandhom, kemm jista’ jkun malajr u f’ebda
każ aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tmiem ta’ kull
operazzjoni, jagħtu lid-Direttur rendikont li juri l-kwantità  u l-
kwalità  tat-tonn kollu mqiegħed fil-friża kif ukoll ta’ dak maħruġ
minnha.
Setgħa tad-Direttur 
li jidħol f’cold 
store.
8. Id-Direttur ikollu dritt jidħol f’kull cold store jew f’kull
post ieħor fejn ikollu raġun jaħseb li jkun qed jinħażen tonn
importat u għandu jingħata l-faċilitajiet kollha sabiex jivverifika l-
eżattezza tar-rendikontijiet moghtija lilu mill-importaturi.
