REĠISTRAZZJONI TA’ DGĦAJJES TAS-SAJD ġ L.S.425.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 425.05
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI
TA’ DGĦAJJES TAS-SAJD
1 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviż Legali 33 ta’ l-
1990.
Titolu.
Reġistrazzjoni ta’ Dgħajjes tas-Sajd.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Agrikoltura u Sajd; u
L.S. 343.23
Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema li jibdew u itemmu Impieg.
Reġistrazzjoni ta’ 
dgħajjes tas-sajd.
Emendat:
A.L. 33 ta’ l-1990.
3. (1) Kull dgħajsa użata l-iktar għas-sajd għandha tiġi
reġistrata għand id-Direttur li joħroġ liċenza għaliha:
Iżda l-liċenzi jiġġeddu fil-bidu ta’ kull sena u jkunu jiswew
biss sa l-aħħar tas-sena li fiha jkunu ħarġu, jekk ma jkunux
inżammu jew tħassru minn qabel minħabba xi nuqqas kontra l-
liġijiet jew regolamenti li jkun hemm iseħħu.
(2) Dgħajjes tas-sajd li s-sidien tagħhom ikunu sajjieda whole-
time għandhom ikunu mmarkati bl-ittra "F".
(3) Dgħajjes tas-sajd li s-sidien tagħhom ikunu sajjieda part-
time li jew jbiegħu l-ħut tagħhom permezz tal-Pixkerija, jew li
joqogħdu Għawdex, għandhom ikunu mmarkati bl-ittri "MF".
(4) Dgħajjes tas-sajd li s-sidien tagħhom ikunu sajjieda part-
time li joqogħdu Malta u li ma jbiegħux l-ħut tagħhom permezz tal-
Pixkerija, għandhom ikunu mmarkati bl-ittri "PTF".
(5) L-ittri "F", "MF" u "PTF" għandhom ikunu dejjem segwiti
bin-numri ta’ reġistrazzjoni rispettivi tad-dgħajjes, u kemm dawk l-
ittri u n-numri għandu jkollhom id-daqs indikat fil-liċenza maħruġa
mid-Direttur, u għandhom jintwerew fuq iż-żewġ naħat tal-pruwa.
Dgħajjes tas-sajd 
markati "F".
4. Dgħajsa tista’ tiġi biss reġistrata bħala dgħajsa tas-sajd
markata "F" jekk is-sid tagħha jkun -
(a) sajjied li jagħmel xogħol bi qliegħ whole-time li jkun
reġistrat bħala tali; jew
(b) sid li jimpjega fuq id-dgħajsa tas-sajd tiegħu mill-
inqas sajjied wieħed li jagħmel xogħol bi qliegħ li jkun
reġistrat bħala tali.
Tiġdid ta’ liċenzi 
ta’ dgħajjes tas-
sajd markati "MF".
Sostitwit:
A.L. 33 ta’ l-1990.
5. Il-liċenzi ta’ dgħajjes reġistrati bħala dgħajjes tas-sajd
markati "MF" jistgħu biss jiġġeddu jekk is-sid ta’ kull sena ibiegħ
permezz tal-Pixkerija ħut li l-valur tiegħu ikun skond dak hawn
muri għar-rigward tat-tul metriku tad-dgħajsa tas-sajd tiegħu:
(a) taħt is-6 metri ............................................. Lm100;
2 L.S.425.05 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ DGĦAJJES TAS-SAJD
(b) iktar minn 6 metri iżda inqas minn 9 metri .. Lm300;
(ċ) iktar minn 9 metri iżda inqas minn 12-il metru
.................................................................... Lm600;
(d) iktar minn 12-il metru .............................. Lm1,000.
Dritt ta’ kull sena 
għal-liċenza.
Sostitwit:
A.L. 33 ta’ l-1990.
6. Id-dritt ta’ kull sena għal-liċenza għar-reġistrazzjoni ta’
dgħajjes tas-sajd għand id-Direttur għandu jkun kif ġej -
Dgħajjes tas-sajd markati "F" ............... Lm5.00 fis-sena;
Dgħajjes tas-sajd markati "MF" ............ Lm7.50 fis-sena;
Dgħajjes tas-sajd markati "PTF" ......... Lm10.00 fis-sena.
Dgħajsa għandha 
tkun tiflaħ u tajba 
għall-baħar.
7. Sid ta’ dgħajsa għandu jissodisfa lid-Direttur li d-dgħajsa
tiegħu u, jekk din ikollha, il-makkinarju tagħha, ikunu jifilħu u
tajbin għall-baħar għall-għan li għalih ikunu maħsubin.
Qbil mar-
regolamenti.
8. Is-sidien ta’ dgħajjes għandhom jikkonformaw ruħhom
mar-regolamenti fis-seħħ, minn żmien għall-ieħor, dwar l-iskansar
ta’ irrukkar ta’ bastimenti u bċejjeċ oħra tal-baħar u għandhom
jaċċertaw li d-dgħajjes tagħhom ikollhom id-dwal ordnati f’dawk
ir-regolamenti.
