RIMUNERAZZJONI LIL UFFIĊJALI TAS-SAJD ġ L.S.425.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 425.06
REGOLAMENTI DWAR RIMUNERAZZJONI LIL 
UFFIĊJALI TAS-SAJD
4 ta’ Ġunju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 83 ta’ l-1991.
Titolu.
Rimunerazzjoni lil Uffiċjali tas-Sajd.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra, il-kliem "Direttur" u "Dipartiment" ifissru d-
Direttur u d-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u Sajd rispettivament.
Drittijiet għal 
servizz.
3. Meta jingħata xi servizz minn uffiċjal tas-sajd barra mill-
konfini tad-Dipartiment jew barra mill-ħin normali tax-xogħol tad-
Dipartiment, għandu jitħallas lid-Direttur, fuq talba tiegħu, mill-
persuna li tkun talbet li jingħata dak is-servizz, ħlas li jkun daqs ir-
rata ta’ l-overtime li tiġi kalkolata b’dawk ir-rati li l-Gvern minn
żmien għal żmien iħallas lil dawk l-uffiċjali għal attendenzi bħal
dawk bl-overtime, flimkien ma’ ħlas amministrattiv ta’ ħamsa fil-
mija kalkolat fuq il-ħlas kollu u spejjeż, jekk ikun hemm:
Iżda meta t-tul ta’ żmien ta’ dak is-servizz minn uffiċjal
tad-Dipartiment ikun ta’ inqas minn sagħtejn, l-inqas ħlas jiġi
kalkolat daqs sagħtejn sħaħ.
Ir-rati għandhom 
jintwerew.
4. Id-Direttur għandu juri fid-Dipartiment u fil-friegħi ta’ l-
istess Dipartiment ir-rati li bihom għandha titħallas l-attendenza ta’
uffiċjali tas-sajd skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 3.
Ħlasijiet għat-
trasport.
5. Meta l-attendenza ta’ uffiċjal tas-sajd tenħtieġ f’xi mkien,
ħlief jekk min jitlob dik l-attendenza jipprovdi trasport sodisfaċenti
-
(a) meta jkun hemm servizz tal-karozza tal-linja, għandu
jintalab ħlas għat-trasport bin-nollijiet korrenti għal
dak is-servizz;
(b) meta ma jkunx hemm servizz tal-karozza tal-linja,
għandu jintalab ħlas għat-trasport bir-rata ta’ 9ċ3m
għal kull kilometru.
Ħlas għal 
manteniment.
6. Meta -
(a) uffiċjal tas-sajd jattendi għal dmirijietu fi mkien li
jinstab aktar minn ħames kilometri ’l bogħod mill-
uffiċju tiegħu; jew
(b) id-dmirijiet ta’ uffiċjal tas-sajd ikunu jaqbżu l-ħin ta’
ħames sigħat; jew
(ċ) ma jkunx hemm servizz ta’ karozza tal-linja bejn l-
imkien ta’ attendenza u l-uffiċju ta’ l-uffiċjal tas-sajd,
għandu jintalab ħlas għal manteniment mingħand min ikun ħtieġ
dak is-servizz bir-rati applikabbli mill-Gvern għal dawk l-uffiċjali
għal attendenzi bħal dawk.
