PROTEZZJONI TA’ L-ANTIKITAJIET ġ L.S.445.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 445.01
REGOLAMENTI DWAR IL-PROTEZZJONI 
TA’ L-ANTIKITAJIET
21 ta’ Novembru, 1932
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 402 ta’ l-1932, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 127 ta’ l-1935 u 338 ta’ l-1939.
Titolu.
Protezzjoni ta’ l-Antikitajiet.
Skoperta ta’ siti 
jew fdalijiet.
Kap. 445.
2. Kull min jiskopri, sew f’xi fond privat jew f’xi fond tal-
Gvern, siti jew fdalijiet tali li, mill-apparenza ġenerali tagħhom jew
min-natura ta’ l-oġġetti misjuba fuq, jew fi, siti jew fdalijiet bħal
dawn, jagħtu lok għas-suspett li huma mportanti fis-sens ta’ l-Att
dwar il-Patrimonju Kulturali, għandu minnufih jagħmel rapport
dwar l-iskoperta lid-Direttur tal-Mużewijiet, jew lill-uffiċjal anzjan
fl-eqreb Għassa tal-Pulizija, li għandu minnufih jgħaddi dak ir-
rapport, jew il-qofol tiegħu, jekk ir-rapport ikun sar verbalment,
lid-Direttur tal-Mużewijiet jew lis-Segretarju tal-Kumitat ta’ l-
Antikitajiet.
Spezzjon ta’ siti 
jew fdalijiet.
3. Id-Direttur tal-Mużewijiet u s-Segretarju tal-Kumitat ta’ l-
Antikitajiet għandhom minnufih jispezzjonaw dawk is-siti jew
fdalijiet, jew iġiegħlu li dawn jiġu spezzjonati, u għandhom
jagħmlu rapport lill-Ministru dwar ir-riżultat ta’ l-
investigazzjonijiet.
Siti meqjusa bħala 
li jaqgħu taħt l-Att 
dwar il-Patrimonju 
Kulturali.
Kap. 445.
4. Dawn is-siti jew fdalijiet għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali,
diment u sakemm ma jiġux dikjarati mill-Ministru li jkunu ħielsa
mid-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att, permezz ta’ ittra mibgħuta lill-
persuna li tkun għamlet ir-rapport, jew, jekk ikun meħtieġ, lill-
proprjetarju tal-fond li fih jkunu ġew skoperti s-siti jew fdalijiet.
Emendata:
N.G. 137 ta’ l-
1935;
N.G. 338 ta’ l-
1939.
SKEDA
Lista ta’ bini, siti u fdalijiet li għandhom importanza ġeoloġika, 
arkeoloġika, ta’ qdumija jew artistika
MALTA
Distrett ta’ Attard 
Il-Palazz u l-Ġnien ta’ Sant’Anton
Distrett ta’ Baħar iċ-Ċagħaq
Id-Dolmens f’Qalet Marku
Distrett ta’ Baħrija
Il-Megaliti u l-mogħdijiet fl-egħlieqi ħdejn il-Qligħej
Distrett ta’ Balzan
Il-Gallarija tal-ġebel fid-dar fi Triq il-Kbira
Distrett ta’ Binġemma
2 L.S.445.01 ħ PROTEZZJONI TA’ L-ANTIKITAJIET
Is-sinjali tal-karrettun madwar in-Nadur, eċċ.
Distrett ta’ Bengħajsa
Il-Menhir ħdejn Sant’Anġlu f’Ħal Far
Id-Dolmen ħdejn Wied Żnuber
Birkirkara
It-Torri medjovali fi Triq Għar-il-Ġobon
Distrett ta’ Birżebbuġia
Għar Dalam
Il-fdalijiet megalitiċi f’Borg-in-Nadur
If-fdalijiet rumani fix-Xgħara ta’ Kaċċjatura
Il-parti ta’ Wied Dalam li testendi għal madwar 5000 pied
bejn il-Qala San Ġorġ, Birżebbuġia, u d-distrett magħruf
bħala Ta’ Ħaxun
Distrett ta’ Buġibba
Fdalijiet ta’ dolmen
It-torri Tal-Qawra
Il-fdalijiet megalitiċi fuq in-naħa tat-triq li tagħti għall-ponta
tal-Qawra
Distrett ta’ Bormla
Il-fortifikazzjonijiet u l-bibien tal-Kottonera u l-Firenzuola
Distrett ta’ Hal Qormi
Id-Dar f’45, Triq San Pawl
Il-Palazz Stagno Nri. 83 sa 85 fi Sqaq Nru. 3 Triq Don Mario
Distrett ta’ Dingli
Il-Fdalijiet rumani f’Ta’ Baldu
Il-Funtana pubblika f’Djar-il Bniet
Floriana
Villino Bonnici fi Triq San Calcedonio
Il-Ġnien tal-Mall
In-nymphoeum fil-Ġnien ta’ l-Argotti
Il-ġnien fil-bastjun ta’ San Filippu (magħruf bħala il-Ġnien
tal-Ġeneral)
Il-fortifikazzjonijiet (Floriani u oħrajn) u l-Bieb tal-Bombi
Il-funtana ta’ Wignacourt ħdejn il Knisja ta’ Sarria u l-
akwedott li jinżel minn H’Attard
Il-funtana ta’ Vilhena
Distrett tal-Gudja
It-Torri Ta’ Gjawar
Il-Fdalijiet fi Ħlantun, it-torriet Santa Maria ta’ Bir Miftuħ
Il-Qabar fi Ħal-Reskun
Il-Katakombi f’Tal-Liebru
Ħamrun
Palazzo Manoel (Casa Leoni)
Distrett ta’ Ħal Kirkop
Il-Menhir fid-daħla tal-villaġġ
Distrett tal-Qrendi
It-Tempji megalitiċi ta’ Ħaġar Qim u Mnajdra
It-Tankijiet qodma ta’ Xgħara tal-Mgħatak (Miska)
It-Torri qadim fi Triq it-Torri
PROTEZZJONI TA’ L-ANTIKITAJIET ġ L.S.445.01 3
Distrett ta’ Ħal Luqa
Il-Fdalijiet megalitiċi fl-għalqa Tat-Tumbata
It-Twieqi u postijiet f’dawn il-postijiet li ġejjin:
Nri. 18, 18a, 26, 51 u 39 fi Triq San Ġorġ;
Nri. 39 u 51 fi Triq Sant’Andrija;
Nru. 52 fi Sqaq Nru. 5 Triq Sant’Andrija;
Nri. 157, 164 u 239 Triq il-Karmnu;
Nru. 69 Triq il-Parroċċa;
Nru. 1 Pjazza Sant’Andrija
Distrett ta’ Marsaxlokk
It-torrijiet ta’ San Luċjan, Tal-Pont, Delimara
Distrett ta’ Marasaskala
It-Torri ta’ San Tumas - Ta’ Mamu
Distrett ta’ l-Imġarr
Il-Fdalijiet megalitiċi f’Ta’ Ħaġrat
Il-Fdalijiet megalitiċi f’ta’ l-Iskorba ħdejn iż-Żebbiegħ
Distrett ta’ l-Imqabba
Il-Fdalijiet megalitiċi ta’ Id-Debdieba fit-triq li tagħti għal
Ħal-Farruġ
L-għar ta’ Bur-Mgħeż fil-barrieri
Il-Katakombi Tal-Mintna
It-torri l-qadim
Il-Fdalijiet ta’ torri f’Wilġja (triq li tagħti għal Ta’ Kandia)
Distrett tal-Mosta
Id-Dolmens fl-għalqa Ta’ fuq Wied Filip
Il-Katakombi f’Bistra
Is-sinjali tal-karrettuni
Is-serje ta’ katakombi ta’ l-era kristjana tal-qedem fid-distrett
magħruf bħala Tal-Bistra fuq in-naħa tat-triq li tagħti għal
Tarġa Gap mir-Rabat
Distrett tan-Naxxar
Is-sinjali tal-karrettuni
It-torrijiet il-qodma f’San Pawl tat-Tarġa
L-Imdina
Il-Fortifikazzjonijiet u l-bibien
Palazzo Magistrale u Corte Capitanale
Torre dello Stendardo
Il-Bini u fdalijiet sikulo-normanni
Banca Giuratale
Distrett ta’ Paola
Il-Hypogeum ta’ Ħal-Saflieni
Il-Fdalijiet megalitiċi f’Kordin
Distrett tar-Rabat
Il-Katakombi
Għar-il Kbir ħdejn il-Buskett
Is-sinjali tal-karrettuni ħdejn il-Buskett
Il-Fdalijiet tal-Villa Rumana
Iċ-Ċirku tal-ġebel f’Għajn Klieb
Il-funtana tas-Saqqaja u l-Għajn tal-Ħassielin
Il-funtana ta’ Għajn Ħamiem u l-Għajn tal-Ħassielin
4 L.S.445.01 ħ PROTEZZJONI TA’ L-ANTIKITAJIET
Il-funtana ta’ l-Għexierem 
Il-kolonna tas-salib fil-pjazza
Il-venda tal-korsa
Il-Palazz ta’ Verdala
Distrett ta’ San Ġiljan
Is-sinjali tal-karrettuni madwar il-Mensija
Il-fdalijiet Ta’ Ċieda tal-bini fit-tond
Il-Palazz ta’ Spinola, u l-Belvedere li qabel kien parti mill-
palazz, u il-boat-house fil-Bajja ta’ Spinola, li qabel kienet
parti mill-Palazz ta’ Spinola
Distrett ta’ San Pawl il-Baħar
Il-Fdalijiet megalitiċi fuq l-Għolja tax-Xemxija
Il-Palazz ta’ Selmun
Il-Fdalijiet ta’ xogħlijiet rumani ħdejn San Pawl Milqi
Il-Funtana ta’ Għajn Rasul
Il-Batterija tal-Mistra
Villa Xemxija
Il-Bajja tas-Salini
Il-Fdalijiet megalitiċi fl-Imdawra
It-tliet fougasses fuq l-ixtajtiet tal-bajja
L-Isla
Il-Fortifikazzjonijiet u l-bibien
Siġġiewi
Id-dar il-qadima fortifikata f’141, Triq il-Kbira
Id-djar fi Triq il-Kbira, Nri. 66, 72, 73, 74 u 101
L-oqbra fil-blat fil-Magħluq
Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Għirgħenti
Id-Dolmen f’Misraħ Sinjura
Distrett tas-Sliema u San Ġiljan
Fort Manoel u fortijiet qodma f’Tas-Sliema u San Ġiljan
Tarxien
It-tempji megailitiċi
Valletta
Il-fortifikazzjonijiet
Il-Palazz
Il-Bereġ tal-Kavallieri ta’ Malta
La Castellania
Is-Sacra Infermieria
Il-Banca Giuratale
Id-Dwana
Il-Ħabs ta’ l-Iskjavi
Il-Pinto Stores (Marina)
Il-funtani l-qodma
Il-faċċata tal-Hotel de Verdelin (Triq l-Arċisqof) issa żewġ
djar Nri.108-114
Il-pjan terran u l-ewwel sular tal-bini ta’ l-Università  u tal-
Liċeo fi Triq il-Merkanti
It-Teatru Manoel
Il-Bibljoteka
Il-Kanċellerija (Garrison Library) 
Palazzo Perellos u de la Salle (Triq ir-Repubblika 219)
PROTEZZJONI TA’ L-ANTIKITAJIET ġ L.S.445.01 5
Il-blokk ta’ djar (Cottonera) ċirkondati minn Triq il-
Merkanti, Triq San Kristoforo, Triq San Pawl u Triq San
Duminku
Palazzo Parisio
Casa Dorell (Triq il-Merkanti Nru. 10)
Il-faċċata tad-Dar Nru. 30 fi Triq il-Merkanti
Il-blokk ta’ djar ċirkondati minn Triq Nofsinhar, Strada
Forni, Strada Zekka u Strada Kavallieri
Fdalijiet tal-Belvedere Magistrale wara l-Knisja ta’ Liesse
Iż-żewġ djar fi Strada Forni Nri. 24 sa 28
Id-dar fi Strada Forni Nru. 9
Il-faċċata tad-djar bejn Strada Karri u Strada Stretta Nru. 168
L-intrata ta’ Palazzo Caraffa Nru. 94 Strada Forni
Il-faċċata ta’ Palazzo Hompesch fi Strada Forni
Is-Suq tal-Ħut fil-Marina
Id-djar il-qodma tal-Kavallieri Ingliżi fi Triq San Kristoforo
Nri. 175 u 176
Id-dar fi Triq San Ġwann Nru. 56 - proprjetà  tal-familja Sant
Fournier 
Il-Birgu
Il-Fortifikazzjonijiet u l-Bibien
It-Torri ta’ l-Arloġġ
Djar Sikulo-Normanni
Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur
Il-fdalijiet tal-Bereġ il-qodma u bini ieħor ta’ l-ewwel
żminijiet ta’ l-Ordni f’Malta li għad hemm fil-Birgu
Ħaż-Żabbar
Il-Bieb ta’ Hompesch
Dolmen fix-Xgħara tal-Bidni
Il-Fdalijiet megalitiċi f’Sant’Anard
L-għalqa tonda msejħa Iċ-ċirku
Ħaż-Żebbuġ
Il-Bieb ta’ Rohan
Limiti taż-Żebbuġ
It-Torri f’Wied Qirda
Iż-Żejtun
Il-Fdalijiet megalitiċi fi Xropp il-Għaġin
Il-Fdalijiet megalitiċi f’Ħal Ġunju
Il-Fdalijiet rumani f’Tas-silġ ħdejn Bir-rikka
Iż-Żurrieq
Ir-rovini megalitiċi ħdejn Wied Moqbel 
Ir-rovini f’Tal-Baqqari
Il-Fdalijiet qodma fil-ġnien ta’ Dar il-Parroċċa
Ir-rovini ta’ San Kir
Il-Fdalijiet tal-bini qodma Nri. 121 and 122 Triq il-Karmnu
6 L.S.445.01 ħ PROTEZZJONI TA’ L-ANTIKITAJIET
GĦAWDEX
Il-Qala
Il-Menhir f’għalqa
Ir-Rabat
Il-fdalijiet sikulo-normanni ta’ bini u arkati fil-Gran Castello
It-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet
L-iskrizzjoni bil-Latin li hemm f’Bieb il-Kbir
Il-Banca Giuratale
Ix-xriek fiċ-ċimiterju ta’ Santu Wistin
Il-gallariji tal-ġebel dekorati fi Triq il-Mandraġġ
Il-fdalijiet megalitiċi fl-għalqa Ta’ Marziena
Distrett tax-Xagħra
It-tempji megalitiċi Tal-Ġgantija
Il-fdalijiet f’Santa Verna
L-Għar f’tal-Maqgħad
L-għar magħrufa bħala ta’ Calipso
Il-Ħaġra ta’ Sansun fi Ġnien Imrik
Ix-Xewkija
Is-sinjali tal-karrettuni u megaliths f’Ta’ Ċenċ
Id-dar il-qadima Gourgeon
It-torri ta’ l-Imramma
Ix-Xgħara ta’ Għajn Lukin
L-Imġarr
Ir-rovini megalitiċi ta’ l-Imriesbiet u tal-Kagħan
It-torri magħruf bħala Santa Ċilia
Kemmuna
It-Torri ta’ Wignacourt
FIŻ-ŻEWĠ GŻEJJER
Il-fortifikazzjonijiet kollha, intrati, iskrizzjonijiet qodma u stemmi
Il-bini tax-xarolli li ħafna minnhom illum mhumiex użati
