TREĠĠIGĦ LURA TA’ PROPRJETÀ  MNEĦĦIJA ILLEGALMENT 
MINN TERRITORJU TA’ STAT MEMBRU FL-UNJONI EWROPEA ġ L.S.445.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 445.04
REGOLAMENTI DWAR IT-TREĠĠIGĦ LURA
TA’ PROPRJETÀ  MNEĦĦIJA ILLEGALMENT
MINN TERRITORJU TA’ STAT MEMBRU
FL-UNJONI EWROPEA
9 ta’ Settembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 246 ta’ l-2003.
Titolu.
Treġġigħ Lura ta’ Proprjetà  mneħħija illegalment minn Territorju
ta’ Stat Membru fl-Unjoni Ewropea.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 445.
it-tifsiriet "proprjetà  kulturali" u "patrimonju kulturali" huma
dawk specifikati fl-Att u fl-Anness mad-Direttiva, inklużi
kollezzjonijiet pubblici katalogati fl-inventarji ta’ mużewijiet,
f’arkivji jew f’kollezzonijiet ikkonservati f’libreriji;
"kollezzjonijiet pubbliċi" tfisser kollezzjonijiet li huma l-
proprjetà  ta’ Stat Membru, ta’ awtorità  lokali jew reġjonali fi ħdan
Stat Membru jew istituzzjoni li tkun tinsab f’dak it-territorju u li
tiġi definita bħala pubblika skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru,
liema istituzzjoni tkun jew il-proprjetà  ta’, jew tkun iffinanzjata
b’mod sostanzjali minn dak l-Istat Membru jew minn awtorità
lokali jew reġjonali, inklużi l-inventarji ta’ istituzzjonijiet
ekkleżjastiċi;
"Stat Membru rikjedenti" tfisser Stat Membru ta’ l-Unjoni
Ewropea li fit-territorju tiegħu jkun jinsab oġġett kulturali li jkun
tneħħa illegalment mit-territorju ta’ xi Stat Membru ieħor.
Skop.
disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Ewropew 93/7 tal-15 ta’
Marzu, 1993 li titratta dwar it-treġġigħ lura ta’ oġġetti kulturali
illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru, hawnhekk
izjed ’il quddiem imsejjħa "id-Direttiva".
(2) Dawn ir-regolamenti japplikaw biss għal dawk l-oggetti
kulturali li jkunu ġew imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru fl-1
ta’ Jannar, 1993 jew wara dik id-data.
Treġġigħ lura ta’ 
oġġetti kulturali.
4. Oġġetti kulturali li jkunu ġew illegalment imneħħija mit-
territorju ta’ Stat Membru fl-Unjoni Ewropea għandhom jitreġġgħu
lura skond il-proċeduri u fiċ-ċirkostanzi li hemm provdut dwarhom
f’dawn ir-regolamenti u fid-Direttiva.
Awtorità  maħtura.
artikolu 7 ta’ l-Att tkun l-awtorità  maħtura biex taqdi d-dmirijiet li
hemm provdut dwarhom f’dawn ir-regolamenti.
2 L.S.445.04 ħ
TREĠĠIGĦ LURA TA’ PROPRJETÀ  MNEĦĦIJA ILLEGALMENT 
MINN TERRITORJU TA’ STAT MEMBRU FL-UNJONI EWROPEA
Trasferimenti li 
jsiru bi ksur tal-
liġijiet ta’ Stat 
Membru rikjedenti.
6. Kull trasferiment ta’ proprjetà  kulturali jew patrimonju
kulturali, ukoll jekk temporanju, huwa illegali jekk dan isir bi ksur
tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva jew tal-liġijiet ta’ l-Istat Membru
rikjedenti.
Proċeduri quddiem 
qorti kompetenti.
7. (1) Stat Membru li jkun qed jibda talba ghat-treġġigħ lura
ta’ oggett kulturali li jkun tneħħa illegalment mit-territorju tiegħu,
jkollu jedd jibda proċeduri quddiem il-qorti kompetenti f’Malta,
kontra l-possessur jew, fin-nuqqas, kontra d-detentur ta’ dak l-
oggett.
(2) Salv kif xort’oħra provdut fir-regolament 8, il-qorti
kompetenti għandha tordna t-treġġigħ lura ta’ dak l-oggett kulturali
jekk dan ikun tneħħa illegalment minn ġewwa t-territorju
nazzjonali.
Treġġigħ lura ta’ 
oġġetti lil Stat 
Membru rikjedenti.
8. (1) Meta jiġi ordnat it-treġġigħ lura ta’ xi oggetti, il-qorti
kompetenti tal-pajjiz mitlub jibgħat lura l-oggett għandha tagħti
lill-pussessur dak il-kumpens li tqis xieraq skond iċ-ċirkostanzi tal-
każ, sakemm tkun sodisfatta li l-pussessur ikun aġixxa bonafidi u
jkun ħa ħsieb sew u eżerċita kull attenzjoni dovuta meta kien qed
jakkwista l-oġġett.
(2) L-Istat Membru rikjedenti għandu jħallas dak il-kumpens
meta jingħata lura l-oggett.
(3) L-ispejjeż li jsiru fit-twettiq ta’ deċiżjoni li tkun tordna li
oggett kulturali jingħata lura, u ghas-salvagwardja u l-
konservazzjoni ta’ dak l-oggett, għandhom jiġu mġarrba mill-Istat
Membru rikjedenti.
(4) Ħlas li jsir għal kumpens ġust u l-ispejjeż imsemmija fis-
subregolamenti (1) sa (3) għandhom isiru mingħajr preġudizzju
għad-dritt ta’ l-Istat Membru rikjedenti li jieħu azzjoni bil-ħsieb li
jirkupra dawk l-ammonti mingħand il-persuni responsabbli għat-
tneħħija illegali ta’ l-oggett kulturali minn ġewwa t-territorju
tieghu.
Liġijiet nazzjonali 
ta’ l-Istati Membri.
9. (1) Kull azzjoni li tittieħed bis-saħħa ta’ dawn ir-
regolamenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull
proċedura ċivili jew kriminali li tista’ ssir, taħt il-liġijiet nazzjonali
ta’ l-Istat Membru involut, mill-Istat Membru rikjedenti u, jew mis-
sid ta’ oġġett kulturali li jkun ġie misruq.
(2) Fit-twettiq tal-poteri stabbiliti b’dawn ir-regolamenti, id-
dmir ta’ min għandu jġib il-provi jkun regolat skond il-liġi ta’ l-
Istat Membru li tkun saritlu t-talba.
Status skond id-
dritt ċivili.
10. (1) F’kaz ta’ donazzjoni jew suċċessjoni, il-pussesur ma
jkunx f’pożizzjoni iktar vantaġġuża mill-persuna li jkun akkwista l-
oġġett mingħandha b’dak il-mezz.
(2) Il-proċeduri dwar l-għoti lura skond dawn ir-regolamenti
ma jistgħux idumu iktar minn sena wara li l-Istat Membru
rikjedenti jkun sar jaf fejn ikun l-oġġett kulturali u l-identità  tal-
pussessur jew detentur tiegħu.
(3) Dawk il-proċeduri ma jistgħu f’ebda każ jinbdew aktar
minn tletin sena wara li l-oġġett ikun tneħħa illegalment minn
TREĠĠIGĦ LURA TA’ PROPRJETÀ  MNEĦĦIJA ILLEGALMENT 
MINN TERRITORJU TA’ STAT MEMBRU FL-UNJONI EWROPEA ġ L.S.445.04 3
ġewwa t-territorju ta’ l-Istat Membru rikjedenti. Madankollu fil-
każ ta’ oġġetti li jiffurmaw parti mill-kollezzjonijiet pubbliċi
elenkati fl-inventarji ta’ mużewijiet, arkivji jew kollezzjonijiet
ikkonservati f’libreriji, u beni ekkleżjastiċi fl-Istati Membri fejn
ikunu soġġetti għal arranġament ta’ protezzjoni speċjali taħt il-liġi
nazzjonali, il-proċeduri dwar it-treġġigħ lura jkunu suġġetti għal
perjodu li jiskadi wara ħamsa u sebgħin sena, minbarra fi Stati
Membri fejn il-proċeduri ma huma suġġetti għal ebda perjodu ta’
żmien jew fil-każ ta’ kull ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri fejn
jiġi stipulat perjodu li jeċċedi l-ħamsa u sebgħin sena.
(4) Ma jistgħux jinbdew proċeduri dwar it-treġġigħ lura jekk it-
tneħħija minn ġewwa t-territorju nazzjonali ta’ l-Istat Membru
ttemm milli tibqa’ titqies bħala attività  illegali f’dak il-waqt meta
jkunu ser jinbdew dawk il-proċeduri.
Mod kif isiru l-
proċeduri.
11. (1) Il-proċeduri jistgħu biss jinbdew permezz ta’ talba li
ssir bil-miktub minn Stat Membru.
(2) Flimkien ma’ din it-talba għandhom ukoll jintehmżu:
(a) dokument li jiddeskrivi l-oġġett indikat fit-talba fejn
jiġi wkoll dikjarat li dan huwa oġġett ta’ valur
kulturali; u
(b) dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat
Membru rikjedenti li l-oġġett kulturali kien ġie
imneħħi illegalment minn ġewwa t-territorju tiegħu.
Awtoritajiet 
ċentrali.
12. (1) L-awtorità  ċentrali ta’ l-Istat Membru rikjedenti
għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità  ċentrali ta’ l-Istat Membru
li tkun saritlu t-talba li jkunu ġew mibdija proċeduri bil-għan li
jitreġġa’ lura dak l-oġġett.
(2) L-awtorità  ċentrali ta’ l-Istat Membru li ssirlu t-talba
għandha minnufih tgħarraf lill-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati
Membri oħra.
Reġistru li 
jinżamm mis-
sovrintendenza.
13. Is-Sovrintendenza għandha żżomm reġistru fejn jitniżżlu
dawk l-oġġetti kulturali li jkunu ġew imneħħija minn Malta, u dwar
ir-rikjesti li jsiru minn Stati Membri oħra sabiex jitreġġgħu lura
oġġetti kulturali li jkunu tneħħew illegalment minn ġewwa t-
territorju tagħhom.
Dmirijiet oħra tas-
sovrintendenza.
14. (1) Jekk l-oġġett kulturali li jkun ġie mreġġa’ lura ma
jkunx jagħmel parti minn kollezzjoni pubblika, is-Sovrintendenza
jkollha d-dmir li tipprovdi dwar il-kustodja ta’ l-oġġett sakemm
dan ikun jista’ jingħata lill-proprjetarju leġittimu tiegħu.
(2) Il-kunsinna ta’ l-oġġett kulturali hija soġġetta għar-rimbors
lis-Sovrintendenza ta’ l-ispejjeż li tkun għamlet għall-kustodja
temporanja, konservazzjoni u restituzzjoni ta’ dak l-oġġett.
(3) Meta l-persuna li lilha jitreġġa’ lura l-oġġett kulturali ma
tkunx magħrufa, is-Sovrintendenza għandha tippubblika avviż
dwar dan fil-Gazzetta.
(4) Jekk il-pussessur leġittimu ma jitlobx li jingħata lura l-
oġġett kulturali fi żmien ħames snin mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-
avviż imsemmi fis-subregolament (3), l-oġġett isir proprjetà  ta’ l-
4 L.S.445.04 ħ
TREĠĠIGĦ LURA TA’ PROPRJETÀ  MNEĦĦIJA ILLEGALMENT 
MINN TERRITORJU TA’ STAT MEMBRU FL-UNJONI EWROPEA
Istat li jkollu l-obbligu li jikkonservah u li jagħmel l-aħjar użu
possibbli minnu li jirrendi profitt.
