DRITTIJIET TAD-DĦUL FIL-MUŻEWIJIET,
SITI U KOLLEZZJONIJIET ġ L.S.445.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 445.05
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET TAD-DĦUL 
FIL-MUŻEWIJIET, SITI U KOLLEZZJONIJIET
18 ta’ Awissu, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 16 ta’ l-2004.
Titolu.
Drittijiet tad-Dħul fil-Mużewijiet, Siti u Kollezzjonijiet.
Tifsir.
teħtieġx mod ieħor -
Kap. 405.
Kap. 252.
"btala pubblika" għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi Oħra;
"dokument ta’ studenti jew żgħażagħ rikonoxxuti fuq bażi
internazzjonali" tfisser dawk il-persuni li jippreżentaw l-
International Student Indentification Card (ISIC), jew il-Euro 26,
jew membri ta’ l-Għaqda Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM) u
membri tal-Kumitat Internazzjonali tal-Monumenti u Siti
(ICOMOS);
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-mużewijiet,
siti u kollezzjonijiet;
"mużewijiet, siti u kollezzjonijiet" tfisser il-mużewijiet, siti u
kollezzjonijiet imniżżla fl-Ewwel u fit-Tieni Skeda;
"Patrimonju Malta" tfisser l-aġenzija operattiva mwaqqfa skond
l-artikolu 8 ta’ l-Att.
Ħlas għad-dħul fil-
mużewijiet, siti u 
kollezzjonijiet.
3. (1) Għandha titħallas lira (Lm 1) lill-Patrimonju Malta
minn kull persuna li għandha dsatax-il sena u iżjed, għad-dħul
f’kull ġurnata tal-ġimgħa, inklużi s-Sibt u l-Ħadd, fil-mużewijiet,
siti u kollezzjonijiet kollha f’Malta u Għawdex minbarra dawk
imsemmija fis-subregolamenti (2) u (3):
Iżda:
(a) l-ebda ħlas m’huwa dovut għad-dħul f’mużewijiet, siti
u kollezzjonijiet, minn persuni li għandhom inqas
minn tnax-il sena;
(b) persuni li għandhom sittin sena u iżjed, kif ukoll dawk
il-persuni ta’ bejn it-tnax u tmintax-il sena, biż-żewġ
etajiet inklużi, għandhom iħallsu rata ta’ ħlas
imnaqqsa b’ħamsin fil-mija;
(ċ) Patrimonju Malta tista’ tawtorizza lill-persuni li huma
studenti jew żgħażagħ, li huma identifikati bħala tali
permezz ta’ dokumenti ta’ studenti jew żgħażagħ
rikonoxxuti fuq bażi internazzjonali li jidħlu fil-
mużewijiet, siti u kollezzjonijiet bil-ħlas bir-rata
msemmija fil-paragrafu (b);
(d) Patrimonju Malta tista’ toħroġ biljetti ta’ dħul fil-
2 L.S.445.05 ħ
DRITTIJIET TAD-DĦUL FIL-MUŻEWIJIET,
SITI U KOLLEZZJONIJIET
mużewijiet, siti u kollezzjonijiet mingħajr ħlas lil:
(i) gruppi organizzati ta’ studenti li jattendu skola
jew istituzzjoni edukattiva jew qegħdin isegwu
programm ta’ edukazzjoni informali oħra li
jkunu mmexxija minn persuna responsabbli;
(ii) gruppi organizzati ta’ membri ta’ għaqdiet u
organizzazzjonijiet xjentifiċi jew kulturali;
(e) il-Ministru jista’ jawtorizza dħul mingħajr ħlas fil-
mużewijiet, siti u kollezzjonijiet għal raġunijiet ta’
studju xjentifiku, riċerka jew restawr.
(2) Il-ħlas għad-dħul fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, f’Raħal Ġdid,
għandu jkun kif ġej:
(a) ħlas ta’ tliet liri (Lm 3) għal kull persuna ta’ dsatax-il
sena u fuqhom,
(b) ħlas ta’ lira u ħamsin ċenteżmu (Lm 1.50) għal kull
persuna bejn tnax u tmintax-il sena, iż-żewġ etajiet
inklużi, kif ukoll għall-persuni li għandhom sittin sena
u fuqhom,
(ċ) ħlas ta’ lira (Lm 1) għal kull tifel jew tifla li għandhom
inqas minn tnax-il sena:
Iżda Patrimonju Malta tista’ tawtorizza lill-persuni li huma
studenti jew żgħażagħ, li huma identifikati bħala tali permezz ta’
dokumenti ta’ studenti jew żgħażagħ rikonoxxuti fuq bażi
internazzjonali, li jidħlu fil-mużewijiet, siti u kollezzjonijiet bil-
ħlas tar-rata msemmija fis-subregolament (1)(b).
(3) Patrimonju Malta għandha tiġbor il-ħlas għad-dħul fil-
mużewijiet, siti u kollezzjonijiet f’Għawdex kif ġej:
(a) ħlas ta’ lira u ħamsin ċenteżmu (Lm 1.50) għal kull
persuna ta’ iżjed minn tnax-il sena għad-dħul kemm
fit-Tempji tal-Ġgantija kif ukoll fil-Mitħna Ta’ Kola
fix-Xagħra;
(b) ħlas ta’ lira u ħamsin ċenteżmu (Lm 1.50) għal kull
persuna ta’ iżjed minn tnax-il sena għad-dħul fil-
mużewijiet kollha li jinsabu fiċ-Ċittadella tar-Rabat
imsemmija fl-Ewwel Skeda.
(4) Id-dħul fil-mużewijiet, siti u kollezzjonijiet imsemmija fit-
Tieni Skeda jista’ jsir biss permezz ta’ appuntament ma’ l-uffiċjali
ta’ Patrimonju Malta, flimkien mal-ħlas tal-prezz tad-dħul.
It-Tempji ta’ Ħaġar 
Qim u Mnajdra.
4. Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti, is-siti ta’ patrimonju
dinji tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra li jinsabu fil-Qrendi
għandhom jiġu meqjusa bħala żewġ siti, u għalhekk għandu jsir
ħlas għad-dħul f’kull wieħed minnhom separatament.
Ġbir ta’ ħlas. 5. Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti, il-ħlasijiet imsemmija
f’dawn ir-regolamenti għandhom jinġabru minn Patrimonju Malta
waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet, siti u kollezzjonijiet kif
stabbiliti minn Patrimonju Malta minn żmien għal żmien.
DRITTIJIET TAD-DĦUL FIL-MUŻEWIJIET,
SITI U KOLLEZZJONIJIET ġ L.S.445.05 3
Biljetti għal 
gruppi.
Kap. 298.
6. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-
regolamenti u skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Mużewijiet
u Monumenti Nazzjonali (Biljetti ta’ Dħul Komplessivi),
Patrimonju Malta tista’ toħroġ biljetti għal gruppi b’rata ta’ ħlas
imnaqqsa għal dħul fil-mużewijiet, siti u kollezzjonijiet kollha
f’Malta u Għawdex, barra l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, f’Raħal Ġdid,
lil operaturi turistiċi liċenzjati li jkunu qed jorganizzaw gruppi ta’
ħames persuni jew iżjed u li jkunu mmexxija minn gwida
liċenzjata.
(2) Dawn il-biljetti għall-gruppi b’rata ta’ ħlas imnaqqsa
skond ma hemm imsemmija fis-subregolament (1) għandhom -
(a) jinxtraw qabel iż-żjara mill-uffiċċju ċentrali ta’
Patrimonju Malta;
(b) jitqassmu lil kull membru tal-grupp, li għandu jagħti l-
mamma tal-biljett lill-uffiċjal inkarigat mill-mużew,
sit jew kollezzjoni filwaqt li jżomm il-bqija tal-biljett
waqt iż-żjara:
Iżda jekk għal xi raġuni jew oħra, ma tkunx
ippreżentata l-mamma tal-biljett lill-uffiċjal inkarigat,
dan iwassal biex il-ħlas sħiħ taż-żjara f’dak is-sit minn
dik il-persuna jsir dovut. F’dan il-każ, il-ħlas ikun
dovut mingħand l-operatur turistiku liċenzjat jew mill-
persuna li tkun qed tmexxi l-grupp, skond id-
diskrezzjoni ta’ Patrimonju Malta;
(ċ) jintitolaw lill-membri tal-grupp sabiex jidħlu fil-
mużewijiet, siti u kollezzjonijiet b’rata ta’ ħlas
imnaqqsa b’sittin fil-mija fuq kull biljett għal kull
persuna bejn l-età  ta’ tnax-il sena u l-età  ta’ sittin sena.
Tnaqqis ta’ tletin 
fil-mija.
7. Mill-1 ta’ Mejju 2004 il-ħlas tad-dħul għall-biljetti tal-
gruppi imsemmija fir-regolament 6 għandu jkun b’rata ta’ ħlas
imnaqqsa bi tletin fil-mija fuq kull biljett għal kull persuna bejn l-
età  ta’ tnax-il sena u l-età  ta’ sittin sena.
Għeluq tal-
mużewijiet fil-
btajjel pubbliċi.
8. Il-mużewijiet, siti u kollezzjonijiet għandhom jinżammu
magħluqa fil-btajjel pubbliċi kollha sakemm ma jkunx awtorizzat
mod ieħor minn Patrimonju Malta.
4 L.S.445.05 ħ
DRITTIJIET TAD-DĦUL FIL-MUŻEWIJIET,
SITI U KOLLEZZJONIJIET
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3)
Mużewijiet, Siti u Kollezzjonijiet
MALTA
Għar Dalam, Birżebbuġa
Ħaġar Qim, il-Qrendi
It-Tempji ta’ l-Imnajdra, il-Qrendi
L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Raħal Ġdid
Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur, il-Birgu
Il-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Birgu
Il-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arkeologija, il-Belt Valletta
Il-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti, il-Belt Valletta
Il-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali, l-Imdina
L-Armerija tal-Palazz, il-Belt Valletta
Id-Dar Rumana, ir-Rabat
Il-Katakombi ta’ San Pawl, ir-Rabat
Il-Kmamar Statali u s-Sala ta’ l-Arazzi, il-Palazz, il-Belt Valletta
It-Tempji ta’ Ħal Tarxien
Il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, il-Belt Valletta
GĦAWDEX
Il-Mużew ta’ l-Arkeoloġija, iċ-Ċittadella, ir-Rabat
Il-Mużew tal-Folklor, iċ-Ċittadella, ir-Rabat
Il-Mużew tax-Xjenza Naturali, iċ-Ċittadella, ir-Rabat
Il-Ħabs il-Qadim, iċ-Ċittadella, ir-Rabat
It-Tempji tal-Ġgantija, ix-Xagħra
Il-Mitħna Ta’ Kola, ix-Xagħra
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3)
Mużewijiet, Siti u Kollezzjonijiet (Dħul b’Appuntament)
Il-Banjijiet Rumani, fl-inħawi ta’ l-Imġarr
San Pawl Milqi, Burmarrad
It-Tempji ta’ Skorba, l-Imġarr
It-Tempji Ta’ Ħaġrat, l-Imġarr
Il-Katakombi ta’ Mintna, l-Imqabba
DRITTIJIET TAD-DĦUL FIL-MUŻEWIJIET,
SITI U KOLLEZZJONIJIET ġ L.S.445.05 5
Il-Katakombi tas-Salina, in-Naxxar
Tas-Silġ, Marsaxlokk
Borġ in-Nadur, Birżebbuġa
