LEBBRUŻI ġ L.S.45.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 45.01
REGOLAMENTI DWAR IL-LEBBRUŻI
27 ta’ Ġunju, 1939
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 285 ta’ l-1939, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 174 ta’ l-1949 u bl-Att LVIII ta’ l-1974.
Titolu.
Lebbrużi.
Tabib inkarigat.
Emendat:
N.G. 174 ta’ l-
1949.
2. Ikun hemm tabib inkarikat minn kull Sptar tal-Lebbrużi,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmi "sptar".
Żewġ diviżjonijiet.
tan-nisa. Ma tista’ ssir ebda komunikazzjoni bejn il-morda taż-
żewġ diviżjonijiet, jew nies ta’ barra l-isptar, ħlief kif jiddisponu
dawn ir-Regolamenti.
Dieta stabbilita.*. Lill-morda jingħata ikel skond id-dieta stabbilita li tista’
titbiddeI jew tiżdied mit-tabib inkarigat mill-isptar meta l-
kondizzjoni tal-marid teħtieġ li jsir hekk. Dan it-tibdil jew tiżjid
fid-dieta għandu jitniżżel fil-ktieb tad-dieta ta’ l-istitut quddiem l-
isem tal-marid li jkun.
Proviżjon ta’ ikel 
minn qraba.
5. Il-morda li jkunu fl-isptar jistgħu jkunu pprovduti b’ikel
mingħand qraba jew ħbieb tagħhom, iżda, ebda oġġett ta’ l-ikel jew
xorb ma għandu jidħol jekk, fil-fehma tat-tabib inkarigat mill-
isptar, ma jixraqx ta’ min iħalli jidħlu dawn l-oġġetti għal
raġunijiet ta’ saħħa jew dixxiplina.
Ilbies, ħwejjeġ ta’ 
taħt u firxa.
6. Il-morda jistgħu jużaw l-ilbies tagħhom stess, il-ħwejjeġ
ta’ taħt tagħhom u l-firxa tagħhom tas-sodda, kemm-il-darba huma
jkollhom kwantità  biżżejjed li jkunu jistgħu jżommu ndafa, skond
ma jixraq. Jekk ma jużawx tagħhom, l-oġġetti kollha ta’ l-ilbies, il-
bjankerija tas-sodda u l-ħwejjeġ ta’ taħt kollha jfornihomlhom l-
isptar.
Ħasil ta’ ħwejjeġ.
post tal-ħasil ta’ l-isptar. Ebda ħaġa wżata mill-morda ma għandha
tittieħed barra mill-isptar.
Ittri.
konsenjati lit-tabib inkarigat mill-isptar għad-disinfezzjoni qabel
ma jinbagħtu fejn għandhom imorru.
Ġranet u ħinijiet ta’ 
visti.
9. Il-qraba u l-ħbieb jistgħu jżuru lill-morda f’dawk il-ġranet
u f’dawk il-ħinijiet li jiffissa t-Tabib Prinċipali tal-Gvern, u taħt
dawk il-kundizzjonijiet li t-tabib inkarigat mill-isptar jidhirlu
meħtieġa.
Pazjenti fi stat 
ħażin.
10. Il-qraba jew il-ħbieb jistgħu jaraw lil dawk il-morda li
jkunu fi stat ħażin f’kull ġurnata jew ħin li jkun, wara li jitolbu lit-
*Ir-regolament 3 oriġinali ġie mħolli barra, taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji, minħabba f’li jagħmel referenza għal disposizzjonijiet fl-artikolu 6
ta’ l-Ordinanza, liema artikolu ġie mħassar.
2 L.S.45.01 ħ LEBBRUŻI
tabib inkarigat mill-isptar.
Permess lil morda 
sabiex jitilqu mill-
isptar għal xi 
perijodi 
temporanji.
11. It-Tabib Prinċipali tal-Gvern jista’ jippermetti lill-morda
sabiex jitilqu mill-isptar għal xi perijodi ta’ żmien skond dawk il-
kondizzjonijiet li huwa, f’kull każ, jidhirlu meħtieġa li jagħmel.
Bord għal-
Lebbrużi.
12. Il-Bord għal-Lebbrużi jżur l-Isptar tal-Lebbrużi kull tnax-il
xahar biex jeżamina l-morda u jaqdi ħwejjeġ oħra professjonali
flimkien mat-tabib inkarigat.
Meta pazjent 
jintbagħat mill-
isptar.
Emendat:
N.G. 174 ta’ l-
1949.
13. It-tabib inkarigat mill-isptar għandu jgħarraf lill-Bord
għal-Lebbrużi fuq kull marid illi l-kondizzjoni tiegħu, fil-fehma
tiegħu, tjiebet daqshekk illi jista’, taħt kondizzjon, jinbagħat mill-
isptar. Il-Bord jeżamina l-marid u jagħti rapport lit-Tabib Prinċipali
tal-Gvern fuq l-istat tal-marda tal-marid u jagħmel dawk ir-
rakkomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa dwar il-ħruġ tal-marid mill-
isptar taħt kondizzjon.
Pazjenti li 
jintbagħtu d-dar.
Emendat:
N.G. 174 ta’ l-
1949.
14. Il-morda kollha li jintbagħtu mill-isptar għandhom joqgħdu
għal dawn il-kundizzjonijiet:
(a) huma jgħarrfu lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern, permezz
tat-tabib inkarigat mill-isptar, bl-indirizz fejn bi
ħsiebhom imorru joqogħdu meta jintbagħtu mill-isptar
u b’kull tibdil ieħor fl-indirizz tad-dar tagħhom;
(b) huma għandhom jippresentaw ruħhom quddiem il-
Bord tal-Lebbrużi biex ikunu eżaminati darba kull sitt
xhur, jew iżjed spiss jekk ikun hekk meħtieġ mill-
Bord;
(ċ) huma ma għandhom jaħdmu f’ebda kummerċ, negozju
jew xogħol ta’ dik ix-xorta:
(i) kull kummerċ jew xogħol li għandu x’jaqsam
mal-preparazzjoni jew tqassim ta’ ikel, xorb,
drogi, mediċini jew tabakk ta’ kull xorta;
(ii) ħasil;
(iii) ħjata;
(iv) qadi jew servizz fid-djar;
(v) xogħol ta’ infermier jew infermiera;
(vi) xogħol ta’ qabla;
(vii) xogħol ta’ parrukkier;
(viii) bejgħ fit-toroq.
Kura barra mill-
isptar.
15. Dawk il-morda illi ma jintbagħtux l-isptar imma jkunu
kkurati barra mill-isptar, għandhom jippresentaw ruħhom għall-
kura f’dak il-post u f’dak il-ħin kif jordnalhom it-Tabib Prinċipali
tal-Gvern. Dawn il-morda kollha għandhom jippresentaw ruħhom
quddiem il-Bord tal-Lebbrużi biex ikunu eżaminati darba kull sitt
xhur, jew iżjed spiss jekk ikun hekk meħtieġ mill-Bord. L-ommijiet
li jreddgħu ma jkunux jistgħu jreddgħu lit-trabi tagħhom.
LEBBRUŻI ġ L.S.45.01 3
Pazjent li ntbagħat 
mill-isptar taħt 
kondizzjon.
Emendat:
N.G. 174 ta’ l-
1949;
LVIII. 1974.68.
16. Kemm-il darba xi persuna li tkun intbagħtet mill-isptar taħt
kondizzjon turi sinjali ta’ tniġġiż tal-marda tal-ġdiem, il-Bord,
permezz tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern, għandu jgħarraf lill-
President ta’ Malta, li jista’ jħassar l-ordni tal-ħruġ, taħt
kondizzjon, ta’ persuna bħal din u jordna li din tittieħed l-isptar.
Kemm-il darba xi marid li jkun qiegħed taħt il-kura barra mill-
isptar juri sinjali ta’ tniġġiż tal-marda tal-ġdiem, it-tabib inkarigat
mill-isptar jew tabib ieħor li jsir jaf bil-fatt għandu minnufih
igħarraf lill-Bord għal-Lebbrużi, u l-Bord, wara li jeżamina l-
marid, għandu, permezz tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern, igħarraf
lill-President ta’ Malta, li jista’ jordna li l-marid jittieħed l-isptar.
Pazjenti li jistgħu 
jgħinu fis-servizz 
ta’ l-isptar. 
17. Dawk il-morda illi, fil-fehma tat-tabib inkarigat, jistgħu
jgħinu fis-servizz ta’ l-isptar jew li jaħdmu xi xogħol tar-raba’, tal-
ħjata jew xi xogħol ieħor, jistgħu jitħaddmu f’dawn ix-xogħlijiet u
bħala kumpens jingħata lilhom xi ħaġa ta’ l-ikel barranija, eċċ., jew
xi ħwejjeġ oħra jew xi ħaġa tal-flus fix-xahar, li jkunu stabbiliti
mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
Membri ta’ 
familja.
18. Il-membri ta’ familja fejn ikun hemm xi każ ta’ mard tal-
ġdiem jistgħu minn żmien għal żmien ikunu suġġetti għall-vista tat-
tabib.
Ksur ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Emendat:
N.G. 174 ta’ l-
1949.
19. Kull marid li jikser dawn ir-Regolamenti jew ir-regoli ta’ l-
isptar; jew li ma joqgħodx għall-ordnijiet tat-tabib inkarigat mill-
isptar; jew li joħloq xi distorbju; jew li jgħid xi kliem faħxi jew
ħażin; jew li jinsulta, jew igħajjar, bil-kliem jew bl-egħmil, uffiċjal
jew seftur ta’ l-isptar jew xi marid ieħor; jew li jagħmel xi
inkonvenjent f’xi naħa ta’ l-isptar; jew li jgħarraq jew jeqred il-
proprjetà  tal-Gvern jew oġġetti ta’ morda oħra, jista’ jeħel xi kastig
jew il-kastigi kollha li hawn imsemmijin hawn taħt kif jiddeċiedi t-
Tabib Prinċipali tal-Gvern, billi -
(a) lill-marid jinżammlu l-permess tal-ħruġ;
(b) jinżammulu l-flus għat-tabakk, jew ir-razzjon ta’ l-
inbid, deżerta jew xi oġġett ieħor ta’ l-ikel;
(ċ) jinżammlu l-ħruġ bil-karozza fil-kampanja.
Dawn il-kastigi jingħataw għal żmien ta’ mhux iżjed minn
xahar f’kull wieħed mill-każijiet.
Għal ħtijiet oħra iżjed kbar jitmexxa skond il-liġi.
