BORDIJIET TA’ KONĊILJAZZJONI ġ L.S.452.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.01
REGOLAMENTI DWAR BORDIJIET
TA’ KONĊILJAZZJONI
15 ta’ Marzu, 1949
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 152 ta’ l-1949, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 583 ta’ l-1949 u bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI
ta’ l-1958.
Titolu.
Bordijiet ta’ Konċiljazzjoni.
Tifsir.
Kap. 452.
2. It-tifsiriet li hemm mogħtijin fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jgħoddu għal dawn ir-
regolamenti.
Ħatra ta’ Bord ta’ 
Konċiljazzjoni.
3. Għandu jiġi maħtur Bord ta’ Konċiljazzjoni mill-Ministru
permezz ta’ ittra mibgħuta lil kull membru, u l-ħatra u l-għamla ta’
Bord ta’ Konċiljazzjoni għandhom ikunu ppublikati fil-Gazzetta.
Meta bord ikun magħmul minn iżjed minn membru wieħed, wieħed
mill-membri, li jkun magħżul b’dan l-isem mill-Ministru, ikun il-
president.
Xorta ta’ inkarigi.
jkun imfisser bil-miktub mill-Ministru u mibgħut lilu qabel ma
jagħmel l-ewwel seduta.
Ġurament.
materji li minnhom hu inkarigat, kull membru tal-bord, barra minn
Imħallef jew Maġistrat, għandu jieħu l-ġurament li jmexxi l-
proċeduri bil-ħaqq u b’imparzjalità  u mill-aħjar li jista’ dak il-
membru.
Setgħat ta’ Bord ta’ 
Konċiljazzjoni.
Emendat:
N.G. 583 ta’ l-
1949;
Ord. Emerġ. VI ta’ 
l-1958.
6. (1) Bord ta’ Konċiljazzjoni jkollu s-setgħa li jsejjaħ xhieda
u jagħtihom il-ġurament; li jaħtar assessuri; u li jġiegħel lil kull
persuna li skond ma jidhirlu l-Bord taf b’xi mod speċjali fuq is-
suġġett ta’ l-istħarriġa, li tagħti, bil-miktub jew b’xi mod ieħor, u li
twettaq b’ġurament dawk id-dettalji dwar is-suġġett li l-Bord jista’
jkollu bżonn. L-ordnijiet kollha meħtieġa għandom isiru f’isem il-
membru biss tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni jew, skond il-każ, tal-
president tal-bord taħt il-firma tas-Segretarju tal-bord. Fil-każijiet
li fihom il-Bord hu magħmul minn membru wieħed, il-ġurament
għandu jingħata mill-president.
Kap. 12.
(2) Meta jissejħu x-xhieda u sabiex jobbliga x-xhieda jidhru
fil-bord, il-Bord ta’ Konċiljazzjoni jkollu s-setgħat bħala qorti
ċivili kif hemm stabbilit fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili, iżda f’ebda każ ma jkollu s-setgħa li jordna d-detenzjoni ta’
persuna, u ħlief li d-dmirijiet ta’ purtier tal-qorti u ta’ marixxal tal-
qorti rispettivament għandhom isiru minn membri tal-Pulizija
Eżekuttiva mqabbdin għal dan l-iskop mill-Kummissarju tal-
Pulizija. Kull piena ta’ flus li tingħata minn Bord ta’ Konċiljazzjoni
għandha tinġabar mill-Avukat Ġenerali bħala dejn ċivili li jistħoqq
lill-Gvern.
2 L.S.452.01 ħ BORDIJIET TA’ KONĊILJAZZJONI
Rapport lill-
Ministru.
7. Fl-egħluq tal-proċeduri, il-bord għandu jirrapporta fuq
hekk lill-Ministru u għandu, jekk b’hekk il-kwistjoni ta’ xogħol
tingħata bi ftehim, iwaħħal mar-rapport memorandum tal-pattijiet
ta’ dan il-ftehim iffirmat mill-partijiet jew mir-rappreżentanti
tagħhom, jew, jekk ma jsirx dan il-ftehim, għandu jfisser il-punt
jew il-punti li dwar jew dwarhom il-ftehim ma sarx.
Publikazzjoni tar-
rapport.
8. Il-Ministru, wara li jirċievi rapport bħal dan, jista’ jġiegħel
li dan jiġi pubblikat b’dak il-mod kif jidhirlu xieraq, jew ir-rapport
kollu kemm hu jew xi biċċa minnu.
Il-membri ma 
għandhom ixandru 
ebda ħaġa.
9. Il-membri ta’ Bord ta’ Konċiljazzjoni ma għandhom
ixandru ebda ħaġa li kienet ittrattata mill-bord fil-kors tal-
proċeduri tiegħu.
Segretarju tal-
Bord.
10. (1) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal tal-Ministeru biex
jagħmilha ta’ Segretarju f’kull Bord ta’ Konċiljazzjoni, u għandu
jagħmel l-arranġamenti kollha għall-post tal-bord.
(2) Il-verbal tal-proċeduri tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni għandu,
meta jiġi konsenjat ir-rapport finali lill-Ministru, jiġi konsenjat lill-
Ministru u jinżamm għandu bħala inkartament konfidenzjali.
Xhieda.
Kap. 108.
11. Ix-xhieda jitħallsu d-drittijiet skond l-Ordinanza dwar id-
Drittijiet tax-Xhieda.
