QRATI TA’ INKJESTA ġ L.S.452.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.03
REGOLAMENTI DWAR IL-QRATI TA’ INKJESTA
15 ta’ Marzu, 1949
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 154 ta’ l-1949, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 584 ta’ l-1949 u bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI
ta’ l-1958.
Titolu.
Qrati ta’ Inkjesta.
Tifsir.
Kap. 452.
2. It-tifsiriet li hemm mogħtijin fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jgħoddu għal dawn ir-
regolamenti.
Ħatra ta’ Qorti ta’ 
Inkjesta.
3. Għandha tiġi maħtura Qorti ta’ Inkjesta mill-Ministru
permezz ta’ ittra mibgħuta lil kull membru, u l-ħatra u l-għamla ta’
Qorti ta’ Inkjesta għandhom ikunu ppublikati fil-Gazzetta. Meta
qorti tkun magħmula minn iżjed minn membru wieħed, wieħed
mill-membri, li jkun magħżul b’dan l-isem mill-Ministru, ikun il-
president.
Xorta ta’ inkarigi.
imfisser bil-miktub mill-Ministru u mibgħut lilu qabel ma jagħmel
l-ewwel seduta, iżda dak ix-xorta ta’ inkarigu jista’ jitbidel mill-
Ministru permezz ta’ ittra wara li l-Qorti tkun bdiet il-proċeduri
tagħha.
Seduti tal-qorti.
pubblikament jew privatament, skond ma jidhrilha, suġġett għal
kull ordni mogħtija mill-Ministru.
Vakanzi.
membru wieħed, tista’ taġixxi għalkemm jitbattal xi membru jew
ieħor min-numru tal-membri.
Ġurament.
mressqa quddiemha, kull membru ta’ din il-qorti, barra minn
Imħallef jew Maġistrat, għandu jieħu l-ġurament li jmexxi l-
inkjesta b’imparzjalità  u mill-aħjar li jista’ dak il-membru.
Setgħat ta’ Qorti 
ta’ Inkjesta.
Emendat:
N.G. 583 ta’ l-
1949;
Ord. Emerġ. VI ta’ 
l-1958.
8. (1) Qorti ta’ Inkjesta jkollha s-setgħa li ssejjaħ xhieda u
jagħtihom il-ġurament; li taħtar assessuri; u li ġġiegħel lil kull
persuna li skond ma jidhrilha l-Qorti taf b’xi mod speċjali fuq is-
suġġett ta’ l-inkjesta, li tagħti, bil-miktub jew b’xi mod ieħor, u li
twettaq b’ġurament dawk id-dettalji dwar is-suġġett li l-Qorti jista’
jkollha bżonn. L-ordnijiet kollha meħtieġa għandom isiru f’isem il-
membru biss tal-Qorti ta’ Inkjesta jew, skond il-każ, tal-president
tal-qorti taħt il-firma tas-Segretarju tal-qorti. Fil-każijiet li fihom
il-Qorti tkun magħmula minn membru wieħed, il-ġurament għandu
jingħata mill-president.
Kap. 12.
(2) Meta jissejħu x-xhieda u sabiex tobbliga x-xhieda jidhru
fil-qorti, il-Qorti ta’ Inkjesta jkollha l-istess setgħat bħala qorti
ċivili kif hemm stabbilit fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili, iżda f’ebda każ ma jkollha s-setgħa li tordna d-detenzjoni ta’
persuna, u ħlief li d-dmirijiet ta’ purtier tal-qorti u ta’ marixxal tal-
2 L.S.452.03 ħ QRATI TA’ INKJESTA
qorti rispettivament għandhom isiru minn membri tal-Pulizija
Eżekuttiva mqabbdin għal dan l-iskop mill-Kummissarju tal-
Pulizija. Kull piena ta’ flus li tingħata minn Qorti ta’ Inkjesta
għandha tinġabar mill-Avukat Ġenerali bħala dejn ċivili li jistħoqq
lill-Gvern.
Rapport lill-
Ministru.
9. Qorti ta’ Inkjesta, jekk jidhrilha xieraq jew jekk tkun
mitluba mill-Ministru li tagħmel hekk, tista’ tagħmel rapporti
provviżorji.
Tqegħid tar-
rapport quddiem il-
Kamra tar-
Deputati.
10. Kull rapport, sew jekk ikun rapport provviżorju jew
rapport finali, ta’ Qorti ta’ Inkjesta, flimkien mar-rapport tal-
minoranza, jekk ikun hemm, għandu jintbagħat lill-Ministru, u
għandu jitqiegħed quddiem l-Kamra tad-Deputati, malli jista’ jkun.
Il-membri ma 
għandhom ixandru 
ebda ħaġa.
11. Il-membri ta’ Qorti ta’ Inkjesta ma għandhom ixandru ebda
ħaġa li ġiet ittrattata mill-qorti fil-kors tal-proċeduri tagħha.
Segretarju tal-
Qorti.
12. (1) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal tal-Ministeru biex
jagħmilha ta’ Segretarju ta’ kull Qorti ta’ Inkjesta, u għandu
jagħmel l-arranġamenti kollha għall-post tal-qorti.
(2) Il-verbal tal-proċeduri tal-Qorti ta’ Inkjesta għandu, meta
jiġi konsenjat ir-rapport finali lill-Ministru, jiġi konsenjat lill-
Ministru u jinżamm għandu bħala inkartament konfidenzjali.
Xhieda.
Kap. 108.
13. Ix-xhieda jitħallsu d-drittijiet skond l-Ordinanza dwar id-
Drittijiet tax-Xhieda.
