KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-KOSTRUZZJONI ġ L.S.452.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.08
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI
13 ta’ Jannar, 1953
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 26 ta’ l-1953, kif emendata bl-
Ordni I ta’ l-1954 u bl-Avviżi Legali 63 ta’ l-1964, 21 ta’ l-1969 u 10 ta’ l-
1971.
Titolu.
għall-Kostruzzjoni.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Emendat:
A.L. 63 ta’ l-1964;
A.L. 21 ta’ l-1969.
2. Il-Kunsill tal-Pagi għall-Kostruzzjoni għandu japplika
għall-impjegati kollha li jaħdmu fil-bini, fl-inġinerija ċivili jew
xogħol mekkaniku jew ta’ l-elettriku, u dwar l-impjegati kollha li
jkollhom x’jaqsmu ma’ xogħlijiet ta’ l-irħam u f’kalkari tal-ġir.
Tifsir.
Emendat:
Ordni I ta’ l-1954;
A.L. 63 ta’ l-1964.
Sostitwit:
A.L. 21 ta’ l-1969.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Ordni -
(a) il-frażi "bini, inġinerija ċivili u inġinerija jew xogħol
mekkaniku jew ta’ l-elettriku" tinkludi xogħol ta’
kostruzzjoni, kostruzzjoni mill-ġdid, manutenzjoni,
tiswija, tibdil, żebgħa, dekorazzjoni jew twaqqiegħ ta’
xi bini, triq, port, baċir, pier, pont, viaduct, kanal,
drenaġġ, bir jew xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni, it-
tħejjija għall-pedamenti jew it-tqegħid tal-pedamenti
ta’ kull xogħol jew struttura bħal dawk, il-qlugħ mill-
art ta’ ġebel, tafal, ramel jew żrar, il-manifattura ta’
ġebel tal-konkrit u ta’ bċejjeċ ta’ konkrit, il-
manifattura ta’ madum tas-siment u kull xogħol ta’
plumbing jew stallazzjoni ta’ l-elettriku; u
(b) il-frażi "xogħlijiet ta’ l-irħam" tinkludi l-qtugħ, l-inġir,
l-issettjar u t-tqegħid ta’ blokki jew ċangaturi ta’ l-
irħam biex isiru wċuħ ornamentali jew protettivi, u t-
tħejjija u l-issettjar ta’ l-oġġetti kollha ta’ l-irħam sew
jekk għal skopijiet ornamentali u sew jekk le.
Esklużjoni.
Emendat:
A.L. 21 ta’ l-1969.
4. Dan l-Ordni ma għandux jgħodd għall-impjegati mħaddmin
minn kuntratturi għal xogħlijiet ta’ l-injam.
