PROĊEDURA TAL-KUNSILLI TAL-PAGI ġ L.S.452.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.09
REGOLAMENTI DWAR IL-PROĊEDURA
TAL-KUNSILLI TAL-PAGI
13 ta’ Jannar, 1953
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 385 ta’ l-1953, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 209 u 552 ta’ l-1955; bl-Ordnanza ta’
Emerġenza VI ta’ l-1958; u bl-Ordinanzi XVII ta’ l-1961 u XXV ta’ l-1962.
Titolu.
il-Proċedura tal-Kunsilli tal-Pagi.
Kap. 452.
r-Relazzjonijiet Industrijali (hawnhekk iżjed ’il quddiem msejjaħ
"l-Att") jgħoddu għal dawn ir-Regolamenti.
Avviż ta’ laqgħa.
maħsub fl-Att għandu jitqies li jkun mogħti biżżejjed lil membru
tal-Kunsill jekk jintbagħat bil-posta fl-indirizz ordinarju tiegħu jew
fl-aħħar indirizz magħruf tiegħu, iżda n-nuqqas aċċidentali li
jingħata avviż ta’ laqgħa lil xi membru, jew li ma jasalx avviż ta’
laqgħa lil xi membru, ma jneħħix il-validità  tal-proċedimenti ta’
laqgħa.
Kif tkun kostitwita 
laqgħa tal-Kunsill.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ. VI 
ta’ l-1959;
Ord. XVII ta’ l-
1961;
Ord. XXV ta’ l-
1962.
3. (a) Sabiex tiġi kostitwita laqgħa tal-Kunsill għandu
għallinqas ikun preżenti wieħed mill-membri nominati
mill-Ministru bħala persuni indipendenti, wieħed mill-
membri nominati mill-Ministru bħala rappreżentanti
tal-prinċipali, u wieħed mill-membri nominati mill-
Ministru bħala rappreżentanti ta’ l-impjegati.
(b) Meta aktar minn persuna waħda indipendenti jkunu
ġew nominati bħala membri tal-Kunsill, il-Ministru
għandu jagħżel fosthom u jinnomina Deputy Chairman
barra miċ-Chairman nominat skond is-subartikolu (2)
ta’ l-artikolu 6 ta’ l-Att.
Membri li 
jirrappreżentaw 
lill-prinċipali.
4. Il-membri nominati bħala rappreżentanti tal-prinċipali
huma hawnhekk iżed ’il quddiem imsejħin "in-naħa tal-prinċipal",
dawk li jirrappreżentaw lill-impjegati huma hawnhekk iżed ’il
quddiem imsejħin "in-naħa tal-ħaddiema", u dawk nominati bħala
membri indipendenti huma hawnhekk iżed ’il quddiem imsejħin
"il-membri indipendenti".
Votazzjoni.
Iżda ċ-Chairman jew, meta jkun nieqes hu d-Deputy
Chairman, jekk ikun hemm wieħed, jista’ jekk ikun jidhirlu
desiderabbli, u għandu fuq it-talba sew tan-naħa tal-prinċipali
kemm tan-naħa tal-ħaddiema, jieħu vot tan-naħat bħala naħat.
F’votazzjoni bħal din il-membri indipendenti ma jivvotawx, iżda,
fil-każ li l-votazzjoni ġġib nuqqas ta’ ftehim bejn iż-żewġ naħat, il-
kwistjoni tista’ tiġi deċiża bil-maġġoranza tal-voti tal-membri
indipendenti jew, jekk ikun preżenti wieħed biss, bil-vot ta’ dak il-
membru indipendenti.
2 L.S.452.09 ħ PROĊEDURA TAL-KUNSILLI TAL-PAGI 
Poteri ta’ Kunsill 
tal-Pagi.
Kap. 12.
6. Fil-kwistjoni li tiġi inforzata l-attendenza ta’ xhieda,
Kunsill tal-Pagi jkollu l-istess poteri ta’ qorti ċivili kif hemm
stipulat fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ħlief li fl-
ebda każ ma jkun jista’ jordna l-arrest ta’ xi persuna u d-dmirijiet
ta’ purtier tal-qorti u ta’ marixxal għandhom isiru minn membri tal-
Pulizija Eżekuttiva dettaljati għal dan l-iskop mill-Kummissarju
tal-Pulizija.
Drittijiet.
Kap. 108.
7. Ix-xhieda għandhom jitħallsu drittijiet skond l-Ordinanza
dwar id-Drittijiet tax-Xhieda.
Minuti.
Miżjud:
N.G. 209 ta’ l-
1955.
8. Il-minuti tal-proċedimenti ta’ kull laqgħa tal-Kunsill
għandhom jinżammu fl-oriġinal iżda ebda kopja tal-minuti ma
għandha titqassam lill-membri. Kull meta jkun possibbli, il-minuti
tal-Kunsill għandhom jiġu konfermati fil-laqgħa ta’ wara dik li
għaliha jgħoddu l-minuti u għandhom imbagħad jiġu ffirmati miċ-
Chairman tal-laqgħa li fiha ssir il-konferma.
Taħrikiet.
Miżjud:
N.G. 552 ta’ l-
1955.
9. It-taħrikiet li jinħtieġu l-attendenza ta’ xhieda għandhom
jiġu notifikati fuq il-formula preskritta fl-Iskeda ta’ dawn ir-
Regolamenti, għandhom ikollhom ordni biex wieħed jidher
quddiem il-Kunsill tal-Pagi konċernat f’post u ħin determinati
għall-fini li tingħata xiehda jew li jkunu preżentati dokumenti, jekk
ikun meħtieġ, u għandhom ikunu ffirmati miċ-Chairman jew mis-
Segretarju tal-Kunsill tal-Pagi.
PROĊEDURA TAL-KUNSILLI TAL-PAGI ġ L.S.452.09 3
Miżjuda:
N.G. 552 ta’ l-
1955.
SKEDA
ATT DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI
Regolament 9 tar-Regolamenti dwar il-Proċedura tal-Kunsilli
tal-Pagi
TAĦRIKIET TA’ XHIEDA
Lill .............................
BILLI fl-investigazzjoni li qed jagħmel il-Kunsill tal-Pagi
...................................... , nominat mill-Ministru responsabbli
għall-Politika Soċjali bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. .................
ta’ .................. hija meħtieġa x-xhieda ta’ ..................... .
Inti għalhekk mitlub biex tinnotifika lill-istess xhud biex jidher
quddiem l-istess Kunsill tal-Pagi fl-Uffiċċju tad-Dipartiment tax-
Xogħol ........................ Il-Belt Valletta, fi ......................... u hekk
ukoll f’kull ġurnata oħra li għaliha tista’ tkun aġġornata s-seduta,
biex jixhed u jippreżenta dawn id-dokumenti:
...................................................................................................
...................................................................................................
Inti għandek twissi lill-istess ...................................... illi jista’
jeħel l-pieni li hemm maħsubin fl-artikolu 7 ta’ l-Att ta’ hawn fuq u
jista’ jkun imqiegħed jattendi b’mandat ta’ skorta u jista’ jkun
responabbli għall-konsegwenzi l-oħra kollha skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
skond id-disposizzjonijiet tan-Notifikazzjoni tal-Gvern 385 ta’ l-10
ta’ Lulju, 1953.
Mogħtija b’ordni tal-Kunsill tal-Pagi ................................
Xhud is-Segretarju ta’ l-istess Kunsill.
Illum ............... ta’ ..............19
SEGRETARJU
Kunsill tal-Pagi .............................
