KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TAL-METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM ġ S.L.452.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.11
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR TAT-
TRASPORT, TAL-METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM
1 ta’ Diċembru, 1953
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 640 ta’ l-1953, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 362 ta’ l-1952; u bl-Avviżi Legali 62 ta’ l-1964,
25 ta’ l-1969, 74 ta’ l-1976 u 64 ta’ l-1978.
Titolu.
għall-Industrji ta’ l-Armar tat-Trasport, tal-Metall u Industrji li
jagħmlu magħhom.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Emendat:
N.G. 362 ta’ l-
1954;
A.L. 62 ta’ l-1964;
A.L. 25 ta’ l-1969;
A.L. 74 ta’ l-1976;
A.L. 64 ta’ l-1978.
2. Il-Kunsill tal-Pagi għall-Industrji ta’ l-Armar tat-Trasport,
tal-Metall u Industrji konnessi magħhom għandu japplika għall-
impjegati kollha fil-fabbriki kollha fejn issir il-manifattura ta’ l-
armar tat-trasport, tal-metall u prodotti konnessi magħhom billi
jkunu fabbriki fejn isir xi ħaġa minn dan li ġej:
(a) il-manifattura ta’ prodotti tal-metall barra mill-
manifattura ta’ arloġġi kbar jew tal-but jew ta’ l-idejn,
oġġetti xjentifiċi u ottiċi, oġġetti tal-fidda u
ġojjellerija iżda tinkludi plating u lustrar ta’ prodotti
tal-metall;
(b) il-manifattura ta’ makkinarju;
(ċ) il-manifattura ta’ makkinarju elettriku;
(d) il-manifattura ta’ armar ta’ trasport inkużi t-tiswija, l-
immuntar mill-ġdid u restawrar ta’ tyres, iżda eskluża
l-manifattura kolla kemm hi jew fil-biċċa l-kbira bl-
injam ta’ dgħajjes u bodies ta’ vetturi bil-mutur;
(e) xogħlijiet ta’ l-iskart tal-metall, inkluż il-qtugħ,
għażla, kraxxjar, tiksir jew baling ta’ metalli;
(f) tiswija ta’ settijiet tat-television u radjijiet;
(g) manifattura ta’ rix tas-sajd.
Esklużjoni.
fl-istallazzjoni, erezzjoni u tqegħid ta’ armar għat-trasmissjoni u
distribuzzjoni ta’ l-enerġija elettrika, tal-gass jew ta’ l-ilma, sew
ġewwa kemm minn barra l-bini.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1964.
4. Għall-finijiet ta’ dan l-ordni, l-espressjoni -
"manifattura" għandha tinkludi tiswija; u
"fabbrika" għandha tinkludi "ħanut tax-xogħol", sew jekk dan il-
ħanut tax-xogħol jifforma parti minn stabbiliment li qiegħed biss
jew prinċipalment biex fih isiru l-attivitajiet deskritti fil-paragrafi
(a) sa (g) tal-paragrafu 2, kemm jekk le, u tfisser kull fond li fih
jew ġewwa bitħa, setaħ jew reċinti tiegħu jkun hemm impjegat jew
impjegati li jagħmlu xogħol manwali fi kwalunkwe proċess għal
2 ġ S.L.452.11
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TAL-METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM
jew inċidentali għal kwalunkwe skop mill-iskopi msemmijin hawn
taħt, jiġifieri -
(a) il-manifattura ta’ oġġett jew parti minnu;
(b) it-tibdil, it-tiswija, it-tiżjin, l-irfinar, it-tindif jew il-
ħasil, jew il-ksur jew il-ħatt ta’ oġġett; jew
(ċ) l-adattar ta’ oġġett għall-bejgħ,
meta jkun fond li fih jew ġewwa bitħa, setaħ jew reċinti li jagħmlu
miegħu jsir ix-xogħol bħala negozju jew bi skop ta’ qligħ u illi fih
min iħaddem lill-impjegat jew impjegati hemmhekk għandu d-dritt
li jidħol jew jikkontrolla.
