KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI ġ L.S.452.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.15
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-LUKANDI U KAŻINI
23 ta’ Settembru, 1955
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 529 ta’ l-1955, kif emendata bl-
Avviżi Legali 28 ta’ l-1980, u 1 u 67 ta’ l-1989.
Titolu.
għall-Lukandi u Każini.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Emendat:
A.L. 28 ta’ l-1980;
A.L. 1 ta’ l-1989.
Sostitwit:
A.L. 67 ta’ l-1989.
2. Il-Kunsill tal-Pagi għall-Lukandi u Każini jopera għall-
impjegati li jaħdmu f’lukandi, guest houses, kumplessi għall-btala
jew villaġġi turistiċi, appartamenti għall-btala li jkollhom liċenza,
każini, ħwienet tal-kafè , bars, ristoranti.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 28 ta’ l-1980.
3. (a) L-espressjoni "lukanda" tinkludi kull tverna, boarding
house, lodging house, u tinkludi ukoll kull bar,
ristorant jew ħanut li jitmexxa direttament mid-
direzzjoni tal-lukanda bħala parti mill-amenitajiet ta’
dik il-lukanda.
(b) Il-kelma "każin" tgħodd għall-każini ta’ kull għamla li
tkun, inklużi każini soċjali, każini ta’ sports u każini
tal-banda, u tinkludi kull bar, ristorant jew ħanut sew
jekk immexxi direttament mid-direzzjoni tal-każin
bħala parti mill-amenitajiet tal-każin, kemm jekk
mogħti b’kuntratt għall-iskop li jiżdiedu dawk l-
amenitajiet.
Kap. 409.
(ċ) Il-frazijiet "guest houses", "kumplessi għall-btala jew
villaġġi turistiċi", u "appartamenti għall-vaganzi li
jkollhom liċenza" għandhom l-istess tifsir kif mogħti
lilhom bl-Att dwar is-Servizzi ta’ l-Ivvjaġġar u tat-
Turiżmu għal Malta.
Data tal-
pubblikazzjoni ta’ 
l-avviż dwar il-
ħsieb ta’ l-egħmil 
ta’ l-ordni.
4. Avviż dwar il-ħsieb li jsir dan l-Ordni kien ippubblikat fil-
Gazzetta tat-22 ta’ Ġunju, 1954.
