TRADE UNIONS ġ L.S.452.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.16
REGOLAMENTI DWAR IT-TRADE UNIONS
20 ta’ Ġunju, 1956
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 368 ta’ l-1956.
Titolu.
Trade Unions.
Tifsir.
Kap. 452.
2. F’dawn ir-regolamenti "l-Att" tfisser l-Att dwar l-Impiegi u
r-Relazzjonijiet Industrijali, u dak li hu mfisser fl-artikolu 2 ta’ l-
Att jgħodd għal dawn ir-regolamenti.
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni.
3. Kull applikazzjoni li ssir biex tiġi reġistrata trade union
għandha tkun fuq il-Formula Nru. 1 fl-Iskeda u għandu jkun fiha d-
dettalji li hemm f’dik l-Iskeda.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
4. Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ trade union għandu jkun
fuq il-Formula Nru. 2 fl-Iskeda.
Talba għal tħassir 
ta’ ċertifikat.
5. Kull talba li ssir minn trade union biex jitħassar iċ-
ċertifikat tagħha tar-reġistrazzjoni għandha tinbagħat lir-
Reġistratur fuq il-Formula Nru. 3 fl-Iskeda.
Tagħrifa ta’ l-
intenzjoni tat-
taħsir.
6. It-tagħrifa ta’ l-intenzjoni tat-taħsir ta’ ċertifikat tar-
reġistrazzjoni għandha tkun fuq il-Formula  Nru. 4 ta’ l-Iskeda.
Taħsir ta’ ċertifikat 
tar-reġistrazzjoni.
7. It-taħsir ta’ ċertifikat tar-reġistrazzjoni għandu jkun fuq il-
Formula Nru. 5 ta’ l-Iskeda.
Tibdil fir-regoli ta’ 
trade union 
reġistrata.
8. Tibdil fir-regoli ta’ trade union reġistrata jista’ jkun jew -
(a) tibdil parzjali li jikkonsisti fiż-żieda ta’ regola ġdida
jew parti ta’ regola jew regoli għar-regoli li jkun
hemm, jew fit-tibdil ta’ regola ġdida jew parti ta’
regola jew regoli għal xi wħud mir-regoli li jkun
hemm, u, jew fit-tneħħija ta’ xi wħud mir-regoli li jkun
hemm jew xi parti minnhom mingħajr xi tibdil, jew ta’
aktar minn waħda jew ta’ kollha minn dawn il-manieri;
jew
(b) tibdil sħiħ li jikkonsisti filli jitbiddel sett sħiħ ta’
regoli mas-sett ta’ regoli li jkun hemm.
Tibdil parzjali tar-
regoli.
9. Applikazzjoni biex jiġi reġistrat tibdil parzjali tar-regoli
għandha tkun magħmula minn seba’ membri tat-trade union u
għandha tkun fuq il-Formola Nru. 6 fl-Iskeda u magħha għandu
jkun hemm kopia stampata tar-regoli li jeżistu immarkata biex turi
fejn u b’liema mod huma mibdula kif ukoll id-dokumenti li ġejjin:
(a) jekk it-tibdil parzjali jkun jikkonsisti fiż-żieda jew
tibdil ta’ regola ġdida jew parti ta’ regola jew regoli,
żewġ kopji ta’ din ir-regola jew parti ta’ regola jew
regoli kull kopja għandha tkun immarkata "B" u
ffirmata minn kull wieħed mill-applikanti;
(b) jekk it-tibdil parzjali jkun jikkonsisti fit-tneħħija ta’ xi
regoli mingħajr tibdil, żewġ kopji tar-riżoluzzjoni
dwar din it-tneħħija, kull kopja għandha tkun
2 L.S.452.16 ħ TRADE UNIONS
immarkata "B" u ffirmata minn kull wieħed mill-
applikanti.
Ir-Reġistratur, qabel ma jirreġistra t-tibdil tar-regoli,
jiżgura illi r-regoli ta’ trade union, jekk jitbiddlu skond it-tibdil
parzjali propost, jaħsbu għall-materji kollha li jitlob l-Att, li
għandu jkun hemm provdut għalihom fir-regoli ta’ trade union
reġistrata.
Ċertifikat tar-
reġistrazzjoni ta’ 
tibdil parzjali.
10. Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ tibdil parzjali għandu
jkun fuq il-Formula Nru. 7 fl-Iskeda u għandu jinbagħat lis-
Segretarju tat-trade union mehmuż ma’ waħda mill-kopji tar-regola
ġdida jew regoli ġodda jew, meta t-tibdil ikun jikkonsisti fit-
tneħħija biss ta’ xi regoli mehmuż ma’ kopja tar-regoli li kien
hemm qabel.
Kif issir l-
applikazzjoni.
11. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ tibdil sħiħ tar-regoli
għandha ssir minn seba’ membri tat-trade union u għandha tkun
fuq il-Formula Nru. 8 fl-Iskeda u magħha għandu jkun hemm kopja
stampata tar-regoli li jeżistu mmarkata biex turi fejn u b’liema mod
huma mibdula kif ukoll żewġ kopji stampati tar-regoli l-ġodda, kull
kopja għandha tkun immarkata "Ċ" u ffirmata minn kull wieħed
mill-applikanti; u r-Reġistratur, qabel ma jirreġistra s-sett ġdid ta’
regoli, jiżgura li jaħseb għall-materji kollha, li skond l-Att għandu
jkun hemm ħrovdut għalihom fir-regoli ta’ trade union reġistrata.
Tibdil sħiħ tar-
regoli.
12. Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ tibdil sħiħ tar-regoli
għandu jkun fuq il-Formula Nru. 9 fl-Iskeda u għandu jinbagħat lis-
Segretarju mehmuż ma’ waħda mill-kopji tas-sett il-ġdid tar-regoli.
Approvazzjoni u 
tagħrifa dwar il-
bdil ta’ l-isem.
13. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni u t-tagħrifa dwar il-
bdil ta’ l-isem ta’ trade union għandhom isiru minn seba’ membri
fuq il-Formula Nru. 10 fl-Iskeda u għandhom jinbagħtu duplikati
lir-Reġistratur u magħhom għandhom jinbagħtu żewġ kopji tar-
riżoluzzjoni favur din il-bidla. Ir-Reġistratur qabel ma japprova il-
bdil ta’ l-isem jiżgura li l-isem il-ġdid m’huwiex identiku ma’ dak
li bih trade union oħra tkun tkun registrata jew tant jixbħu li
jista’jqarraq jew jisgwida lill-pubbliku jew lill-membri tat-trade
union; u jekk il-bdil ta’ l-isem jiġi approvat, il-kelma "approvat"
għandha tinkiteb fl-aħħar ta’ kull kopja ta’ l-applikazzjoni u
ffirmata mir-Reġistratur, u l-isem il-ġdid jiġi reġistrat, meta
mbagħad kopja waħda tinbagħat lura lis-Segretarju tat-trade union
ikkonċernata.
Xoljiment ta’ trade 
union.
14. Meta tinħall it-trade union reġistrata, it-tagħrifa ta’ dan ix-
xoljiment għandha tingħata mis-Segretarju u mit-Teżorier lir-
Reġistratur duplikata fuq il-Formula Nru. 11 fl-Iskeda, u r-
Reġistratur għandu, jekk ikun soddisfatt li x-xoljiment ikun sar
skond ir-regoli tat-trade union, jirreġistra x-xoljiment u jibgħat
lura kopja waħda lis-Segretarju tat-trade union, bil-kliem
"reġistrata’’ u ffirmata minnu.
Rapport. 15. Ir-rapport ta’ l-irċevuti, il-fondi u l-infiq tat-trade union li
huwa meħtieġ skond l-Att għandu jkun fih imniżżla kif għandu
jkun, id-dettalji kollha, tad-dħul n l-infiq ta’ flus u għandu jkun
rivedut u approvat f’laqgħa ġenerali tat-trade union  ikkonċernata. 
Spezzjon. 16. Is-Segretarju ta’ kull trade union reġistrata għandu jagħti
lir-Reġistratur il-faċilitajiet kollha raġonevoli għall-ispezzjon
TRADE UNIONS ġ L.S.452.16 3
minnu jew minn persuna nominata minnu għall-finijiet tar-records
li juru l-isem, l-indirizz, l-età , (jekk taħt is-sittax-il sena), u s-
sengħa jew ix-xogħol ta’ kull membru tat-trade union u d-data sa
meta tħallsu s-sottoskrizzjonijiet minn kull membru.
Kontijiet.
għandhom juru bid-dettalji fi ktieb dwar il-proprjetà  l-ħwejjeġ
kollha tat-trade union u l-valur ta’ kull wieħed minnhom, u
għandhom juru wkoll id-dettalji kollha li soltu jidhru fi ktieb tal-
kaxxa, f’irċevuti għall-flus kollha li jkunu daħlu jew miġbura mit-
trade union jew f’isimha jew f’irċevuti ffajljali u nnumerati għall-
flus kollha mħallsa mit-trade union jew f’isimha.
SKEDA
FORMULA Nru. 1
(Regolament 3)
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI
TA’ TRADE UNION
Lir-Reġistratur tat-Trade Unions
Il-Belt,Valletta.
1. Din l-applikazzjoni hija magħmula mis-seba’ persuni jew
aktar li isimhom huwa mniżżel fil-qiegħ ta’ din il-formula.
2. L-isem li bih huwa propost illi t-trade union, li għaliha din
l-applikazzjoni qed issir, għandha tiġi reġistrata huwa ....................
kif imniżżel fir-regola nru. .......... .
Safejn nafu aħna ma hemm l-ebda trade union oħra bħaliss
li isimha huwa identiku ma’ l-isem propost jew tant jixbaħ l-istess
isem li għandu mnejn iġib tfixkil.
3. L-indirizz li fih il-komunikazzjonijiet u l-avviżi kollha
għandhom jintbagħtu huwa ............................................................
.......................................................................................................
4. It-trade union twaqqfet fl- .............. jum ta’ ......................
5. L-iskopijiet kollha li għalihom twaqqfet it-trade union
huma mniżżla fir-regola nru. ............. .
6. Ir-regoli tat-trade union jaħsbu għal dak kollu li jitlob l-
Att.
7. In-numru kollu ta’ membri tat-trade union huwa ........... li
minnhom ..................... huma taħt l-età  ta’ sittax-il sena.
8. L-isem sħiħ, l-età  u l-indirizz ta’ l-applikanti huma
mogħtijin hawn taħt.
9. It-titolu, l-isem, l-età  u l-indirizz ta’ kull uffiċjal tat-trade
union huma mogħtijin hawn taħt.
10. Mehmużin ma’ din l-applikazzjoni jinsabu:
4 L.S.452.16 ħ TRADE UNIONS
(a) żewġ kopji stampati, kull waħda mmarkata "A", tar-
regoli ffirmati minn seba’ applikanti;
(b) żewġ listi tal-membri li juru l-isem, l-età  (jekk taħt is-
sittax-il sena) u l-indirizz ta’ kull membru, u magħhom
il-formuli ffirmati għad-dħul tal-membri. 
11. Aħna awtorizzati kif għandu jkun mill-membri kollha tat-
trade union biex nagħmlu din l-applikazzjoni f’isimhom, din l-
awtorizzazzjoni tikkonsisti fi:
(Għid jekk hux b’riżoluzzjoni mgħoddija f’laqgħa ġenerali
jew b’xi mod ieħor)
Firem:
1. ..........................................................................................
2. ..........................................................................................
3. ..........................................................................................
4. ..........................................................................................
5. ..........................................................................................
6. ..........................................................................................
7. ..........................................................................................
Data .......................................
ISEM SĦIĦ TA’ L-APPLIKANTI ETÀ INDIRIZZ
ISEM SĦIĦ TA’ L-UFFIĊJALI ETÀ INDIRIZZ
TRADE UNIONS ġ L.S.452.16 5
FORMULA Nru. 2
(Regolament 4)
ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI
Nru. ..............
Jiena b’dan niċċertifika illi ................................. hija illum
reġistrata taħt l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Mogħtija minn idejja fil-Belt Valletta,
illum ....................... ta’ ......................
Reġistratur tat-Trade Unions
FORMULA Nru. 3
(Regolament 5)
 TALBA BIEX JITĦASSAR ĊERTIFIKAT
TAR-REĠISTRAZZJONI
Il- .....................................
(isem it-trade union)
Lir-Reġistratur tat-Trade Unions, il-Belt Valletta.
1. It-trade union hawn fuq imsemmija tixtieq li ċ-ċertifikat
tar-reġistrazzjoni tagħha taħt l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali jitħassar għar-raġunijiet li ġejjin,
jiġifieri: 
...................................................................................................
...................................................................................................
...................................................................................................
u f’laqgħa ġenerali* miżmuma kif għandu jkun fil-.................
jum ta’ ................................. ttieħdet riżoluzzjoni kif ġej:
"Illi s-Segretarju jiġi awtorizzat li jitlob lir-Reġistratur li
jħassar iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ din it-trade union".
2. Għalhekk qed issir din it-talba lis-Segretarju.
3. B’din qed jintbagħat iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-
trade union.
Data ...............................
............................
Segretarju
* (Jekk mhux f’laqgħa ġenerali, għid b’liema mod ġiet deċiża t-
talba).
6 L.S.452.16 ħ TRADE UNIONS
FORMULA Nru. 4
(Regolament 6)
TAGĦRIFA QABEL IT-TĦASSIR TA’ ĊERTIFIKAT
TAR-REĠISTRAZZJONI
...................................
(isem it-trade union)
Reġistru Nru. ...........
B’dan qed jingħata avviż lit-trade union imsemmija hawn fuq li
hija l-feħma tar-Reġistratur tat-Trade Unions li jieħu passi fil-
.............. jum ta’ ................ biex iħassar ir-reġistrazzjoni tat-trade
union, kemm-il darba sadattant ma tintwerix raġuni għall-kuntrarju.
Ir-raġunijiet għal dan it-tħassir propost huma ..........................
 (agħti r-raġunijiet)
Data .............................
Reġistratur tat-Trade Unions.
FORMULA Nru. 5
(Regolament 7)
TĦASSIR TA’ ĊERTIFIKAT TAR-REĠISTRAZZJONI
...................................
(isem it-trade union)
Reġistru Nru. ...........
Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-trade union imsemmija hawn
fuq huwa b’din imħassar għar-raġunijiet ta’ .........................
Data .........................
Reġistratur tat-Trade Unions
FORMULA Nru. 6
(Regolament 9)
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ TIBDIL 
PARZJALI TAR-REGOLI
Registru Nru. ...................
Il- ..............................
(isem it-trade union)
Lir-Reġistratur tat-Trade Unions, il-Belt Valletta.
TRADE UNIONS ġ L.S.452.16 7
Din l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ tibdil parzjali tar-
regoli tat-trade union imsemmijin hawn fuq hija magħmula mis-
seba’ membri li isimhom huwa imniżżel hawn taħt.
Ma’ l-applikazzjoni qed jintbagħtu:
(a) kopja stampata tar-regoli reġistrati mmarkata biex turi
fen u b’liema mod huma mibdula;
(b) żewġ kopji stampati jew ittajpjati tat-tibdil, kull waħda
mmarkata "B" u ffirmata minn kull wieħed mill-
applikanti.
Aħna, seba’ membri tat-trade union imsemmija hawn fuq, b’dan
niddikjaraw illi, meta għamilna t-tibdil msemmi hawn fuq fir-
regoli, ir-regoli tal-union imsemmija ġew imwettqin.
Aħna ġejn awtorizzati kif għandu jkun mit-trade union biex
nagħmlu din l-applikazzjoni f’isimha, din l-awtorizzazzjoni
tikkonsisti f’riżoluzzjoni mgħoddija f’laqgħa ġenerali magħmula
fil-* ............. jum ta’ ..................... .
* jekk ma hemmx riżoluzzjoni bħal din semmi b’liema mod
ingħatat din l-awtorizzazzjoni.
Firma tal-membri:
1. .................................
2. .................................
3. .................................
4. .................................
5. .................................
6. .................................
7. .................................
Data ..............................
FORMULA Nru. 7
(Regolament 10)
ĊERTIFIKAT TAR-REĠISTRAZZJONI TA’ TIBDIL PARZJALI 
TAR-REGOLI
Registru Nru ........
.................................
(isem it-Trade Union)
B’dan niċċertifika illi t-tibdil parzjali tar-regoli tat-trade union
fuq imsemmija mfissra fl-applikazzjoni tagħha tal- .........................
ġie reġistrat.
Illum ................... jum ta’ ............................ .
Reġistratur tat-Trade Unions
8 L.S.452.16 ħ TRADE UNIONS
FORMULA Nru. 8
(Regolament 11)
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAT-TIBDIL 
KOLLU TAR-REGOLI
Registru Nru ............
Il- .............................
(isem it-Trade Union)
Lir-Reġistratur tat-Trade Unions, il-Belt Valletta
1. Din l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ tibdil sħiħ tar-
regoli reġistrati ta’ ........................... hija magħmula minn seba’
membri li isimhom huwa mniżżel hawn taħt.
2. It-tibdil kollu preżentat għar-reġistrazzjoni jikkonsisti fit-
tibdil tas-sett tar-regoli, li żewġ kopji tagħhom stampati (kull kopja
mmarkata "Ċ" u ffirmata mill-applikanti) qed jintbagħtu ma’ din l-
applikazzjoni, għas-sett ta’ regoli diġà  reġistrati.
3. Aħna, seba’ membri tat-trade union imsemmija hawn fuq,
b’dan niddikjaraw illi meta għamilna t-tibdil għar-regoli
msemmijin hawn fuq, imxejn skond ir-regoli tat-trade union
imsemmija.
4. Aħna ġejn awtorizzati kif għandu jkun mit-trade union
biex nagħmlu din l-applikazzjoni f’isimha, din l-awtorizzazzjoni
tikkonsisti f’riżoluzzjoni mgħoddija f’laqgħa ġenerali li saret fil-*
.................. jum ta’ .................. .
* jekk ma kienx hemm riżoluzzjoni bħal din għid b’liema mod
ingħatat din l-awtorizzazzjoni.
Firma tal-membri:
1. .................................
2. .................................
3. .................................
4. .................................
5. .................................
6. .................................
7. .................................
Data ..............................
TRADE UNIONS ġ L.S.452.16 9
FORMULA Nru. 9 
(Regolament 12)
ĊERTIFIKAT TAR-REĠISTRAZZJONI TAT-TIBDIL KOLLU 
TAR-REGOLI
Registru Nru ............
Il- .............................
(isem it-Trade Union)
B’dan niċċertifika illi s-sett tar-regoli, li kopja tagħhom tinsab
hawnhekk, ġie reġistrat minflok is-sett ta’ regoli reġistrati diġà
għall-
....................................
(isem it-Trade Union)
Illum ....................... jum ta’ ..................... .
Reġistratur tat-Trade Unions
FORMULA Nru. 10
(Regolament 13)
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI U TAGĦRIFA 
TAL-BDIL TA’ L-ISEM
Isem diġà  reġistrat ..........................
Registru Nru...........
Lir-Reġistratur tat-Trade Unions, il-Belt Valletta.
Applikazzjoni għġall-approvazzjoni ta’ bdil ta’ isem it-trade
union imsemmija hawn fuq b’dan qed issir minn seba’ membri li
isimhom huwa mniżżel hawn taħt.
Hawnhekk tinsab kopja ta’ riżoluzzjoni mgħoddija fil-laqgħa
ġenerali tat-trade union li saret fil-.......... jum ta’ ................ .
B’dan qed tingħata tagħrifa tal-bdil imsemmi lir-Reġistratur tat-
Trade Unions għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ dan it-tibdil.
Firma tal-membri:
1. .................................
2. .................................
3. .................................
4. .................................
5. .................................
6. .................................
10 L.S.452.16 ħ TRADE UNIONS
7. .................................
Data ..............................
FORMULA Nru. 11
(Regolament 14)
TAGĦRIFA TAX-XOLJIMENT
Reġistru Nru. ...............
.................................... 
(isem it-Trade Union)
Lir-Reġistratur tat-Trade Unions, il-Belt Valletta.
B’dan qed jingħata avviż illi t-trade union imsemmija hawn fuq
ġiet xolta fil-................ jum ta’ ..................... skond ir-regola
......... tar-regoli tat-trade union, u illi l-proprjetà  tat-trade union
imsemmija, li tikkonsisti minn ................................. ġiet
konsenjata lil .............................. skond ir-regola ............. tar-
regoli tat-trade union u l-irċevuta relativa tinsab hawnhekk.
..........................
Segretarju
...........................
Teżorier
