 KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI TAX-XORB ġ L.S.452.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.17
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
DWAR L-INDUSTRIJI TAX-XORB
18 ta’ Novembru, 1957
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 702 ta’ l-1957.
Titolu.
dwar l-Industriji tax-Xorb.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
2. Il-Kunsill tal-Pagi dwar l-Industrji tax-Xorb għandu
japplika għall-impjegati kollha f’kull impriża, jew f’kull parti ta’
impriża, li tikkonsisti kollha kemm hija, jew prinċipalment fl-
ibbottiljar jew fil-produzzjoni ta’ spirti distillati, imbejjed, likuri
tax-xgħir, soft-drinks u xorb bil-karbonat, u f’kull attività  oħra li
għandha x’taqsam ma kull attività  msemmija hawn fuq ta’ l-
impriża inklużi, mingħajr preġudizzju għall-generalità  ta’ dak li
hemm hawn fuq:
(a) l-iddistillar ta’ alkoliku ethyl għall-iskopijiet kollha, l-
iddistillar, it-tisfija u t-taħlit ta’ likuri alkoliċi;
(b) il-produzzjoni ta’ inbejjed, cider, perry jew xorb ieħor
fermentat;
(ċ) il-produzzjoni ta’ xgħir jew likuri tax-xgħir bħalma
huma birra bajda, birra porter u birra sewda;
(d) il-fabbrikazzjoni ta’ xorb mhux alkoliku, bħalma huma
soft-drinks u ilma minerali bil-karbonat.
Data tal-
pubblikazzjoni ta’ 
l-avviż dwar il-
ħsieb ta’ l-egħmil 
ta’ l-ordni.
3. L-Avviż li jinnotifika li ser isir dan l-Ordni ġie pubblikat
fil-Gazzetta tal-31 ta’ Mejju, 1957.
