PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL INDUSTRJALI ġ L.S.452.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.18
REGOLI DWAR IL-PROĊEDURA 
TAT-TRIBUNAL INDUSTRJALI
5 ta’ Diċembru, 1957
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 750 ta’ l-1957, kif emendat bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 326 ta’ l-1958; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI
ta’ l-1958; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; u bl-Avviż Legali 55 ta’ l-1984.
Titolu.
Sostitwit:
A.L. 55 ta’ l-1984.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regoli hu Regoli dwar il-Proċedura tat-
Tribunal Industrjali.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1984.
Kap. 266.
2. F’dawn ir-regoli, kemm il-darba ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"l-Att" tfisser l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijal;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tat-Tribunal Industrjali nominat
skond l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn żmien għal żmien ikun
inkarigat mid-Dipartiment tax-Xogħol;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tat-Tribunal Industrjali nominat
skond l-Att;
"Tribunal" tfisser it-Tribunal Industrjali nominat skond l-Att.
Riferenzi 
għandhom ikunu 
indirizzati liċ-
Chairman.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
A.L. 55 ta’ l-1984.
3. Ir-riferenzi kollha magħmulin mill-Ministru lit-Tribunal
Industrjali għandhom ikunu indirizzati liċ-Chairman permezz tas-
Segretarju fuq waħda mill-formuli li hawn fl-Iskeda.
Is-Segretarju 
jinforma liċ-
Chairman.
4. Meta jirċievi riferenza s-Segretarju għandu jgħarraf liċ-
Chairman li jiffissa data għas-smigħ tar-riferenza jew għall-
konsiderazzjoni tagħha kif jista’ jagħti l-każ.
Il-partijiet 
imdaħħlin fil-
kwistjoni 
għandhom jiġu 
infurmati.
5. Is-Segretarju għandu jgħarraf lill-partijiet imdaħħlin fil-
kwistjoni taħt ir-riferenza bid-data tas-smigħ, u jitlobhom jibgħatu
ħames kopji veri tad-dikjarazzjoni tal-każ magħluqin sewwa biex
jaslu lis-Segretarju sebat ijiem qabel il-ġurnata ffissata għas-smigħ.
Is-Segretarju meta jirċievi dawn jagħti kopja tad-dikjarazzjoni ta’
kull naħa liċ-Chairman u jordna li kopja tad-dikjarazzjoni ta’ kull
naħa tingħata lill-oħra fl-aħħar indirizz magħruf tagħha. Kopji tad-
dikjarazzjonijiet għandhom jingħataw ukoll lil kull wieħed mill-
membri tat-Tribunal fl-istess ħin jew malli dawn jiġu nominati.
Rappreżentanza 
quddiem it-
Tribunal.
6. Is-Segretarju għandu, fl-istess ħin li jgħarraf il-partijiet
bid-data tas-smigħ, jitlobhom jinfurmaw lit-Tribunal bil-persuni li
għandhom jirrappreżentawhom quddiem it-Tribunal.
Għażla tal-persuni 
li jiffurmaw parti 
mit-Tribunal.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1984.
7. Is-Segretarju għandu jinforma lill-persuni magħżulin biex
jiffurmaw parti mit-Tribunal skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
bil-għażla tagħhom u d-data tas-smigħ. L-ismijiet tal-persuni hekk
2 L.S.452.18 ħ PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL INDUSTRJALI
magħżulin għandhom ukoll jiġu komunikati mis-segretarju lill-
partijiet.
Lista’ ta’ xhieda.
Sostitwit:
A.L. 55 ta’ l-1984.
8. (1) Id-dikjarazzjoni tal-każ għandu jkollha lista tax-xhieda
kollha li l-parti jkollha l-ħsieb li tipproduċi b’sustenn għall-każ
tagħha. Minbarra l-isem u l-indirizz ta’ kull xhud din il-lista
għandu jkollha idikazzjoni tal-provi li tkun bi ħsiebha tagħmel bil-
produzzjoni ta’ kull xhud.
(2) Ebda persuna li isimha ma jkunx imniżżel fil-lista tax-
xhieda ma tista’ tiġi prodotta biex tixhed, kemm-il darba t-Tribunal
ma jkunx sodisfatt li l-ommissjoni ta’ l-isem ta’ dak ix-xhud tkun
ġustifikata bil-fatt li l-parti li jkollha l-ħsieb li tipproduċi dak ix-
xhud ma kenitx taf b’dik il-prova fid-data tas-sottomissjoni tad-
dikjarazzjoni tal-każ, jew li l-ħtieġa li tipproduċi dik il-prova
qamet wara s-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-każ jew għal xi
raġuni oħra li tkun gġas-sodisfazzjon tat-Tribunal.
Proċeduri.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1984.
9. Il-parti li tagħmel il-claim jew li tfittex li tibdel li status
quo għandha tiftaħ il-każ. Meta jispiċċa l-ftuħ tad-dikjarazzjoni, il-
parti għandha tgħajjat lix-xhieda. In-naħa opposta mbagħad
għandha tiftaħ il-każ tagħha, fejn tikkomenta jekk ikun meħtieġ,
fuq il-każ magħmul mill-parti l-oħra, u wara għandha titlob ix-
xhieda tagħha. Jekk imbagħad ikun hemm bżonn xhieda oħra jew
tkun trid issir dikjarazzjoni oħra, it-Tribunal għandu, fid-
diskrezzjoni tiegħu, iħalli li jsiru dawn il-proċedimenti. Il-parti li
tiftaħ il-każ għandu jkollha d-dritt li twieġeb, iżda jekk jiġu
mqajma punti oħra, it-Tribunal ikun jista’ jagħżel liema parti
għandha tibda, kif ukoll il-proċedura ġeneralment.
Kwistjoni ta’ 
natura ta’ mingħajr 
claim.
10. Fejn il-kwistjoni tkun ta’ natura li ebda parti ma tista’
tingħad li tkun qiegħdha tagħmel il-claim jew qiegħdha tfittex li
tbiddel li status quo imma tkun waħda illi ż-żewġ partijiet ikunu
qed iqajmu għal ftehim, it-Tribunal għandu jiddeċiedi liema parti
għandha tibda, kif ukoll il-proċedura ġenerali.
Taħrikiet.
Sostitwit:
N.G. 326 ta’ l-
1958.
11. Taħrikiet li jitolbu l-attendenza tax-xhieda għandom
jintbagħtu fuq il-Formula Ċ fl-Iskeda u għandhom ikunu ffirmati
miċ-Chairman tat-Tribunal.
Deċiżjonijiet u 
sentenzi.
12. Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tat-Tribunal għandhom ikunu
bil-miktub u ma għandhomx jispeċifikaw bid-dettalji r-raġunijiet
għal din id-deċiżjoni jew sentenza imma jistgħu jagħmlu riferenza
għax-xhieda prinċipali li tistema’. It-Tribunal, madankollu, għandu
jagħmilha ħaġa ċara bid-deċiżjoni jew is-sentenza tiegħu illi l-
argumenti kollha li għandhom x’jaqsmu u li jitressqu miż-żewġ
partijiet għandhon jittieħdu f’konsiderazzjoni.
PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL INDUSTRJALI ġ L.S.452.18 3
SKEDA
Emendata:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
A.L. 55 ta’ l-1984.
FORMULA A
FTEHIM VOLONTARJU TA’ KWISTJONI TAX-XOGĦOL
skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrjali
Ministeru ta’ ....................
Iċ-Chairman,
Tribunal Industrjali.
Kwistjoni tax-xogħol bejn ........................ u ...............................
Naħat fil-Kwistjoni:
Impjegati:
Prinċipali:
Termini biex jiġu diskussi:
Il-partijiet fil-kwistjoni tax-xogħol ta’ hawn fuq applikaw
lili biex nirreferi l-kwistjoni lit-Tribunal Industrjali biex jieħu
deċiżjoni hu skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
Industrjali.
Inti għalhekk mitlub b’dan biex tieħu l-passi f’dan is-sens.
MINISTRU
Amended by:
Em. Ord. VI of 
1958;
Ord. XXV of 1962;
A.L. 55 ta’ l-1984.
FORMULA B
FTEHIM OBBLIGATORJU TA’ KWISTJONI TAX-XOGĦOL
skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrjali
Ministeru ta’ ....................
Iċ-Chairman,
Tribunal Industrjali.
Kwistjoni tax-xogħol bejn ........................ u ...............................
Naħat fil-Kwistjoni:
Impjegati:
Prinċipali:
Termini biex jiġu diskussi kif imressqin minn .............................
Passi meħudin skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
4 L.S.452.18 ħ PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL INDUSTRJALI
Industrjali ma rriżultawx fi ftehim volontarju tal-kwistjoni tax-
xogħol.
............................... innotifikani f’dan is-sens u talabni nirreferi
l-kwistjoni lit-Tribunal Industrjali għall-ftehim.
Inti għalhekk mitlub timxi skond it-termini tat-Taqsima III ta’ l-
Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrjali.
MINISTRU
Amended by:
G.N. 326 of 1958;
A.L. 55 ta’ l-1984.
FORMULA Ċ
Taħrikiet tax-xhieda
TRIBUNAL INDUSTRJALI
ATT DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRJALI
Kwistjoni tax-xogħol bejn ........................ u ...............................
Lil ....................................
Billi fil-kwistjoni tax-xogħol ta’ hawn fuq ix-xhieda ta’
..................... hija meħtieġa.
Inti għalhekk mitlub biex tħarrek ix-xhud imsemmi biex jattendi
quddiem dan it-Tribunal fil-Qrati Superjuri, il-Belt Valletta fil-
................... u hekk f’kull ġurnata oħra li għaliha s-smigħ jiġi
trasferit, biex tixhed u tipproduċi d-dokumenti li ġejjin .................. 
.......................................................................................................
Inti għandek twissi lill-imsemmi ........................... illi huwa/hija
għandu jkun soġġett għall-pieni kontemplati fl-Att u b’mod
partikolari huwa jista’ jiġi mġiegħel jattendi b,mandat ta’ skorta u
jkun suġġett għall-konsegwenzi l-oħra kollha skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
soġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att imsemmi.
Mogħti b’ordni tat-Tribunal Industrjali.
