KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ L-IPPRISERVAR ġ L.S.452.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.20
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJA TA’ L-IPPRISERVAR
20 ta’ Diċembru, 1963
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1963, kif emendat bl-Avviż Legali 85 ta’ l-
1968.
Titolu.
għall-Industrja ta’ l-Ippriservar.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Sostitwit:
A.L. 85 ta’ l-1968.
2. Għandu jkun hemm Kunsill tal-Pagi għall-Industrija ta’ l-
Ippreservar li għandu japplika għall-impjegati kollha f’kull impriża
jew f’kull parti ta’ impriża, li l-attivitajiet tagħha jikkonsistu kollha
jew prinċipalment f’xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) ħżin fil-landa u preservar, magħdud ippakkjar
f’reċipjenti li minnhom ma tgħaddix arja, ta’ frott,
ħaxix, u meraq ta’ frott u ta’ haxix; tnixxif mill-ilma u
friżjar ta’ malajr ta’ frott u ħaxix; u kull proċess
inċidentali għal dan;
(b) manifattura ta’ priservi, jams, jellies, pickles, zlazi,
jew sopop fil-landa, magħdud il-ħżin fil-landa u l-
ippreservar ta’ laħam, prodotti tal-laħam u kull forma
oħra ta’ proċessar ta’ laħam; u l-manifattura ta’ silġ;
(ċ) ħżin fil-landa u preservar ta’ ħut u ikel ieħor tal-baħar,
magħdud tmelliħ, tnixxif, tfawwir, tqaddid, tqegħid
fis-salmura, tnixxif mill-ilma, ippakkjar f’reċipjenti li
minnhom ma tgħaddix arja, friżjar ta’ malajr, u kull
forma oħra ta’ proċessar;
(d) ħżin fil-kiesaħ ta’ frott, ħaxix, laħam, ħut u ikel ieħor.
Data tal-
pubblikazzjoni ta’ 
l-avviż dwar il-
ħsieb ta’ l-egħmil 
ta’ l-ordni.
3. L-Avviż dwar il-ħsieb li jsir dan l-Ordni ġie pubblikat fil-
Gazzetta tat-22 ta’ Novembru, 1963.
