KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI 
TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U ŻRABEN ġ L.S.452.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.23
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
DWAR L-INDUSTRIJI TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA
U ŻRABEN
17 ta’ Settembru, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 45 ta’ l-1965, kif emendat bl-Avviż Legali 27 ta’ l-
1967.
Titolu.
dwar l-Industriji ta’ Oġġetti tal-Ġilda u Żraben.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Emendat:
A.L. 27 ta’ l-1967.
2. Għandu jkun hemm Kunsill tal-Pagi dwar l-Industriji ta’
Oġġetti tal-Ġilda u Żraben li għandu japplika għall-impjegati
kollha f’kull impriża jew f’kull parti ta’ impriża, li l-attivitajiet
tagħha jikkonsistu kollha jew prinċipalment minn dawn li ġejjin:
(a) il-fabbrikazzjoni u l-ipproċessar tal-ġilda, oġġetti tal-
ġilda, inklużi l-fabbrikazzjoni ta’ handbags u ngwanti;
u
(b) il-fabbrikazzjoni ta’ stvali, żraben, sandlijiet u xidd
ieħor tar-rigel, kif ukoll bagalji, brief-cases, basktijiet
ta’ l-idejn, basktijiet tax-xiri u basktijiet oħra ta’
natura simili.
Data tal-
pubblikazzjoni ta’ 
l-avviż dwar il-
ħsieb ta’ l-egħmil 
ta’ l-ordni.
3. L-Avviż dwar il-ħsieb li jsir dan l-Ordni ġie pubblikat fil-
Gazzetta tal-25 ta’ Mejju, 1965.
