KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-UFFIĊĊJI TA’ PROFESSJONIJIET ġ L.S.452.29 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.29
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-UFFIĊĊJI TA’ PROFESSJONIJIET
21 ta’ Novembru, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 76 ta’ l-1967, kif emendat bl-Avviżi Legali 31 ta’ l-
1969 u 7 ta’ l-1970.
Titolu.
għall-Uffiċċji ta’ Professjonijiet.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Emendat:
A.L. 31 ta’ l-1969;
A.L. 7 ta’ l-1970.
2. Għandu jkun hemm Kunsill tal-Pagi għall-Uffiċċji ta’
Professjonijiet li għandu japplika għall-impjegati kollha f’kull
uffiċċju jew impriża jew parti minn impriża li l-attivitajiet tagħha
jikkonsistu kollha jew prinċipalment f’impieg f’xi wieħed mill-
uffiċċji jew stabbilimenti li ġejjin:
(a) trade  unions magħduda assoċjazzjonijiet ta’ karattru
simili, Chambers ta’ nies professjonali u tan-negozju u
assoċjazzjonijiet ta’ karattru simili;
(b) uffiċċji ta’ periti, inġinieri, avukati, nutara pubbliċi,
riċevituri tal-lottu, accountants, book-keepers, udituri
u konsulenti fi kwalunkwe fergħa ta’ inġinerija,
arkitettura, liġi u accounting;
(ċ) stabbilimenti ta’ riċerki u ta’ xjenza (barra minn
laboratorji annessi ma’ sptarijiet privati);
(d) market research units, aġenziji ta’ reklami,
stabbilimenti li jirċievu fondi mill-pubbliku għal
investir f’unit  trusts jew li jmexxu l-maniġġ ta’ unit
trusts (minbarra stabbilimenti li jmexxu negozju li
jkun għal kollox jew prinċipalment negozju ta’
assigurazzjoni).
Riserva.
kumpens li jirċievu għal xogħol huwa regolat b’tariffa magħmula bi
jew skond kull liġi.
Data tal-
pubblikazzjoni ta’ 
l-avviż dwar il-
ħsieb ta’ l-egħmil 
ta’ l-ordni.
4. L-Avviż dwar il-ħsieb li jsir dan l-Ordni ġie pubblikat fil-
Gazzetta fit-30 ta’ Ġunju, 1967.
