KUNSILL TAL-PAGI GĦAT-TRASPORT 
PUBBLIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.35 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.35
ORDNI TAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦAT-TRASPORT PUBBLIKU 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
29 ta’ April, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 34 ta’ l-1969, kif emendat bl-Avviżi Legali 17 ta’ l-
1972, 120 ta’ l-1975, 148 ta’ l-1976, 106 ta’ l-1977 u 28 ta’ l-1979.
Titolu.
Trasport Pubbliku biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Il-proposti li jirregolaw il-pagi murija fl-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għat-Trasport Pubbliku jaħdem.
Emendata:
A.L. 17 ta’ l-1972;
A.L. 120 ta’ l-
1975;
A.L. 148 ta’ l-
1976;
A.L. 106 ta’ l-
1977;
A.L. 28 ta’ l-1979.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi li jibda minn nofs il-lejl ta’ jum sa nofs il-lejl tal-jum
ta’ wara;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin kollu f’ġurnata waħda li fih l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin normali", "ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament
darba, darba u nofs u darbtejn l-anqas rata tal-ħin li tapplika għall-
impjegati;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"perijodu ta’ impieg" tfisser il-ħin f’ġurnata waħda li fih l-
impjegat ikun għad-disposizzjoni tal-prinċipal, inklużi l-intervalli
għall-ikel u għall-mistrieħ;
"pagi" tfisser ħlas jew qligħ li jitħallas fi flus mill-prinċipal lill-
impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata mistrieħ f’ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin
2 L.S.452.35 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAT-TRASPORT 
PUBBLIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI
siegħa konsekuttivi li jibda mill-ħin li fih l-impjegat normalment
jibda t-turn tax-xogħol tiegħu;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem erbgħa u
għoxrin siegħa jew aktar mifruxa fuq mhux inqas minn erbat ijiem
f’xi ġimgħa waħda ta’ sitt ijiem.
Ħinijiet tax-
xogħol.
2. L-anqas paga fil-ġimgħa għandha tkun relattiva għal
ġimgħa ta’ mhux aktar minn tmienja u erbgħin siegħa.
L-anqas pagi ta’ 
impjegati whole-
time.
3. L-anqas paga fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-impjegati
whole-time tkun ta’ tmintax-il lira u tmienja u tmenin ċenteżmu.
Allowance ta’ l-
uniformi.
L.S. 65.11
4. Kundutturi tal-karozzi u x-xufiera huma intitolati għal
allowance barranija ta’ għaxar ċenteżmi fil-ġimgħa biex tkopri l-
ispejjeż ta’ uniformijiet kif stabbilit bir-regolament 158 tar-
Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, iżda dawn l-impjegati
għandhom jilbsu l-uniformi regolarment meta jkunu fuq ix-xogħol
u għandhom iżommuha f’kundizzjoni tajba u xierqa.
L-anqas paga ta’ 
impjegati part-
time.
5. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda, iżda għal impieg ta’ mhux inqas minn erba’
sigħat f’xi ġurnata, il-ħlas li jsir m’għandu taħt ebda ċirkostanza
jkun inqas mill-ekwivalenti ta’ ġurnata xogħol.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. L-impjegati kollha huma intitolati għal ġurnata mistrieħ
f’kull ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
overtime.
7. (i) Impjegati whole-time huma ntitolati għal ħlas ta’
overtime b’rata ta’ ħin u nofs għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq
minn total ta’ tmienja u erbgħin siegħa f’ġimgħa waħda ta’ sitt
ijiem, jew, bil-permess miktub tad-Direttur tax-Xogħol, għall-ħin
kollu li jinħadem ’il fuq minn total ta’ sitta u disgħin siegħa
kalkulati fuq perijodu ta’ ġimgħatejn konsekuttivi ta’ sitt ijiem il-
waħda.
(ii) L-impjegati whole-time huma ntitolati għal ħlas ta’ sahra
b’rata doppja għall-ħin kollu li jinħadem fil-ġurnata ta’ mistrieħ ta’
kull ġimgħa.
Vakanzi bi ħlas. 8. L-impjegati whole-time jkollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, għal -
(a) il-festi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg għal
anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-imsemmi leave
ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Permess għal 
mard.
Kap. 318.
9. Wara li jispiċċaw sitt xhur fl-impieg, impjegati whole-time
ikunu intitolati għal tnax-il ġurnata permess għal mard bi ħlas sħiħ
f’kull sena kalendajra nieqes kull benefiċċju għall-mard li jistgħu
jkunu intitolati għalih skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
KUNSILL TAL-PAGI GĦAT-TRASPORT 
PUBBLIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.35 3
Iżda li jigi prodott lill-prinċipal ċertifikat mediku li
jiċċertifika inkapacità  għax-xogħol matul il-perijodu ta’ assenza.
Permess għal luttu.
vakanzi bi ħlas fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi wieħed minn dawn il-
qraba ta’ l-impjegat: il-mara jew ir-raġel, il-missier jew l-omm (jew
persuna li dak iż-żmien tkun qed tagħmilha tal-missier jew ta’ l-
omm ta’ l-impjegat), l-iben jew il-bint, ħu jew oħt.
Leave speċjali.
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u ġurnata leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegat whole time ikollu dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont kollu ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali
ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni
min-naħa tiegħu jew bi ksur ta’ xi regoli ta’ ħarsien mill-periklu
stabbiliti mill-management.
Leave għal ġurat.
ħin kollu li jkun meħtieġ, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga li
xort’oħra kien ikollu dritt għaliha, sabiex ikun jista’ jattendi għal
dak id-dmir fil-Qorti.
Ħin ta’ stennija.
japplika għalih fil-ħin kollu li jkun preżenti fil-post tal-prinċipal
jew f’kull post ieħor b’konnessjoni ma’ l-impieg tiegħu sakemm
ma jkunx preżenti hemm f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:
(a) mingħajr permess tal-prinċipal, espress jew mifhum;
(b) għal xi raġuni li ma għandhiex x’taqsam ma’ l-impieg
tiegħu barra minn dik li jkun qed jistenna xogħol jiġi
mogħti lilu biex jagħmel;
(ċ) għal raġuni biss tal-fatt li huwa residenti hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet tas-soltu ta’ l-ikel u tal-mistrieħ u ma
jkunx jistenna xogħol li jiġi mogħti lilu biex jagħmel.
Età  ta’ rtirar minn 
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhijiex parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex
turi l-applikabbiltà  tagħha).
L-Ordni ta’ hawn fuq japplika għal impjegati li jaħdmu fit-
trasport tal-passiġġieri b’omnibus bil-mutur bil-liċenza tal-kiri fuq
linji tas-servizz pubbliku kif hemm stipulat fl-Ordni tal-Kunsill tal-
Pagi dwar it-Trasport Pubbliku pubblikat bin-Notifikazzjoni tal-
4 L.S.452.35 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAT-TRASPORT 
PUBBLIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Gvern Nru. 377 ta’ l-1 ta’ Awissu, 1952, jigifieri:
1. Spetturi
2. Xufiera
3. Kundutturi
4. Bejjiegħa tal-Biljetti
5. Attendants tal-Gabbani tal-Biljetti.
Ir-rati tal-pagi mniżżlin fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Ordni huma
l-anqas rati u ma jimpedux il-ħlas ta’ rati akbar.
