KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, 
PLASTICS, KIMIKI U PETROLEUM ġ L.S.452.36 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.36
ORDNI GĦAL KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLASTICS, 
KIMIKI U PETROLEUM
6 ta’ Ġunju, 1972
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-1972, kif emendat bl-Avviż Legali 26 ta’ l-
1974.
Titolu.
għall-Prodotti tal-Karta, Plastics, Kimiki u Petroleum.
Safejn japplika il-
Kunsill tal-Pagi.
Emendat:
A.L. 26 ta’ l-1974.
2. Għandu jkun hemm Kunsill tal-Pagi għall-Prodotti tal-
Karta, Plastics, Kimiki u Petroleum li għandu japplika għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li x-xogħol
tagħha jikkonsisti għal kollox jew prinċipalment f’dan li ġej:
(a) l-estrazzjoni, il-preparazzjoni, l-ipproċessar jew il-
fabbrikazzjoni ta’ melħ tal-mejda, żjut ta’ kull xorta,
xaħmijiet, margarina u prodotti simili, kimiki (inkluż
petroleum) jew prodotti kimiċi, iżda esklużi mpjegati
li jaħdmu f’kalkari tal-ġir;
(b) il-manifattura ta’ karta, ippakkjar jew manifattura ta’
oġġetti magħmula għal kollox jew prinċipalment mill-
karta, inklużi boroż tal-karta u pitazzi;
(ċ) il-manifattura ta’ kartun jew oġġetti magħmula għal
kollox jew prinċipalment mill-kartun, inklużi kaxxi
jew reċipjenti tal-kartun;
(d) l-ipproċessar jew il-manifattura ta’ plastics u oġġetti
magħmula għal kollox jew prinċipalment mill-plastics
inklużi boroż tal-polythene, qliezet tat-trabi tal-plastic,
fradal tal-plastic u lbies ieħor tal-plastic, oġġetti tal-
polythene għat-tgeżwir u materjal tal-plastic għall-
insulazzjoni, iżda esklużi -
(i) bagalji, brief cases, handbags, basktijiet tax-xiri
u basktijiet oħra ta’ xorta bħalhom;
(ii) tessuti magħmula minn fibri tal-plastics;
(iii) neon signs;
(e) il-manifattura ta’ ġojjellerija ta’ imitazzjoni, inkluża
costume jewellery.
Tifsir.
"kimiki" tinkludi kimiki industrjali bażiċi, gassijiet,
fertilizzaturi, gomma naturali jew sintetika u petroleum, iżda
esklużi gassijiet għall-użu domestiku u plastics;
"prodotti kimiċi" tinkludi sulfarini, żebgħa, verniċ, lacquers,
xemgħa, sapun, detersivi sintetiċi, bitumen, emulsjonijiet
bituminużi u oġġetti oħra magħmula għal kollox jew prinċipalment
minn gomma naturali jew sintetika, iżda esklużi tessuti magħmulin
minn fibri naturali jew artifiċjali, u l-manifattura, it-tiswija jew l-
2 L.S.452.36 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, 
PLASTICS, KIMIKI U PETROLEUM
immuntar mill-ġdid u restawrar ta’ tyres;
"plastics" tfisser kwalunkwe materjal li jinkludi resins sintetiċi li
fih bħala ingredjenti essenzjali sustanza organika ta’ piż molekulari
kbir, li jkun solidu fl-istat ta’ tlestija u f’xi stadju tal-manifattura
tiegħu jew fl-ipproċessar tiegħu f’oġġetti lesti jista’ jiġi ffurmat
bil-flow.
Riżerva. 4. Dan il-Kunsill tal-Pagi ma japplikax għall-impjegati li
jaqgħu fil-qasam fejn japplika xi Kunsill tal-Pagi ieħor minbarra l-
Kunsill tal-Pagi għall-Prodotti tal-Karta u Plastics u l-Kunsill tal-
Pagi għall-Kimiki u Petroleum.
Data tal-
pubblikazzjoni ta’ 
l-avviż dwar il-
ħsieb ta’ l-għemil 
ta’ l-ordni.
5. L-avviż dwar il-ħsieb li jsir dan l-Ordni ġie pubblikat fil-
Gazzetta tal-15 ta’ Frar, 1972.
