KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLAS-
TICS, KIMIKI U PETROLEUM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.37 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.37
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLASTICS, 
KIMIKI U PETROLEUM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
17 ta’ Ottubru, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 97 ta’ l-1973, kif emendat bl-Avviżi Legali 47 ta’ l-
1974, 109 u 133 ta’ l-1975, 99 ta’ l-1976, 89 ta’ l-1977, 131 ta’ l-1978 u
18 ta’ l-1981.
Titolu.
Prodotti tal-Karta, Plastics, Kimiki u Petroleum biex jirregola l-
Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għall-Prodotti tal-Karta, Plastics, Kimiki u
Petroleum jaħdem.
Emendata:
A.L. 47 ta’ l-1974;
A.L. 109 ta’ l-
1975;
A.L. 133 ta’ l-
1975;
A.L. 99 ta’ l-1976;
A.L. 89 ta’ l-1977;
A.L. 131 ta’ l-
1978;
A.L. 18 ta’ l-1981.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata", fil-każ ta’ impjegati bix-shift, tfisser perijodu ta’
erbgħa u għoxrin siegħa konsekuttivi; fil-każijiet l-oħrajn kollha
tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ jum wieħed u jispiċċa
f’nofs il-lejl tal-jum ta’ wara;
"nofs ta’ nhar'' tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċa f’nofs in-nhar jew f’nofs il-lejl;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin kollu f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
"learner" tfisser persuna li ma hijiex apprendista, li għandha
aktar minn erbatax-il sena u anqas minn dsatax-il sena u li qed tiġi
mħarrġa f’xogħol li għalih tapplika din l-Iskeda, u li dwarha l-
prinċipal ikollu permess maħruġ mid-Direttur tax-Xogħol, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
2 L.S.452.37 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLAS-
TICS, KIMIKI U PETROLEUM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"impjegat tas-sengħa" tfisser impjegat li għandu taħriġ
partikolari fis-sengħa jew fuq makna konnessa mas-sengħa li
jaħdem fiha u li jkun jista’ jipprova ħiltu;
"shift bil-lejl" tfisser kull perijodu ta’ impieg li jinkludi sigħat
bejn l-10 p.m. ta’ jum wieħed u s-6 a.m. tal-jum ta’ wara;
"sahra" tfisser kull ħin li jinħadem fil-Ħdud u l-festi tas-soltu,
jew ’il fuq mill-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-istabbiliment, kif
miftehma bejn il-prinċipal u l-impjegat;
"impjegat part-time" tfisser kull impjegat li jkun impjegat għal
mhux aktar minn ħamsa u għoxrin siegħa f’ġimgħa waħda;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li fih l-impjegati
jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, inkluzi l-intervalli permessi
għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jkun regolarment impjegat
ġurnata shift bin-nhar u ġurnata shift bil-lejl fuq bażi ta’ ċiklu
regolari;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata attwali tal-ħin li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallsu bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"jum ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda mill-ħin li fih l-impjegat soltu
jibda t-turn tiegħu tax-xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser kull impjegat li ma jkunx impjegat
part-time.
Ħinijiet tax-
xogħol.
2. Il-paga minima fil-ġimgħa għandha tkun relattiva għal
ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħa u erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ mpjegati
whole-time li mhumiex għassiesa; u
(b) sittin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa, imqassma
fuq ġimgħa ta’ sitt ijiem.
L-anqas pagi ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. Impjegati tas-sengħa whole-time m’għandhomx jitħallsu
f’ġimgħa waħda anqas mill-pagi li ġejjin:
(a) matul l-ewwel sena ta’ mpieg fis-sengħa ... Lm27.88
(b) matul it-tieni sena u s-snin ta’ wara ta’ mpieg fis-
sengħa ..................................................... Lm28.63.
(2) Impjegati whole-time, barra minn impjegati tas-sengħa u
għassiesa m’għandhomx jitħallsu f’ġimgħa waħda inqas mill-pagi
li ġejjin:
ta’ 18-il-sena jew fuqhom ......................................... Lm26.88
ta’ 17-il sena ............................................................ Lm23.97
ta’ 16-il sena ........................................................... Lm22.74.
(3) Għassiesa m’għandhomx jitħallsu anqas minn Lm28.63
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLAS-
TICS, KIMIKI U PETROLEUM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.37 3
f’ġimgħa waħda.
Allowance għal 
shift bil-lejl.
4. Bla ħsara għall-ħlas ta’ xi sahra li għaliha dawk l-impjegati
jistgħu jkunu ntitolati skond il-paragrafu 8 ta’ din l-Iskeda, u fejn
ma jeżistux allowances oħra għal shifts ta’ fil-għodu u/jew ta’ wara
nofs ta’ nhar, impjegati whole-time li jaħdmu fuq shift bil-lejl
għandhom jitħallsu, b’żieda mal-paga tal-ġimgħa li tapplika
għalihom, allowance ta’ shift bil-lejl ekwivalenti għal żewġ liri fil-
ġimgħa.
Lanqas paga ta’ 
mpjegati part-time.
5. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
6. L-impjegati whole-time kollha jkollhom intervalli għall-
ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas b’kollox minn siegħa f’kull
ġurnata li tittieħed skond ma jiġi miftiehem bejn il-prinċipal u l-
impjegat.
Jum ta’ mistrieh 
fil-ġimgħa.
7. L-impjegati whole-time kollha jkollhom jum vaganza f’kull
ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
8. (1) L-impjegati whole-time barra minn għassiesa jitħallsu
bir-rata ta’ ħin u nofs għal sahra maħduma fi ġranet tax-xogħol u
b’rati doppji għal xogħol li jinħadem fil-Ħdud. Ir-rata doppja
għandha titħallas għal xogħol maħdum fil-festi tas-soltu b’żieda
mal-paga normali tal-ġurnata.
(2) Għassiesa għandhom jitħallsu bir-rata ta’ ħin u nofs għal
xogħol ta’ sahra li jinħadem ’il fuq minn sittin siegħa fuq perijodu
ta’ sitt ijiem u bir-rati ta’ ħin doppju għal xogħol li jsir fis-seba’
ġurnata u fil-festi tas-soltu.
Vaganzi bi ħlas.
kalendarja, għal -
(a) il-festi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena ikollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
kif gej:
Kap. 318.
(a) wara sitt xhur ta’ servizz kontinwu, għal sitt ijiem
leave għal mard b’paga sħiħa nieqes l-ammont sħiħ ta’
kull benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkunu
ntitolati skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali; u
4 L.S.452.37 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLAS-
TICS, KIMIKI U PETROLEUM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Kap. 318.
(b) f’kull sena kalendarja, wara sena servizz kontinwu
għal tnax-il ġurnata leave b’paga sħiħa nieqes l-
ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal mard li għalih
jistgħu jkunu ntitolati skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u għal tnax-il ġurnata leave
b’nofs paga nieqes nofs l-ammont ta’ dak il-benefiċċju
għal mard:
Izda:
(a) ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol
għandu jiġi prodott lill-prinċipal li jkollu d-dritt, jekk
jidhirlu xieraq, li jibgħat lit-tabib tiegħu jeżamina lill-
impjegat; u
(b) jekk impjegat whole-time ikollu xi marda li ddum għal
aktar minn perijodu kontinwu ta’ ħmistax-il ġurnata,
il-perijodu ta’ leave għal mard mogħti lilu għal dik is-
sena kalendarja għandu jigi mtawwal għal ħmistax-il
ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa (nieqes it-
tnaqqis sħiħ għall-benefiċċju tal-mard) u minnufih
wara bi ħmistax-il ġurnata leave għal mard b’nofs paga
(nieqes nofs it-tnaqqis għal leave għal mard).
Leave għal luttu. 11. Impjegati whole-time jingħataw jumejn leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi wieħed mill-qraba li ġejjin: il-mara, ir-
raġel, il-missier, l-omm (jew il-persuna li, fil-ħin tal-mewt, kienet
fil-fatt qed tagħmilha ta’ missier jew omm l-impjegat), iben, bint,
ħu jew oħt l-impjegat.
Leave speċjali. 12. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu, bil-kundizzjoni li l-
impjegat jibqa’ fl-impieg għal mill-anqas tliet xhur wara dik l-
okkażjoni.
Leave għal ġurijiet. 13. Impjegat whole-time li jiġi msejjaħ bħala ġurat, jiġi mogħti
l-ħin kollu meħtieġ, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga li kieku kien
xort’oħra jirċievi, sabiex ikun jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu
fil-Qrati.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
14. Impjegat whole-time ikollu jedd għal leave għal korriment
b’paga sħiħa sa massimu ta’ sena, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali
ta’ dmirijietu, u dak il-korriment ma jiġġarrabx minħabba xi
negliġenza kontributorja minn naħa tiegħu, jew minħabba l-ksur
minnu ta’ xi regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti mill-
management.
Età  ta’ rtirar minn 
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-PRODOTTI TAL-KARTA, PLAS-
TICS, KIMIKI U PETROLEUM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.37 5
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabbilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw għall-impjegati
kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li l-attivitajiet tagħha
jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment f’xi waħda minn dawn li
ġejjin:
(a) l-estrazzjoni, il-preparazzjoni, l-ipproċessar jew il-
fabbrikazzjoni ta’ melħ tal-mejda, żjut ta’ kull xorta,
xaħmijiet, margarina u prodotti simili, kimiki (inkluż
petroleum) jew prodotti kimiċi, iżda esklużi mpjegati
li jaħdmu f’kalkari tal-ġir;
(b) il-manifattura ta’ karta, ippakkjar jew il-manifattura
ta’ oġġetti magħmula għal kollox jew prinċipalment
mill-karta, inklużi boroż tal-karta u pitazzi;
(ċ) il-manifattura ta’ kartun jew oġġetti magħmula għal
kollox jew prinċipalment mill-kartun, inklużi kaxxi
jew reċipjenti tal-kartun;
(d) l-ipproċessar jew il-manifattura ta’ plastics u oġġetti
magħmula għal kollox jew prinċipalment mill-plastic
inklużi boroż tal-polythene, qliezet tat-trabi tal-plastic,
fradal tal-plastic u lbies ieħor tal-plastic, oġġetti tal-
polythene għat-tgeżwir u materjal tal-plastic għall-
insulazzjoni, iżda esklużi -
(i) bagalji, brief cases, handbags, basktijiet tax-xiri
u basktijiet oħra ta’ xorta bħalhom;
(ii) tessuti magħmula minn fibri tal-plastics;
(iii) imitazzjoni ta’ ġojjellerija u neon signs.
"kimiki" tinkludi kimiki industrjali bażiċi, gassijiet,
fertilizzaturi, gomma naturali jew sintetika u petroleum, iżda
esklużi gassijiet għall-użu domestiku u plastics;
"prodotti kimiċi" tinkludi sulfarini, żebgħa, verniċ, lacquers,
xemgħa, sapun, detersivi sintetiċi, bitumen, emulsjonijiet
bituminużi u oġġetti oħra magħmula għal kollox jew prinċipalment
minn gomma naturali jew sintetika, iżda esklużi tessuti magħmulin
minn fibri naturali jew artifiċjali, u l-manifattura, it-tiswija jew l-
immuntar mill-ġdid u restawrar ta’ tyres;
"plastics" tfisser kwalunkwe materjal li jinkludi resins sintetiċi li
fih bħala ingredjenti essenzjali sustanza organika ta’ piż molekulari
kbir, li jkun solidu fl-istat ta’ tlestija u f’xi stadju tal-manifattura
tiegħu jew fl-ipproċessar tiegħu f’oġġetti lesti jista’ jiġi ffurmat
bil-flow.
