KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ 
PROFESSJONIJIET BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.39
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ PROFESSJONIJIET
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
10 ta’ Novembru, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviżi Legali 104 ta’ l-
1976, 114 ta’ l-1977, u 37 u 46 ta’ l-1979.
Titolu.
Uffiċċji ta’ Professjonijiet biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi ta’ l-Uffiċċji ta’ Professjonijiet jaħdem.
Emendata:
A.L. 104 ta’ l-
1976;
A.L. 114 ta’ l-
1977;
A.L. 37 ta’ l-1979;
A.L. 46 ta’ l-1979.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ nofs in-numru ta’ sigħat ta’
xogħol li jinħadmu f’kull ġurnata;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li fih l-impjegati
jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-intervalli għall-ikel
u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
"learner" tfisser persuna li mhix apprendista li jkollha aktar
minn erbatax-il sena u anqas minn tmintax-il sena u li tkun qegħda
tirċievi taħriġ f’xi sengħa li għaliha tapplika din l-Iskeda, u li
dwarha l-prinċipal ikollu permess maħruġ mid-Direttur tax-Xogħol,
skond l-Att dwar Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
"ħinijiet normali tax-xogħol" tfisser il-ħinijiet tax-xogħol f’kull
ġimgħa li jkunu miftehma bejn il-prinċipal u l-impjegat skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’ġurnata waħda li fih l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda nklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin-u-nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata tal-ħin li tapplika għall-impjegati;
2 L.S.452.39 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ 
PROFESSJONIJIET BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew mill-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tax-xogħol tiegħu;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
ħamsa u għoxrin siegħa mqassma fuq perijodu ta’ mhux inqas minn
erbat ijiem, f’xi ġimgħa waħda.
Ħinijiet tax-
xogħol.
2. L-inqas paga fil-ġimgħa għandha tkun relattiva għal -
(a) mhux iżjed minn erbgħin siegħa xogħol, ħlief fil-każ
ta’ għassiesa; jew
(b) mhux iżjed minn sittin siegħa xogħol mifruxa fuq
ġimgħa ta’ sitt ijiem, fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas pagi ta’ 
impjegati whole-
time.
3. (1) L-impjegati whole-time ta’ l-età  ta’ tmintax-il sena jew
fuqhom m’għandhomx jitħallsu inqas mill-pagi li ġejjin:
KATEGORIJA 1
Ma’ l-impieg.................................................. Lm18.88,0
KATEGORIJA 2
Ma’ l-impieg.................................................. Lm19.13,0
KATEGORIJA 3
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm19.63,0
Matul ir-raba’ u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm20.63,0
KATEGORIJA 4
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm20.13,0
Matul ir-raba’ u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm21.13,0
KATEGORIJA 5
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena 
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm21.63,0
Matul ir-raba’ u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm22.63,0
KATEGORIJA 6
Matul l-ewwel sena ta’ impieg
fil-kategorija.................................................. Lm22.63,0
Matul it-tieni sena ta’ impieg
fil-kategorija.................................................. Lm25.63,0
Matul it-tielet sena u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija ................................. Lm27.67,0
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ 
PROFESSJONIJIET BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.39 3
(2) (i) L-inqas paga ta’ impjegati ta’ l-età  ta’ sbatax-il sena
tkun ta’ 90% tal-pagi ta’ hawn fuq.
(ii) L-inqas paga ta’ impjegati ta’ l-età  ta’ sittax-il sena
tkun ta’ 85% tal-pagi ta’ hawn fuq.
(3) F’dan il-paragrafu -
"Kategorija 1" tinkludi charwoman/fattiga, għassies, chainman,
messaġġier, receptionist;
"Kategorija 2" tinkludi telephone attendant/operator, xufier,
printer;
"Kategorija 3" tinkludi skrivan/clerk typist, card puncher
operator, tracer/drawing office assistant, taker off, assistent ta’
riċevitur tal-lottu;
"Kategorija 4" tinkludi shorthand typist, book-keeper/accounts
clerk, law clerk;
"Kategorija 5" tinkludi site supervisor, disinjatur, quantity
surveyor assistant/kalkulatur, land surveyor, clerk of works, artist,
accountant, skrivan, awditur;
"Kategorija 6" tinkludi uffiċjali li għandhom setgħat eżekuttivi fi
trade unions/assoċjazzjonijiet;
"quantity surveyor assistant/kalkulatur" huwa impjegat li għal
kollox jew prinċipalment jaħdem fil-preparazzjoni ta’ stimi ta’
xogħol taħt id-direzzjoni ta’ arkitett u inġinier ċivili jew ta’
kwalunkwe inġinier ta’ mekkanika, ta’ l-elettriku jew tal-marina,
jew quantity surveyor li għandu l-kwalifiki neċessarji biex jeżerċita
l-professjoni tiegħu f'Malta;
"chainman" huwa mpjegat li jaħdem għal kollox jew
prinċipalment filli jassisti surveyor. Ix-xogħlijiet tiegħu jistgħu
jinkludu s-setting ta’ theodolite u n-notamenti ta’ readings
meħudin minnu, imma ma jinkludux plotting;
"disinjatur" huwa mpjegat li jaħdem għal kollox jew
prinċipalment fil-preparazzjoni ta’ sketches oriġinali, jew fit-
tpinġija ta’ disinji minn fuq abbozzi ta’ sketches, u fil-
preparazzjoni ta’ working drawings kompliti relevanti għalihom.
Disinjatur jista’ jiġi meħtieġ li jagħmel xogħol ta’ field survey fuq
barra u jipprepara stimi taħt id-direzzjoni ta’ arkitett u inġinier
ċivili jew ta’ inġinier tal-mekkanika, elettriku jew marina, jew ta’
arkitett navali li jkollu l-kwalifiki neċessarji biex jeżerċita l-
professjoni tiegħu f’Malta;
"tracer/drawing office assistant" huwa mpjegat li jaħdem għal
kollox jew prinċipalment fl-ikkopjar ta’ disinji jew partijiet
magħmula minn disinjatur billi jittraċċahom bil-linka jew bil-lapes
fuq karta trasparenti, jew kanvas, bl-użu ta’ T Squares,
kumpassijiet, pinen u strumenti oħra tad-disinn;
"law clerk" huwa persuna li mhix professjonista li hija mpjegata
biex tassisti avukat, nutar pubbliku jew prokuratur legali fil-
formulazzjoni ta’ atti jew verbali ta’ kuntratti, jew notamenti fir-
Reġistru Pubbliku, tagħmel riċerki fir-Reġistru Pubbliku, iżżomm
l-appuntamenti, tieħu nota ta’ l-aġġornamenti tal-Qorti u b’mod
4 L.S.452.39 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ 
PROFESSJONIJIET BIEX JIRREGOLA L-PAGI
ieħor tgħin lill-prinċipal tagħha fil-qadi tad-dmirijiet professjonali
tiegħu;
"site supervisor" huwa mpjegat li jassisti arkitett u inġinier ċivili
jew kwalunkwe inġinier ieħor awtorizzat biex jeżerċita l-
professjoni tiegħu f’Malta billi jagħmel superviżjoni fuq is-sit tax-
xogħlijiet li jkunu qed jinħadmu;
"surveyor" huwa mpjegat li jaħdem għal kollox jew
prinċipalment billi jagħmel surveys ta’ artijiet u siti għall-iskopijiet
ta’ bini u inġinerija ċivili;
"taker off" huwa mpjegat li jassisti quantity surveyor assistant
jew kalkulatur fix-xogħol tiegħu u jieħu l-qisien minn fuq is-sit
tax-xogħol jew minn fuq disinji fuq skala, imma ma jagħmilx
kalkolazzjonijiet.
Impjegati part-
time.
4. Impjegati part-time għandhom jiġu mħallsa pro rata b’rata
fis-siegħa mhux anqas minn dik applikabbli għal impjegati whole-
time, jiġifieri r-rata murija fil-paragrafu preċedenti diviża
b’erbgħin bil-kundizzjoni li l-ħlas li jsir ma għandu taħt l-ebda
ċirkostanza jkun inqas mill-ekwivalenti ta’ tliet sigħat xogħol kull
ġurnata.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
5. Impjegati whole-time kollha għandu jkollhom permess għal
intervalli għall-ikel u l-mistrieħ ta’ mhux anqas minn siegħa
kuljum.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. Impjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata
speċifikata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. L-impjegati whole-time għandhom jitħallsu sahra, bir-rati
li ġejjin:
(a) f’kull ġimgħa, għall-ħin kollu maħdum barra l-ħinijiet
normali tax-xogħol ’il fuq minn erbgħin siegħa eskluża
kull sahra mħallsa skond id-disposizzjonijiet
sussegwenti .................. ħin u nofs;
(b) għal kull ħin maħdum fil-ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa u fil-festi tas-soltu ..................... ħin doppju.
Impjegati fil-kategorija 6 ikunu meħtieġa jaħdmu ħin barra l-
ħinijiet normali tax-xogħol skond l-esiġenzi ta’ l-impieg tagħhom
mingħajr ħlas.
Festi u vaganzi bi 
ħlas.
8. Impjegati whole-time ikollhom dritt, f’kull sena kalendarja,
għal -
(a) il-festi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg:
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ 
PROFESSJONIJIET BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.39 5
Iżda wkoll il-vaganzi bi ħlas għandhom jiġu
meħuda f’jiem miftehma bejn il-prinċipal u l-impjegat,
jistgħu jiġu mogħtija f’perijodi ta’ nofs ta’ nhari u
jistgħu jiġu akkumulati matul perijodu li ma jeċċedix
sentejn kalendarji suċċessivi.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. L-impjegati whole-time kollha jkunu ntitolati f’kull sena
kalendarja għal għoxrin ġurnata leave għal mard bi ħlas sħiħ nieqes
kull benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkunu ntitolati skond l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u għal perijodu ieħor ta’ għoxrin
ġurnata leave għal mard b’nofs paga:
Iżda għandu jigi prodott lill-prinċipal ċertifikat mediku li
jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol u l-prinċipal ikollu d-dritt, jekk
jidhirlu xieraq, li jibgħat lit-tabib tiegħu biex jagħmel vista lill-
impjegat u jagħmillu eżami mediku.
Leave għal luttu.
f’każ ta’ mewt ta’ xi wieħed minn dawn il-qraba: il-mara jew ir-
raġel, l-omm, il-missier, l-iben, il-bint, ħuh jew oħtu.
Leave speċjali.
ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil mart l-impjegat.
Leave għaż-żwieġ.
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
13. Impjegat whole-time jkollu jedd għal sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd skond l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jiġġarrabx minħabba xi negliġenza
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba l-ksur minnu ta’ xi
regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti mill-management.
Servizz bħala 
ġurat.
14. Impjegat whole-time li jissejjaħ għal servizz bħala ġurat
jingħata l-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex jattendi għal dak
is-servizz fil-Qorti.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każijiet fejn irtirar mix-xogħol ta’ mpjegat raġel ikun
mistenni fl-età  ta’ sittin sena, dan l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità  mill-prinċipal biex jibqa’ fl-impieg tiegħu wara li jkun
laħaq is-sittin sena sakemm ikollu wieħed u sittin sena, iżda, l-
istess impjegat jitħalla, jekk ikun irid hekk, jirtira fl-età  ta’ sittin
sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tagħha).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull uffiċċju jew stabbiliment jew parti minn
stabbiliment, li l-attivitajiet tiegħu jikkonsistu għal kollox jew
prinċipalment f’xogħol li jsir f’xi wieħed mill-uffiċċji ta’ -
(a) trade unions inklużi assoċjazzjonjjiet ta’ karattru
6 L.S.452.39 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ 
PROFESSJONIJIET BIEX JIRREGOLA L-PAGI
simili;
(b) uffiċċji ta’ arkitetti, inġinieri, avukati, nutara pubbliċi,
riċevituri tal-lottu, accountants, book-keepers,
awdituri u konsulenti f’kull branka ta’ inġinerija,
arkitettura, liġi u accounting;
(ċ) stabbilimenti ta’ riċerki u ta’ xjenza (barra minn
laboratorji annessi ma’ sptarijiet privati);
(d) market research units, aġenziji tar-reklami,
stabbilimenti li jirċievu flus mill-pubbliku biex jiġu
nvestiti f’unit trusts jew li jkunu jmexxu unit trusts
(minbarra stabbilimenti li jmexxu negozju kollu kemm
hu jew prinċipalment ta’ assigurazzjoni).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq ma
japplikawx għal impjegati li l-ħlas tagħhom għax-xogħol li jagħmlu
huwa regolat b’tariffa magħmula b’liġi jew skond liġi.
