KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.40
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦAS-SERVIZZ DOMESTIKU
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
1 ta’ Frar, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 7 ta’ l-1976, kif emendat bl-Avviżi Legali 65 ta’ l-
1976, 76 u 108 ta’ l-1977, 36 ta’ l-1978, 2, 25 u 66 ta’ l-1979, 30 ta’ l-
1980, 33 ta’ l-1981 u 122 ta’ l-1989.
Titolu.
Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku jaħdem.
Emendata:
A.L. 65 ta’ l-1976;
A.L. 76 ta’ l-1977;
A.L. 108 ta’ l-
1977;
A.L. 36 ta’ l-1978;
A.L. 2 ta’ l-1979;
A.L. 25 ta’ l-1979;
A.L. 66 ta’ l-1979;
A.L. 30 ta’ l-1980;
A.L. 33 ta’ l-1981;
A.L. 122 ta’ l-
1989.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi;
"paga doppja" tfisser darbtejn l-inqas rata ta’ ġurnata li tapplika
għall-impjegat;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ikel" tfisser u tinkludi l-kafè  ta’ fil-għodu, l-ikel ta’ nofs in-
nhar, it-tè  ta’ wara nofs in-nhar u l-ikla ta’ fil-għaxija;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"kumpens" tfisser pagi jew qligħ, imħallsin bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
2 L.S.452.40 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI
darbtejn l-inqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
erbgħa u għoxrin siegħa mferrxa fuq perijodu ta’ mhux anqas minn
erbat ijiem f’xi ġimgħa ma’ l-istess prinċipal.
Gruppi prinċipali 
ta’ ħaddiema 
domestiċi.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Ordni li jirregola l-pagi, għandu
jkun hemm sitt gruppi ta’ ħaddiema fis-servizz domestiku, kif ġej:
GRUPP 1  għandu jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema mpjegati
bix-xahar li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom
għal mhux anqas minn sbatax-il lejl fi kwalunkwe
xahar;
GRUPP 2 għandu jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema mpjegati
bix-xahar li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom
għal anqas minn sbatax-il lejl f’xahar jew li ma
jorqdu xejn kif imsemmi;
GRUPP 3 għandu jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema mpjegati
bil-ġimgħa li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom
għal mhux anqas minn erbat ijiem fi kwalunkwe
ġimgħa;
GRUPP 4 għandu jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema mpjegati
bil-ġimgħa li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom
għal anqas minn erbat ijiem f’ġimgħa jew li ma
jorqdu xejn kif imsemmi;
GRUPP 5 għandu jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema mpjegati
bil-ġurnata;
GRUPP 6 għandu jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema li huma
mpjegati bis-siegħa.
Sigħat ta’ xogħol. 3. Is-sigħat ta’ xogħol ta’ ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk
il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ta’
ħaddiema fil-Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar
tal-prinċipal tagħhom, u ta’ ħaddiema fil-Grupp 5 għandhom ikunu
ta’ mhux aktar minn tmienja fi kwalunkwe ġurnata, iżda mhux iktar
minn erbgħa u erbgħin sigħa fi kwalunkwe ġimgħa, u dan sat-28 ta’
Frar, 1990, u erbgħin sigħa wara dik id-data, esklużi l-intervalli
permessi għall-ikel u għall-mistrieħ.
L-inqas 
rimunerazzjoni.
4. (a) L-inqas rimunerazzjoni ta’ maids u ħaddiema nisa oħra
li mhix qiegħda ssir riferenza għalihom fis-sub-paragrafu (b) ta’
dan il-paragrafu għandha tkun kif ġej:
Whole-Timers
Ħaddiema nisa fil-Grupp 1  ......................Lm119.14,0 fix-xahar
Ħaddiema nisa fil-Grupp 2  ......................Lm117.14,0 fix-xahar
Ħaddiema nisa fil-Grupp 3 ........................Lm 27.48,0 fil-ġimgħa
Ħaddiema nisa fil-Grupp 4 ........................Lm 26.88,0 fil-ġimgħa
Part-Timers
Ħaddiema nisa fil-Grupp 5  ........................Lm4.98,0 kuljum
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.40 3
Ħaddiema nisa fil-Grupp 6 ...................................66ċ is-siegħa:
Iżda għal impieg ta’ aktar minn erba’ sigħat f’xi ġurnata,
il-ħlas li jsir ma għandu taħt l-ebda ċirkostanzi jkun inqas mill-
ekwivalenti ta’ ġurnata xogħol:
Iżda wkoll kull ħaddiema part-time li tikkwalifika bħala
impjegata whole-time skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda għandha
tkun intitolata għall-paga sħiħa fil-ġimgħa applikabbli skond dan
is-sub-paragrafu minkejja li taħdem għal anqas minn sitt ijiem.
(b) L-inqas rimunerazzjoni ta’ kull ħaddiema mara li tkun
housekeeper, nannie, koka, baby-sitter jew nurse-maid għandha
tkun kif ġej:
Whole-Timers
Ħaddiema nisa fil-Grupp 1 ...................... Lm123.50,0 fix-xahar
Ħaddiema nisa fil-Grupp 2  ..................... Lm121.50,0 fix-xahar
Ħaddiema nisa fil-Grupp 3  ...................... Lm 28.48,0 fil-ġimgħa
Ħaddiema nisa fil-Grupp 4 ....................... Lm 27.88,0 fil-ġimgħa
Part-Timers
Ħaddiema nisa fil-Grupp 5 ......................... Lm 5.15,0 kuljum
Ħaddiema nisa fil-Grupp 6 68ċ is-siegħa:
Iżda għal impieg ta’ aktar minn erba’ sigħat f’xi ġurnata,
il-ħlas li jsir ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun inqas mill-
ekwivalenti ta’ ġurnata xogħol:
Iżda wkoll kull ħaddiema part-time li tikkwalifika bħala
impjegata whole-time skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda għandha
tkun intitolata għall-paga sħiħa fil-ġimgħa applikabbli skond dan
is-sub-paragrafu minkejja li taħdem għal anqas minn sitt ijiem.
(ċ) L-inqas rimunerazzjoni ta’ ħaddiema rġiel għandha tkun
kif ġej:
Whole-Timers
Ħaddiema rġiel fil-Grupp 1 ..................... Lm125.99,0 fix-xahar
Ħaddiema rġiel fil-Grupp 2  .................... Lm123.99,0 fix-xahar
Ħaddiema rġiel fil-Grupp 3  ..................... Lm 29.l3,0 fil-ġimgħa
Ħaddiema rġiel fil-Grupp 4  ..................... Lm 28.38,0 fil-ġimgħa
Part-Timers
Ħaddiema rġiel fil-Grupp 5 ........................ Lm 5.23,0 kuljum
Ħaddiema rġiel fil-Grupp 6  ..................................71ċ is-siegħa:
Iżda għal impieg ta’ aktar minn erba’ sigħat f’xi ġurnata,
il-ħlas li jsir ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun inqas mill-
ekwivalenti ta’ ġurnata xogħol:
Iżda wkoll kull ħaddiem raġel part-time li jikkwalifika
bħala impjegat whole-time skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda
jkun intitolat għall-paga sħiħa fil-ġimgħa applikabbli skond dan is-
sub-paragrafu minkejja li jaħdem għal anqas minn sitt ijiem.
4 L.S.452.40 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI
(d) Il-paga li titħallas lil ħaddiema mara m’għandhiex tkun
inqas mill-paga li titħallas lill-impjegat raġel fl-istess klassi jew
kategorija.
L-anqas kumpens 
ta’ sahra.
5. (1) Ħaddiema fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 f’dawk il-ġranet meta
ma jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-Grupp 5
jkunu ntitolati għall-ħlas b’ħin u nofs għall-ħin kollu ta’ xogħol
iżjed minn tmien sigħat fi ġranet normali, u għall-ħin kollu ta’
xogħol maħdum għal aktar minn erbgħa u erbgħin siegħa fi
kwalunkwe ġimgħa, u dan sat-28 ta’ Frar, 1990, u għall-ħin kollu
ta’ xogħol maħdum għal aktar minn erbgħin siegħa wara t-28 ta’
Frar, 1990.
(2) Ħaddiema li jaħdmu f’vaganza tas-soltu jkunu ntitolati
għal paga doppja għall-ġurnata xogħol, u ħlas b’ħin doppju għax-
xogħol kollu maħdum iżjed minn tmien sigħat.
(3) Ħaddiema li jaħdmu fil-ġurnata ta’ mistrieħ tagħhom
jitħallsu bir-rata ta’ ħin doppju għall-ħin kollu li jinħadem.
Ikel. 6. (a) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta
jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-
Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta jorqdu fid-dar tal-
prinċipal tagħhom, ikunu ntitolati għall-ikel kollu, u
f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar tal-prinċipal
tagħhom ikunu ntitolati għall-ikel kollu minbarra l-ikla
ta’ fil-għaxija.
(b) Ħaddiema fil-Grupp 5 għandhom ikunu ntitolati għall-
ikel kollu minbarra l-ikla ta’ fil-għaxija.
(ċ) Ħaddiema fil-Grupp 6 ikunu ntitolati għall-kafè  jew tè
wara li jkun ilhom jaħdmu mhux anqas minn sagħtejn u
jkunu wkoll intitolati għall-ikla ta’ nofs in-nhar jew l-
ikla ta’ fil-għaxija, skond il-każ, wara li ikunu ilhom
jaħdmu għal mhux anqas minn ħames sigħat, b’kollox.
(d) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta ma
jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-
Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar
tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-Grupp 5 ikunu
ntitolati għall-ikla ta’ fil-għaxija meta s-sigħat ta’
xogħol tagħhom ’il fuq minn tmienja fi kwalunkwe
ġurnata, ikunu iżjed minn tlieta:
Izda l-ħaddiema fil-Gruppi 1 u 2 ikollhom għoxrin
lira u sitta u sebgħin ċenteżmu mnaqqsa kull xahar
mill-anqas rimunerazzjoni tagħhom, il-ħaddiema fil-
Gruppi 3 u 4 ikollhom erba’ liri u disgħa u sebgħin
ċenteżmu mnaqqsa kull ġimgħa mill-anqas
rimunerazzjoni tagħhom, u l-ħaddiema fil-Grupp 5
ikollhom tmenin ċenteżmu mnaqqsa kuljum mill-anqas
rimunerazzjoni tagħhom, bħala kumpens ta’ l-ikel li
għalih huma ntitolati kif imsemmi qabel:
Iżda l-ħaddiema fil-Grupp 6 m’għandu jkollhom l-
ebda tnaqqis mill-anqas rimunerazzjoni tagħhom bħala
kumpens ta’ l-ikel li għalih jistgħu jkunu ntitolati
sakemm ma jkunux intitolati għal rimunerazzjoni ta’
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.40 5
ġurnata xogħol f’liema każ huma għandhom ikollhom
tnaqqis ta’ disgħa u sittin ċenteżmu mill-anqas
rimunerazzjoni tagħhom:
Iżda l-ħaddiema fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4
m’għandhomx jiġu kkunsidrati li għamlu użu mid-dritt
tagħhom għall-ikel kif imsemmi qabel f’perijodi ta’
vakanzi tas-soltu, ta’ leave u ta’ leave għall-mard li
għalih huma ntitolati, u tnaqqis relevanti bħala
kumpens għall-ikel għandu jsir mill-anqas
rimunerazzjoni tagħhom; u
Iżda wkoll jekk il-ħaddiema ma jużawx id-dritt
tagħhom għal xi ikel kif imsemmi qabel, huma ma
jkunux intitolati għal ebda kumpens ta’ flus minflok l-
ikel.
L-anqas mistrieħ 
ta’ kuljum.
7. (a) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta
jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-
Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta jorqdu fid-dar tal-
prinċipal tagħhom ikunu ntitolati għall-anqas mistrieħ
f’kull ġurnata ta’ tliet sigħat b’kollox, u l-ħin jew il-
ħinijiet tal-mistrieħ għandhom jiġu stabbiliti mill-
prinċipal bi ftehim ma’ l-impjegat.
(b) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta ma
jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom u ħaddiema fil-
Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar
tal-prinċipal tagħhom u ħaddiema fil-Grupp 5 ikunu
ntitolati għall-waqfien mix-xogħol, f’kull ġurnata,
għall-ikel u l-mistrieħ li b’kollox ma jkunx anqas minn
ħamsa u erbgħin minuta f’kull ġurnata.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
8. Ħaddiema fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikunu ntitolati għal ġurnata
mistrieħ f’kull ġimgħa, u dik il-ġurnata ta’ mistrieħ tiġi stabbilita
mill-prinċipal bi ftehim ma’ l-impjegat:
Iżda f’każijiet speċjali, bil-kunsens kemm tal-prinċipal kif
ukoll ta’ l-impjegat, il-ħaddiem ikun intitolat għal vaganza ta’
numru ta’ ġranet daqs in-numru ta’ ġranet ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li
ma jkunx ħa, sa, iżda mhux iżjed minn, sebat ijiem.
Leave għal 
vaganza.
9. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu ntitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 8,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
6 L.S.452.40 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u impjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990, tliet
ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għal
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shutdown u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għall-mard.
Kap. 318.
10. Wara t-tmiem ta’ sitt xhur servizz kontinwu ħaddiema fil-
Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikunu ntitolati għal erbatax-il jum leave għall-
mard bil-ħlas f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għal
mard li jistgħu jkunu ntitolati għalih skond l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali:
Iżda jrid jingħata lill-prinċipal ċertifikat tat-tabib li
jiċċertifika nkapaċità  għax-xogħol matul il-perijodu kollu ta’
assenza ta’ l-impjegat.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
11. Impjegat whole-time jingħata massimu ta’ sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd skond l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba xi traskuraġni
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser xi waħda
mir-regoli ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal luttu. 12. Impjegati fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikunu ntitolati għal jumejn
leave bil-ħlas fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi ħadd fost dawn il-
membri tal-familja: il-mara ta’ l-impjegat jew ir-raġel ta’ l-
impjegata, l-omm jew il-missier, il-bint jew l-iben, u oħt jew ħu l-
impjegat.
Leave għal żwieġ. 13. Impjegati li jaqgħu taht il-Gruppi 1, 2, 3 jew 4 jingħataw
tliet ijiem tax-xogħol leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ
tagħhom.
Leave għat-twelid. 14. Impjegat raġel fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikun intitolat għal
jumejn leave bil-ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Servizz bħala 
ġurati.
15. Impjegati li jaqgħu taħt il-Gruppi l, 2, 3 jew 4 li jissejħu
għal servizz bħala ġurati jingħataw il-ħin kollu meħtieġ b’paga
sħiħa sabiex ikunu jistgħu jattendu għal dak is-servizz fil-Qorti.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
16. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemmn jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SERVIZZ 
DOMESTIKU BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.40 7
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
L-Ordni ta’ hawn fuq japplika għall-impjegati kollha fi djar
privati li jaħdmu f’xogħlijiet domestiċi, bħalma huma sefturi,
kamrieri, housekeepers, koki, butlers, valets, handymen, cleaners,
fattigi, ħassiela, babysitters, nursemaids, u persuni oħra mpjegati
f’xogħol bħal dan, inklużi chauffeurs, ġardinara u mpiegi simili li
għandhom x’jaqsmu ma’ xogħol tad-dar.
F’dan il-paragrafu "djar privati" tinkludi istituti tal-karità ,
monasteri u kunventi iżda ma tinkludix xi sptar, klinika, nursing
home, istituti ta’ kura mediko-kirurġika, dar tal-maternità  jew
stabbiliment idropatiku, dar għax-xjuħ jew skejjel immexxija minn
djar privati bħal dawn.
