KUNSILL TAL-PAGI LI JITTRATTA DWAR L-IMPJEGATI 
TAL-BURDNARA BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.41
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
LI JITTRATTA DWAR L-IMPJEGATI
TAL-BURDNARA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
19 ta’ April, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 45 ta’ l-1976, kif emendat bl-Avviżi Legali 95 ta’ l-
1976, 102 ta’ l-1977, u 65 u 129 ta’ l-1978.
Titolu.
jittratta dwar l-Impjegati tal-Burdnara biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi li jittratta dwar l-Impjegati tal-Burdnara jaħdem.
Emendata:
A.L. 95 ta’ l-1976;
A.L. 102 ta’ l-
1977;
A.L. 65 ta’ l-1978;
A.L. 129 ta’ l-
1978.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
"burdnar" tfisser persuna li x-xogħol tagħha huwa jew jinkludi
kull wieħed jew xi wieħed mix-xogħol li ġej:
(a) il-mogħdija mid-Dipartiment tad-Dwana ta’
dokumenti dwar merkanzija;
(b) l-irtirar ta’ merkanzija minn xi tinda tad-Dwana,
maħżen tad-depożt, depożt, veranda, moll jew post
ieħor ta’ depożt u l-ġarr ta’ dik il-merkanzija minn
hemm għal post ta’ konsenja;
(ċ) l-irtirar ta’ merkanzija minn xi fabbrika, maħżen jew
lokal ieħor u l-ġarr ta’ dik il-merkanzija minn hemm
għal moll jew post ieħor ta’ depożt għall-imbark;
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi li jibda minn nofs il-lejl ta’ jum sa nofs il-lejl tal-jum
ta’ wara;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
d-doppju tar-rata attwali tal-ħin li tapplika għall-impjegat;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time:
2 L.S.452.41 ħ
KUNSILL TAL-PAGI LI JITTRATTA DWAR L-IMPJEGATI 
TAL-BURDNARA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Iżda ebda impjegat part-time ma jkun impjegat għal aktar
minn nofs ta’ nhar f’xi ġurnata waħda;
Kap. 203.
"impjegat ta’ burdnar" tfisser kull impjegat li jagħmel xogħol li
soltu jsir minn impjegat ta’ burdnar li lilu tkun maħruġa liċenza
miIl-Kontrullur tad-Dwana skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att li
jirregola l-Liberazzjoni u t-Trasport ta’ Merkanzija, kemm jekk il-
prinċipal jeħtieġ din il-liċenza biex jaħdem u kemm jekk ma
jeħtiġhiex;
"impjegat tat-trasport" tfisser kull impjegat li jagħmel xogħol li
soltu jsir minn impjegat ta’ mpriża li taħdem għal kollox jew
prinċipalment xogħol ta’ żgumbrar, tagħbija u trasport ta’ għamara
u ħwejjeġ oħra tad-dar u oġġetti jew materjali oħra;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun jaħdem iktar minn
erbgħa u għoxrin siegħa f’xi ġimgħa mifruxa fuq perijodu ta’ mhux
inqas minn erbat ijiem;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ erba’ sigħat u nofs
konsekuttivi;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas minn prinċipal lil
impjegat.
L-anqas rati ta’ 
paga ta’ impjegati 
whole-time.
2. (1) L-inqas paga li tista’ titħallas lill-impjegat whole-time
ta’ burdnar għandha tkun ta’ wieħed u għoxrin lira u tlieta u
għoxrin ċenteżmu fil-ġimgħa ta’ mhux iktar minn erbgħin siegħa
mqassma fuq ħamest ijiem mit-Tnejn sal-Ġimgħa u l-inqas paga li
tista’ titħallas lill-impjegat whole-time fix-xogħol tat-trasport
għandha tkun ta’ wieħed u għoxrin lira u tlieta u għoxrin ċenteżmu
fil-ġimgħa ta’ mhux aktar minn erbgħin siegħa mqassma fuq
ħamest ijiem mit-Tlieta sas-Sibt. Xogħol f’xi ġurnata oħra għandu
jitħallas bir-rati ta’ sahra.
(2) F’dan il-paragrafu "siegħa tax-xogħol" ma tinkludix l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 6.
(3) Il-ħinijiet tax-xogħol u r-rati ta’ paga ta’ mpjegati whole-
time ta’ burdnara u tat-trasport għandhom ikunu dawk stabbiliti
skond id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu.
L-anqas rati ta’ 
paga ta’ impjegati 
part-time.
3. L-inqas rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-impjegati
part-time ma tkunx inqas minn tmienja u sittin ċenteżmu u ħames
milleżmi kull siegħa, hekk iżda li meta mpjegat part-time jaħdem
mhux inqas minn erba’ sigħat f’xi ġurnata waħda dan ikollu dritt
għal ġurnata paga, jiġifieri minn ħamsa wieħed tal-paga fil-ġimgħa
li minn żmien għal żmien titħallas lill-impjegati whole-time:
Kap. 452.
Iżda l-inqas rimunerazzjoni fis-siegħa għandha tiżdied
b’parti waħda minn erbgħin ta’ kull żieda li l-Gvern jagħti lill-
impjegati whole-time tiegħu u li tkun tapplika għall-impjegati
whole-time l-oħra kollha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
4. L-impjegati whole-time għandu jkollhom ħlas ta’ sahra kif
ġej:
KUNSILL TAL-PAGI LI JITTRATTA DWAR L-IMPJEGATI 
TAL-BURDNARA BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.41 3
(a) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u festi tas-soltu
.............................................................. ħin doppju;
(b) bl-eċċezzjoni ta’ kull sahra h titħallas skond is-sub-
paragrafu ta’ qabel, għall-ħin kollu li jinħadem iżjed
min-numru ta’ sigħat normali tax-xogħol ta’ mpjegat
whole-time kull ġurnata ............. ħin u nofs.
Ħin ta’ stennija.
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal jew f’xi post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-impieg
tiegħu, ħlief meta huwa jkun preżenti hemmhekk f’xi waħda miċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal imfisser jew mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol li
jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa residenti hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel u tal-mistrieħ u ma
jkunx qed jistenna xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
L-anqas mistrieħ 
kuljum.
6. Impjegati whole-time jkunu ntitolati għal intervalli għall-
ikel u għall-mistrieħ ta’ siegħa kuljum b’kollox li jittieħdu
f’ħinijiet stabbiliti mal-prinċipal bi ftehim ma’ l-impjegati wara li
jittieħdu f’konsiderazzjoni l-esiġenzi tax-xogħol.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
7. Il-jum tal-Ħadd għandu jigi meqjus bħala l-jum tal-
mistrieħ tal-ġimgħa għall-impjegati whole-time kollha.
Vaganzi bi ħlas.
kalendarja, għal -
(a) il-festi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg għal
anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-imsemmi leave
ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. Wara sena servizz kontinwu, l-impjegati whole-time jkunu
ntitolati għal ħmistax-il ġurnata leave għall-mard f’kull sena
kalendarja b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih
huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u
għal ħmistax-il ġurnata oħra b’nofs paga f’kull sena kalendarja
nieqes nofs kull benefiċċju għal mard li għalih huma jista’ jkollhom
dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda l-prinċipal ikollu d-dritt jitlob ċertifikat mediku mit-
tabib tiegħu li jiċċertifika nkapaċità  għax-xogħol matul il-perijodu
tan-nuqqas.
4 L.S.452.41 ħ
KUNSILL TAL-PAGI LI JITTRATTA DWAR L-IMPJEGATI 
TAL-BURDNARA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Leave dwar 
korriment.
Kap. 318.
10. Impjegat whole-time ikun intitolat għal sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes kull ammont ta’ benefiċċju għal
korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt
il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx dovut għal
xi negliġenza kontributorja minn naħa tiegħu jew għal xi ksur
minnu tar-regoli ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-
management.
Leave għal żwieġ. 11. Impjegat whole-time jkollu dritt għal tliet ijiem tax-xogħol
leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu.
Leave għal twelid. 12. Impjegat whole-time jkun intitolat għal jumejn vaganzi bi
ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ xi tarbija lil martu.
Leave għal luttu. 13. Impjegat whole-time jkollu jumejn leave bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi ħadd minn dawn il-qraba li ġejjin: il-mara, il-missier, l-
omm (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ missier jew omm l-impjegat), iben, bint, ħu jew oħt l-
impjegat.
Leave għal servizz 
bħala ġurat.
14. Kull impjegat whole-time li jiġi msejjaħ għal servizz bħala
ġurat għandu jingħata ż-żmien kollu li jkun meħtieġ, mingħajr
tnaqqis fil-paga, sabiex ikun jista’ jaqdi dmiru fil-Qorti f’dak is-
servizz.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każijiet fejn irtirar mix-xogħol ta’ mpjegat raġel ikun
mistenni fl-età  ta’ sittin sena, dan l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità  mill-prinċipal biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq minn
din l-età  u ta’ l-anqas sakemm ikollu wieħed u sittin sena, iżda l-
istess impjegat jitħalla, jekk ikun irid hekk, jirtira fl-età  ta’ sittin
sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota m’hijiex parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex
turi l-applikabbilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw:
(a) għall-impjegati kollha tal-burdnara f’kull impieg li
jikkonsisti għal kollox jew prinċipalanent fil-linja tal-
burdnara, u
(b) għall-impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn
impriża li jaħdmu għal kollox jew prinċipalment fix-
xogħol ta’ żgumbrar, tagħbija u trasport ta’ għamara u
ħwejjeġ oħra tad-dar u oġġetti jew materjali oħra.
